|
+ANNESS IL-METODI TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI U TA' L-ANALIŻI |
ANNESS IL-METODI TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI U TA' L-ANALIŻIANNESS IL-METODI TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI U TA' L-ANALIŻI A. L-ISKARIGU TA' EFFLUWENTI AKWEJI Il-metodu ta' riferiment għall-analiżi sabiex jiġi stabbilit il-materjal totali f'sospensjoni (materjal li jista' jiġi msoffi minn kampjun mhux preċipitat) kif espress f'mg/1 għandu jiġi imsoffi permezz ta' membrana tal-filtru ta' 0,45 μm, li jinxef (il-materjal) f'temperatura ta' 105 °C u wżin ( 4 ). Il-kampjuni jridu jittieħdu b'tali mod li jkunu rappreżentattivi tal-iskarigu matul perjodu taż-żmien ta' 24 siegħa. Din id-determinazzjoni għandha tiġi mwettqa għal preċiżjoni ( 5 ) ta' ± 5 % u eżattezza (5) ta' ± 10 %. B. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI META JINGĦAŻEL METODU GĦALL-KEJL TA' L-EMISSJONIJIET FL-ARJA I. Il-metodu gravimetriku
II. Il-metodu tal-fibri li jistgħu jingħaddu Meta tintuża l-proċedura ta' l-għadd tal-fibri bil-għan li jiċċekkjaw il-konformità mal-valur tal-limitu f'Artikolu 4 tad-Direttiva, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet għall-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, jista' jiġi wżat fattur tal-konverżjoni ta' żewġ fibri/ml għal kull 0,1 mg/m3 ta' trab ta' l-asbestos. Għall-għanijiet tad-Direttiva, fibra hija definita bħala kull oġġett ta' tul akbar minn 5 μm, wisa' anqas minn 3 μm, u li jkollha proporzjon ta' tul/wisa' akbar minn 3/1, li jkunu jistgħu jingħaddu bil-mikroskopija ottika li jgħamel kuntrast tal-fażijiet billi juża l-metodu tar-riferiment Ewropew kif definit f'Anness I tad-Direttiva 83/477/KEE. Il-metodu bil-għadd tal-fibri għandu jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: 1. Il-metodu għandu jkun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjoni tal-fibri li jistgħu jingħaddu fil-gassijiet emessi. L-awtorità tal-kontroll għandha tiddeċiedi dwar il-perjodiċità ta' dan il-kejl, skond il-karatteristiċi ta' l-impjant u l-produzzjoni tiegħu, imma dawn għandhom ikunu mill-anqas kull sitt xhur. Meta ma jitteħidx kejl perjodiku, il-valur tal-limitu speċifikat f'Artikolu 4 japplika għall-emissjoni totali tat-trab. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir qabel kull dilwizzjoni fil-kurrent li jrid jiġi mkejjel. 2. L-operat tal-istallazzjoni Il-kejl għandu jkun validu biss jekk it-teħid tal-kampjuni jsir waqt li l-istallazzjoni tkun qiegħda titħaddem normalment. 3. Il-għażla tal-punt tat-teħid tal-kampjuni It-teħid tal-kampjuni għandu jsir f'punt fejn ikun hemm kurrent laminari (mhux imqalleb) ta' l-arja. Safejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni biex jiġu evitati t-turbulenza u l-ostakoli li jistgħu jfixklu l-kurrent ta' l-arja. 4. Il-modifiki meħtieġa fit-teħid tal-kampjuni Għandhom jintgħamlu fetħiet (aperturi) xierqa fil-kanali fejn irid isir it-teħid tal-kampjuni, u għandhom jiġu provvduti pjattaformi xierqa. 5. Il-kejl li jrid jittieħed qabel it-teħid tal-kampjuni Qabel ma jibda t-teħid tal-kampjuni, huwa qabel xejn meħtieġ li jiġu mkejjla t-temperatura u l-pressjoni ta' l-arja u l-veloċità tal-kurrent fil-kanal. It-temperatura u l-pressjoni ta' l-arja għandhom normalment jitkejjlu matul il-linja tat-teħid tal-kampjuni bir-rata normali tal-kurrent. F'kondizzjonijiet eċċezzjonali, huwa wkoll meħtieġ li titkejjel il-konċentrazzjoni ta' l-umdità biex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu emendati kif jixraq. 6. Il-ħtiġiet ġenerali tal-proċedura tat-teħid tal-kampjuni Il-proċedura teħtieġ li kampjun jiġi miġbud permezz ta' filtru ta' l-arja minn kanal li jġorr l-emissjonijiet tat-trab ta' l-asbestos u li jitkejjlu l-fibri ta' l-asbestos li jistgħu jingħaddu li jkunu jinsabu fit-trab miżmum fil-filtru. 6.1. Il-linja tat-teħid tal-kampjuni għandha l-ewwel tiġi kontrollata u eżaminata sabiex ikun assigurat li ma tgħaddix arja minnha, u li ma jkun hemm l-ebda nixxija li tista' toħloq żbalji fil-kejl. Ir-ras ta' l-apparat tat-teħid tal-kampjuni għandha tkun issiġillata b'attenzjoni u l-pompa ta' l-apparat tiġi mqabbda. Ir-rata tan-nixxija ma għandhiex teċċedi l-1 % tal-kurrent normali fit-teħid tal-kampjuni. 6.2. It-teħid tal-kampjuni tal-gassijiet emessi għandu jsir ġewwa l-kanal ta' l-emissjoni taħt kondizzjonijiet iso-kinetiċi. 6.3. It-tul taż-żmien tat-teħid tal-kampjuni għandu jiddependi fuq it-tip tal-proċess li jkun qiegħed jiġi monitorjat u fuq id-daqs taż-żennuna wżata. Il-perjodu taż-żmien tat-teħid tal-kampjuni għandu jkun biżżejjed sabiex ikun assigurat li l-filtru li jiġbor il-kampjun iġorr minn 100 sa 600 fibri ta' l-asbestos li jistgħu jingħaddu/mm2. Għandu jkun rappreżentattiv tal-proċess sħiħ li jkun qiegħed jiġi monitorjat. 6.4. Ir-ras ta' l-apparat tat-teħid tal-kampjuni u n-numru tal- punti fejn iridu jittieħdu l-kampjuni għandu jiġi stabbilit skond il-livell nazzjonali stabbilit adottat. 7. In-natura tal-filtru tal-ġbir tat-teħid tal-kampjuni 7.1. Għandu jingħażel il-filtru xieraq skond il-metodu tat-teknika għall-kejl. Għall-metodu ta' kemm jistgħu jingħaddu fibri, għandhom jiġu wżati filtri tal-membrana (esteri mħallta taċ-ċellulosi jew nitrat taċ-ċellulosi) ta' toqba nominali tad-daqs ta' 5 μm, bi kwadri stampati u ta' dijametru ta' 25 mm. 7.2. Il-filtru tal-ġbir tat-teħid tal kampjuni għandu jkollu effiċjenza minima ta' filtrazzjoni ta' 99 % rigward il-fibri ta' l-asbestos li jkunu jistgħu jingħaddu. 8. Il-għadd tal-fibri Il-metodu ta' l-għadd tal-fibri għandu jkun konformi mal-metodu Ewropew ta' riferiment, kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 83/477/KEE. 9. L-espressjoni tar-riżultati B'żieda mad-dettalji dwar il-kejl, ir-riżultati għandhom jirreġistraw id-dettalji dwar it-temperatura, il-pressjoni u l-kurrent ta' l-arja u għandhom jinkludu t-tagħrif kollu relevanti, bħalma ma huma disinn sempliċi li juri l-lokazzjoni tal-punti tat-teħid tal-kampjuni, il-qisien tal-kanali, il-volumi li tagħhom ittieħed kampjun u l-marka tal-kalkolu wżat sabiex jinkisbu r-riżultati. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu espressi f'temperatura normali (273 K) u fi pressjoni normali (101,3 kPa). ( 1 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 47. ( 2 ) ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 43. ( 3 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. ( 4 ) Ara Anness III tad-Direttiva 82/883/KEE (ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 1). ( 5 ) Dawn it-temi huma definiti f'Artikolu 2 tad-Direttiva 79/869/KEE (ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44) kif emendata bid-Direttiva 81/855/KEE (ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 16). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|