+IR-REGOLAMENT (KE) Nru 782/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Għan
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 4 Il-projibizzjoni ta' l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi
---+Artikolu 5 Il-projbizzjoni tal-ġarr tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi
---+Artikolu 6 Il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni
---+Artikolu 7 Il-kontroll ta' l-Istat tal-port
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10 Il-valutazzjoni
---+Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ
---+ANNESS I Il-ħtiġiet tal-perizji u ċ-ċertifikazzjoni għas-sistemi ta' l-antifawling fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru
---+ANNESS II Il-Formoli taċ-ċertifikat u tar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta' l-antifouling
---+ANNESS III ID-DIKJARAZZJONI DWAR IS-SISTEMA TA' L-ANTIFOULINGGĦALL-BASTIMENTI TA' TUL TA' 24 METRU U IKTAR, IMMA INQAS MINN 400 TUNNELLATA METRIKA GROSSI
English - European Union - Environment -

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 782/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 782/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Il-Komunità tinsab imħassba serjament bl-effetti ta' ħsara tal-komposti ta' l-organotin użati fis-sistemi ta' l-antifouling (kontra l-ħaxix tal-baħar u l-organiżmi l-oħra li jikbru mal-karini tal-bastimenti), u b'mod partikolari l-kisjiet tat-tributiltin (TBT).

(2)

Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-kontroll tas-sistemi ta' l-antifouling (il-Konvenzjoni AFS) kienet adottata fil-5 ta' Ottubru 2001 f'Konferenza diplomatika (il-Konferenza AFS) miżmuma taħt il-patroċinju ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (l-IMO) li għaliha attendew l-Istati Membri tal-Komunità.

(3)

Il-Konvenzjoni AFS hija konvenzjoni qafas li jippermetti l-projbizzjoni tas-sistemi ta' ħsara ta' l-antifouling fuq il-bastimenti skond il-proċeduri ddefiniti tajjeb ħafna espressi fid-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp.

(4)

F'dan l-istadju, il-Konvenzjoni AFS tipprojbixxi biss l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti.

(5)

Dati fissi ta' l-appliklazzjoni ġew inklużi fil-Konvenzjoni AFS: l-1 ta' Jannary 2003 għall-projbizzjoni ta' l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti u l-1 ta' Jannar 2008 għall-eliminazzjoni tal-komposti ta' l-organotin minn fuq il-bastimenti.

(6)

Il-Konvenzjoni AFS trid tidħol fis-seħħ 12-il xahar wara r-ratifika tagħha minn mill-inqas 25 Stat li jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tat-tunnellaġġ metriku fid-dinja.

(7)

L-Istati Membri għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni AFS ma' l-ewwel opportunità.

(8)

L-Istati Membri għandhom jitqiegħdu fl-aħjar pożizzjoni possibbli għar-ratifika bil-ħeffa tal-Konvenzjoni AFS. Għandu jiġi mneħħi kull xkiel li jista' jimpedixxi din ir-ratifika.

(9)

Il-Konferenza AFS, konxja li ż-żmien li jifdal sa l-1 ta' Jannar 2003 jista' ma jkunx biżżejjed għalbiex jgħin id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni AFS sa din id-data, u bix-xewqa li l-komposti ta' organotin għandhom jieqfu effettivament milli jiġu applikati mit-trasport bil-baħar mill-1 ta' Jannar 2003, talbet fir-Riżoluzzjoni Nru 1 tal-Konferenza AFS illi l-Istati Membri ta' l-IMO jagħmlu ħilithom kollha għalbiex iħejju li jimplimentaw il-Konvenzjoni AFS bħala materija ta' urġenza, u ħeġġet lill-industriji rilevanti li jżommu lura mill-marketing, il-bejgħ u l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin sa din id-data.

(10)

Bħala segwiment immedjat tal-Konferenza AFS il-Kummissjoni adottat id-Direttiva tal-Kummisjoni 2002/62/KE tad-9 ta' Lulju 2002 li taddatta għall-progres tekniku għad-disa' darba l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu tas-sustanzi u t-tħejjijiet perkolużi (il-komposti organostanniċi) ( 4 ) sabiex jipprojbixxu, mill-1 ta' Jannar 2003, il-marketing u l-użu tal-komposti organostanniċi fis-sistemi ta' kontra l-antifouling għall-bastimenti kollha, irrispettivament mit-tul tagħhom.

(11)

Fid-dawl tar-Riżoluzzjoni Nru 1 tal-Konferenza AFS, huma meħtieġa passi addizzjonali sabiex jiġu implimentati l-miżuri li jirrigwardaw il-komposti ta' l-organotin sabiex tiġi żgurata l-abolizzjoni ġenerali tal-kisi tat-TBT użat fuq il-bastimenti fil-Komuità kollha u l-ibħra li jdawruha fid-dati pprovduti fil-Konvenzjoni AFS.

(12)

Regolament huwa l-istrument legali approprjat billi jimponi fuq is-sidien tal-bastimenti u fuq l-Istati Membri, direttament u fi kwadru qasir taż-żmien, il-ħtiġiet preċiżi li jridu jiġu implimentati fl-istess waqt u fl-istess manjiera fil-Komunità kollha. Dan ir-Regolament li għandu jfittex biss li jipprojbixxi l-komposti ta' l-organotin, ma għandux jiddupplika l-Konvenzjoni AFS.

(13)

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u tħejjijiet perikolużi (il-komposti organostanniċi) kif stabbilit fid-Direttiva 76/769 ( 5 ).

(14)

L-inċertezza li tirrigwarda l-projbizzjoni totali tal-kisjiet attivi tat-TBT ma għandhiex tiġi aċċettata fil-livell Komunitarju; l-industrija tat-trasport bil-baħar imferrex mad-dinja kollha għandha tiġi magħmula konxja biċ-ċar u fi żmien mistħoqq illi, mill-1 ta Jannar 2008, il-bastimenti li jkun fihom kisja attiva tat-TBT fuq il-buq tagħhom ma jitħallewx jidħlu iktar fil-portijiet Komunitarji.

(15)

Il-pajjiżi terzi, b'mod partikolari jekk ma jistgħux jibbenefikaw mill-valur miżjud ta' regolament supranazzjonali, jistgħu jesperjenzjaw diffikultajiet tekniċi meta tiġi imposta, permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, il-projbizzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kisjiet tat-TBT fuq il-bastimenti tagħhom mill-jum li fih il-projbizzjoni tidħol fis-seħħ b'dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tal-projbizzjoni f'dan ir-Regolament dwar l-applikazzjoni ta' kisjiet tat-TBT għandha għalhekk tiġi sospiża rigward il-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera ta' Stat terz għall-perjodu interim taż-żmien li jibda fl-1 ta' Lulju 2003 u jtemm fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni AFS.

(16)

L-Istati tal-bandiera li jkunu barrew l-użu tal-kisjiet tat-TBT fuq il-bastimenti tagħhom għandhom interess ekonomiku li jiżguraw illi l-Konvenzjoni AFS tidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, sabiex jiżguraw sitwazzjoni ta' l-istess livell mifruxa mad-dinja kollha. Dan ir-Regolament li jipprojbixxi, malajr kemm jista' jkun, lill-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru milli japplikaw il-kisjiet tat-TBT, għandu jikkostitwixxi inċentiv għall-Istati tal-bandiera li jirratifikaw il-Konvenzjoni AFS.

(17)

Id-definizzjonijiet u l-ħtiġiet imposti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu msejsa, safejn u sakemm possibbli, fuq dawk użati fil-Konvenzjoni AFS.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu fuq il-pjattaformi lil hemm mill-kosti, dan ir-Regolament għandu applika wkoll għall-bastimenti li joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru. Ma għandu japplika għal-ebda bastiment tal-gwerra jew bastimenti oħra governattivi ġaladarba t-trattament ta' dawn il-bastimenti huwa kopert b'mod adegwat taħt il-Konvenzjoni AFS.

(19)

Li tiġi imposta, mill-1 ta' Lulju 2003, il-projbizzjoni tal-kisjiet attivi tat-TBT fuq il-bastimenti kollha li huma intitolati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u li s-sistema tagħhom ta' l-antifouling tkun ġiet applikata, imbiddla jew mibdula wara din id-data, għandha tkun inċentiv għall-industrija tat-trasport bil-baħar sabiex timplimenta r-rakkomandazzjoni tar-Riżoluzzjoni Nru 1 tal-Konferenza AFS.

(20)

Huwa approprjat li jiġi stabbilit l-istess reġim ta' perizja u ċertifikazzjoni kif ipprovdut bil-Konvenzjoni AFS. Taħt dan ir-Regolament il-bastimenti kollha ta' 400 tunnellata metrika grossi u fuqhom, irrispettivament min-natura tal-vjaġġ tagħhom, għandhom jgħaddu minn perizja, filwaqt li l-bastimenti ta' 24 metru jew iktar fit-tul imma inqas minn 400 tunellata metrika grossi għandhom iġorru dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament jew mal-Konvenzjoni AFS. Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li ddaħħal reġim armonizzat ta' perizja għal dawn il-bastimenti jekk dan jiġi ppruvat meħtieġ fi stadju iktar tard.

(21)

Rigward il-bastimenti ta' inqas minn 24 metru tul, mhux meħtieġ li tiġi pprovduta perizja speċifika jew dikjarazzjoni ġaladarba dawn il-bastimenti, fil-biċċa l-kbira tagħhom qxur tar-rikreazzjoni jew tas-sajd, iridu jiġu koperti b'mod adegwat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/769/KEE.

(22)

Iċ-ċertifikati u d-dokumenti maħruġa skond dan ir-Regolament, kif ukoll iċ-Ċertifikati AFS u d-Dikjarazzjonijiet AFS maħruġa mill-Partijiet għall-Konvenzjoni AFS, għandhom jiġu rrikonoxuti.

(23)

Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni għandu jkollha l-permess li tadotta l-miżuri approprjati sabiex tippermetti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz juru l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, kif ukoll mal-miżuri tal-kontroll ta' l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

(24)

L-iktar reġim approprjat għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-kisjiet tat-TBT fuq il-bastimenti u l-ħtiġiet tal-Konvenzjoni AFS huwa dak stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsil 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 li tirrigwarda l-infurzar, rigward it-trasport bil-baħar li juża l-portijiet Komuntarji u t-tbaħħir fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' l-istandards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġiż u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol abbord (il-kontroll ta' l-Istat tal-port) ( 6 ) u għandhom isiru emendi għal din id-Direttiva fiż-żmien approprjat. Wara li jiġi kkunsidrat l-iskop speċifiku għal din id-Direttiva, għandhom jiġu applikati dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru matul dan il-perjodu interim taż-żmien.

(25)

Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 7 ).

(26)

Sabiex tiġi stmata l-kisba tal-mira ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tipproponi, jekk meħtieġa, kull aġġustament approprjat għal dan ir-Regolament.

(27)

Id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jkun hekk illi jippermetti l-projbizzjoni effettiva tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti malajr kemm jista' jkun,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għan

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jnaqqas jew jelimina l-effetti negattivi fuq l-ambjent marin u s-saħħa tal-bniedem ikkaġunati mill-komposti ta' l-organotin, li jaġixxu bħal antikopri attivi fis-sistemi ta' l-antifouling użati fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera, jew joperaw taħt l-aworità ta' Stat Membru, u fuq il-bastimenti, tkun xi tkun il-bandiera li jtajru, li jsalpaw lejn jew mill-portijiet ta' l-Istati Membri.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-għan ta' dan ir-Regolament:1.“sistema ta' l-antifouling” (kontra l-ħaxix tal-baħar u organiżmi oħra li jikbru fuq il-karini tal-bastimenti) “tfisser kisja, żebgħa, trattament fuq il-wiċċ, wiċċ jew mezzi li jiġu użati fuq bastiment għalbiex jikkontrollaw jew jipprevjienu t-twaħħil ta' organiżmi mhux mixtieqa;”

2. “tunnellaġġ metriku gross” ifisser it-tunnellaġġ metriku gross ikkalkolat skond ir-regolamenti tal-kejl tat-tunnellaġġ metriku li jinsab fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Kejl tat-Tunnellaġġ Metriku tal-Bastimenti tas-sena 1969, jew kull suċċessur tal-Konvenzjoni;

3. “tul” ifisser it-tul kif iddefinit fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tas-sena 1966, kif immodifikata bil-Protokoll tas-sena 1988 li għandu x'jaqsam magħha, jew kull suċċessur tal-Konvenzjoni;

4. “bastiment” ifisser opra tal-baħar, ikun xi jkun it-tip tagħha, li topera fl-ambjent marin u tinkludi l-vetturi bil-hydrofoil, il-vetturi li jimxu fuq kuxxina ta' l-arja, is-sommersibbli, il-vetturi galleġġjanti, il-pjattaformi fissi jew li jiggalleġġjaw, l-unitajiet galleġġjanti tal-ħażna (il-FSUs) u l-unitajiet galleġġjanti tal-produzzjoni tal-ħażna u tal-ħatt (il-FSPOs);

5. “il-Konvenzjoni AFS” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-kontroll tas-sistemi ta' ħsara ta' l-antifouling fuq il-bastimenti, adottata fil-5 ta' Ottubru 2001, irrispettivament minn meta tidħol fis-seħħ;

6. “organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser korp magħruf skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli komuni u l-istandards għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjon u l-perizja tal-bastimenti u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi ( 8 );

7. “Ċertifikat AFS” ifisser iċ-ċertifikat maħruġ lill-bastimenti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 4 mal-Konvenzjoni AFS jew, matul il-perjodu interim taż-żmien, ċertfikat maħruġ skond il-format stabbilit fl-Anness II ma' dan ir-Regolament, meta jkun maħruġ mill-amministrazzjoni ta' kull Stat Membru jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f'ismu.

8. “Dikjarazzjoni AFS” tfisser dikjarazzjoni mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 4 mal-Konvenzjoni AFS jew, matul il-perjodu interim taż-żmien, dikjarazzjoni ffirmata mis-sid jew mill-aġent awtorizzat tas-sid u mfassla skond il-format stabbilit fl-Anness III ma' dan ir-Regolament;

▼M1

(9) “Dikjarazzjoni-AFS tal-Konformità Ewropea” tfisser dokument li jirreġistra l-konformità ma’ l-Anness 1 għall-Konvenzjoni-AFS, maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta f’isem l-amministrazzjoni ta’ Stat Membru;

▼B

10. “il-perjodu interim taż-żmien” ifisser il-perjodu taż-żmien li jibda fl-1 ta' Lulju 2003 u jtemm mad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni AFS.

Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a) il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru,

(b) il-bastimenti li ma jtajrux il-bandiera ta' Stat Membru imma joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru, u

(ċ) il-bastimenti li jidħlu f'port jew terminali “l barra mill-kosta ta' Stat Membru imma li ma jidħolx fil-punti (a) jew (b).”

2.  Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda basiment tal-gwerra, awżiljarju navali jew kull bastiment ieħor ippossjedut minn Stat u użat, għal issa, għas-servizz governattiv mhux kummerċjali biss.

Artikolu 4 Il-projibizzjoni ta' l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi

Artikolu 4

Il-projibizzjoni ta' l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi

Mill-1 ta' Lulju 2003, il-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi fis-sistemi ta' l-antifouling ma għandhomx jiġu applikati jew applikati mill-ġdid fuq il-bastimenti.

Madankollu, matul il-perjodu interim taż-żmien din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għall-bastimenti imsemmija fil-punti (a) jew (b) ta' l-Artikolu 3(1).

Artikolu 5 Il-projbizzjoni tal-ġarr tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi

Artikolu 5

Il-projbizzjoni tal-ġarr tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi

1.  Il-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru mill-1 ta' Lulju 2003, u li s-sistema tagħhom ta' l-antifouling tkun ġiet applikata, imbiddla jew mibdula wara din id-data, ma għandhomx iġorru komposta ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi fis-sistemi ta' l-antifouling fuq il-buqijiet, jew il-partijiet esterni u l-wiċċ, għajr jekk iġorru kisja li tifforma xkiel għal dawn il-komposti sabiex jipprevjieni t-tisfija mis-sistema ta' l-antifouling li tkun imwaħħla ma' taħt il-bastiment u li ma tikkonformax.

2.  Mill-1 ta' Jannar 2008 il-bastimenti imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jew ma jġorrux il-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi fis-sistemi ta' l-antifouling fuq il-buqijiet jew il-partijiet esterni u l-wiċċ, jew iġorru kisja li tifforma xkiel għal dawn il-komposti mit-tisfija tas-sistema ta' l-antifouling li ma tikkonformax.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-pjattaformi fissi u galleġġjanti, l-FSUs u l-FPSOs mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2003 li ma kenux fil-baċin mingħajr ilma f'din id-data jew wara.

Artikolu 6 Il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni

Artikolu 6

Il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni

1.  Dan li ġej għandu japplika rigward il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru:

(a) Il-bastimenti ta' 400 tunnellata metrika grossi u fuqhom, minbarra l-pjattaformi fissi jew galleġġjanti, l-FSUs u l-FPSOs, għandu jkollhom perizja u jkunu ċċertifikati mill-1 ta' Lulju 2003 skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I, qabel ma l-bastiment jiddaħħal għax-xogħol għall-ewwel darba, jew meta jiġu mbiddla jew mibdula s-sistemi ta' l-antifouling.

(b) Il-bastimenti ta' 24 metru tul jew iktar, imma inqas minn 400 tunnellata metrika grossi, minbarra l-pjattaformi fissi jew galleġġjanti, l-FSUs u l-FPSOs, għandhom iġorru Dikjarazzjoni AFS għalbiex juru l-konformità ma' l-Artikoli 4 u 5. ►M2   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi reġim armonizzat ta' perizja u ċertifikazzjoni għal dawn il-bastimenti. Billi din il-miżura hija mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). ◄

(ċ) L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri approprjati għall-bastimenti mhux koperti bil-punti (a) u (b) sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

2.  Dan li ġej għandu japplika rigward il-konoxximent taċ-ċertifikati, id-dikjarazzjonijiet u s-sentenzi dwar il-konformità:

(a) mill-1 ta' Lulju 2003, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kull Ċertifikat AFS;

▼M1

(b) sas-sena ta’ wara d-data imsemmija fil-punt (a), l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kwalunkwe Dikjarazzjoni-AFS tal-Konformità Ewropea.

▼B

(ċ) mill-1 ta' Lulju 2003, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kull Dikjarazzjoni AFS.

Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati bid-dokumentazzjoni approprjata (bħalma huma rċevuta għaż-żebgħa jew fattura tal-kuntrattur) jew ikun fihom l-endorsjar approprjat.

▼M2

3.  Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ sa [l-1 ta' Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri adatti sabiex tippermetti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz li juru l-konformità tagħhom mal-Artikolu 5. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

▼B

Artikolu 7 Il-kontroll ta' l-Istat tal-port

Artikolu 7

Il-kontroll ta' l-Istat tal-port

Matul il-perjodu interim taż-żmien l-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Direttiva 95/21/KE għall-bastimenti ta' 400 tunnellata metrika grossi u fuqhom li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru. Rigward l-ispezzjonijiet u l-kxif tal-kontravenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu ggwidati mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS.

▼M2

Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ fl-[1 ta' Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri adatti għal dawn il-kontrolli. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 8

Artikolu 8

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u b'mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew biex titjieb l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza, il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi għall-Konvenzjoni AFS, għaċ-Ċertifikat AFS, għad-Dikjarazzjoni AFS u għad-Dikjarazzjoni dwar il-Konformità AFS u l-Annessi ma' dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida rilevanti tal-IMO b'rabta mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 9

Artikolu 9

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 10 Il-valutazzjoni

Artikolu 10

Il-valutazzjoni

Sa l-10 ta' Mejju 2004, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tar-ratifika tal-Konvenzjoni AFS u tipprovdi t-tagħrif dwar safejn u sakemm il-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi fis-sistemi ta' l-antifouling, għadhom jintużaw fuq il-bastimenti li ma jtajrux il-bandiera ta' Stat Membru u li jopera lejn jew mill-portijiet Komunitarji. Fid-dawl ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tipproponi, jekk meħtieġa, emendi għalbiex tiżgura t-tnaqqis aċċelerat tal-kontribuzzjoni mill-bastimenti li ma jtajrux il-bandiera ta' Stat Membru għall-preżenza tal-komposti ta' ħsara ta' l-anti-foulng fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri.

Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS I Il-ħtiġiet tal-perizji u ċ-ċertifikazzjoni għas-sistemi ta' l-antifawling fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru

ANNESS I

Il-ħtiġiet tal-perizji u ċ-ċertifikazzjoni għas-sistemi ta' l-antifawling fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru

1.   Il-perizji

1.1.

Il-bastimenti ta' 400 tunnellata metrika grossi, minbarra l-pjattaformi fissi jew galleġġjanti, l-FSUs u l-FPSOs, għandhom, mill-1 ta' Lulju 2003, ikunu bla ħsara għal dan li ġej:

(a) perizja inizjali qabel ma l-bastimenti jiddaħħal għax-xogħol jew meta l-bastiment jidħol għall-ewwel darba f'baċin mingħajr ilma sabiex jiġu applikati sistemi ta' l-antifouling; u

(b) perizja meta s-sistemi ta' l-antifouling jiġu mbiddla jew mibdula. Dawn il-perizji għandhom jiġu endorsjati fuq iċ-ċertifikat meħtieġ skond il-punt 2.1.

1.2.

Il-perizja għandha tkun hekk li tiżgura illi s-sitema ta' l-antifouling tikkonforma fis-sħiħ ma l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament.

1.3.

Il-perizji għandhom jiġu mwettqa mill-uffiċjali awtorizzati kif mistħoqq mill-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru, jew ta' Stat Membru ieħor, jew ta' parti għall-Konvenzjoni AFS, jew minn perit innominat għal dan il-għan minn waħda minn dawn l-amministrazzjonijiet, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f'isem l-amministrazzjoni.

1.4.

Għajr jekk ipprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom rigward il-perizji imsemmija fil-punt 1.1 isegwu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness 4 mal-Konvenzjoni AFS, kif ukoll mal-linji gwida għall-perizji u ċ-ċertifikazzjonijiet tas-sistemi ta' l-antifouling annessi mar-Riżoluzzjoni ►M1  MEPC 102(48) ◄ , adottata fil-11 ta' Ottubru 2002 mill-Kumitat tal-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marin ta' l-IMO.

2.   Iċ-ċertifikazzjon

2.1.

Wara t-tkomplija tal-perizja imsemmija fil-punt 1.1 (a) jew (b), Stat Membru li jkun għadu mhux Parti għall-Konvenzjoni AFS għandu joħroġ ċertifikat skond il-format stabbilit fl-Anness II. Stat Membru li huwa Parti għall-Konvenzjoni AFS għandu joħroġ Ċertifikat AFS.

2.2.

Stat Membru jista' jafda Dikjarazzjoni AFS tal-Konformità għall-wiri tal-konformità mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4 u 5 ta' dan ir-Regolament. Ċertifikat imsemmi fil-punt 2.1 għandu jieħu l-post ta' din id-Dikjarazzjoni AFS l-iktar tard sa sena wara d-data imsemmija fil-punt 1.1.

2.3.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi bastiment imsemmi fil-punt 1.1 iġorr ċertifikat maħruġ skond il-punt 2.1.

2.4.

L-Istati Membri għandhom, għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni imsemmija fil-punt 2.1, isegwu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness 4 tal-Konvenzjoni AFS.

ANNESS II Il-Formoli taċ-ċertifikat u tar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta' l-antifouling

ANNESS II

Il-Formoli taċ-ċertifikat u tar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta' l-antifouling

image

image

image

image

ANNESS III ID-DIKJARAZZJONI DWAR IS-SISTEMA TA' L-ANTIFOULINGGĦALL-BASTIMENTI TA' TUL TA' 24 METRU U IKTAR, IMMA INQAS MINN 400 TUNNELLATA METRIKA GROSSI

ANNESS III

ID-DIKJARAZZJONI DWAR IS-SISTEMA TA' L-ANTIFOULING GĦALL-BASTIMENTI TA' TUL TA' 24 METRU U IKTAR, IMMA INQAS MINN 400 TUNNELLATA METRIKA GROSSI

image


( 1 ) ĠU C 262 E, tad-29.10.2002, p. 492.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fil-20 ta' Novembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Marzu 2003.

( 4 ) ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 58.

( 5 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/3/KEE (ĠU L 4, tad-9.1.2003, p. 12.

( 6 ) ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).

( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 8 ) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

( 9 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.04.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R0782
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.