+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni (
1
),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew (
2
),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (
3
), Billi:
|
(1)
|
Il-Komunità tinsab imħassba serjament bl-effetti ta' ħsara tal-komposti ta' l-organotin użati fis-sistemi ta' l-antifouling (kontra l-ħaxix tal-baħar u l-organiżmi l-oħra li jikbru mal-karini tal-bastimenti), u b'mod partikolari l-kisjiet tat-tributiltin (TBT).
|
|
(2)
|
Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-kontroll tas-sistemi ta' l-antifouling (il-Konvenzjoni AFS) kienet adottata fil-5 ta' Ottubru 2001 f'Konferenza diplomatika (il-Konferenza AFS) miżmuma taħt il-patroċinju ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (l-IMO) li għaliha attendew l-Istati Membri tal-Komunità.
|
|
(3)
|
Il-Konvenzjoni AFS hija konvenzjoni qafas li jippermetti l-projbizzjoni tas-sistemi ta' ħsara ta' l-antifouling fuq il-bastimenti skond il-proċeduri ddefiniti tajjeb ħafna espressi fid-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp.
|
|
(4)
|
F'dan l-istadju, il-Konvenzjoni AFS tipprojbixxi biss l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti.
|
|
(5)
|
Dati fissi ta' l-appliklazzjoni ġew inklużi fil-Konvenzjoni AFS: l-1 ta' Jannary 2003 għall-projbizzjoni ta' l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti u l-1 ta' Jannar 2008 għall-eliminazzjoni tal-komposti ta' l-organotin minn fuq il-bastimenti.
|
|
(6)
|
Il-Konvenzjoni AFS trid tidħol fis-seħħ 12-il xahar wara r-ratifika tagħha minn mill-inqas 25 Stat li jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tat-tunnellaġġ metriku fid-dinja.
|
|
(7)
|
L-Istati Membri għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni AFS ma' l-ewwel opportunità.
|
|
(8)
|
L-Istati Membri għandhom jitqiegħdu fl-aħjar pożizzjoni possibbli għar-ratifika bil-ħeffa tal-Konvenzjoni AFS. Għandu jiġi mneħħi kull xkiel li jista' jimpedixxi din ir-ratifika.
|
|
(9)
|
Il-Konferenza AFS, konxja li ż-żmien li jifdal sa l-1 ta' Jannar 2003 jista' ma jkunx biżżejjed għalbiex jgħin id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni AFS sa din id-data, u bix-xewqa li l-komposti ta' organotin għandhom jieqfu effettivament milli jiġu applikati mit-trasport bil-baħar mill-1 ta' Jannar 2003, talbet fir-Riżoluzzjoni Nru 1 tal-Konferenza AFS illi l-Istati Membri ta' l-IMO jagħmlu ħilithom kollha għalbiex iħejju li jimplimentaw il-Konvenzjoni AFS bħala materija ta' urġenza, u ħeġġet lill-industriji rilevanti li jżommu lura mill-marketing, il-bejgħ u l-applikazzjoni tal-komposti ta' l-organotin sa din id-data.
|
|
(10)
|
Bħala segwiment immedjat tal-Konferenza AFS il-Kummissjoni adottat id-Direttiva tal-Kummisjoni 2002/62/KE tad-9 ta' Lulju 2002 li taddatta għall-progres tekniku għad-disa' darba l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu tas-sustanzi u t-tħejjijiet perkolużi (il-komposti organostanniċi) (
4
) sabiex jipprojbixxu, mill-1 ta' Jannar 2003, il-marketing u l-użu tal-komposti organostanniċi fis-sistemi ta' kontra l-antifouling għall-bastimenti kollha, irrispettivament mit-tul tagħhom.
|
|
(11)
|
Fid-dawl tar-Riżoluzzjoni Nru 1 tal-Konferenza AFS, huma meħtieġa passi addizzjonali sabiex jiġu implimentati l-miżuri li jirrigwardaw il-komposti ta' l-organotin sabiex tiġi żgurata l-abolizzjoni ġenerali tal-kisi tat-TBT użat fuq il-bastimenti fil-Komuità kollha u l-ibħra li jdawruha fid-dati pprovduti fil-Konvenzjoni AFS.
|
|
(12)
|
Regolament huwa l-istrument legali approprjat billi jimponi fuq is-sidien tal-bastimenti u fuq l-Istati Membri, direttament u fi kwadru qasir taż-żmien, il-ħtiġiet preċiżi li jridu jiġu implimentati fl-istess waqt u fl-istess manjiera fil-Komunità kollha. Dan ir-Regolament li għandu jfittex biss li jipprojbixxi l-komposti ta' l-organotin, ma għandux jiddupplika l-Konvenzjoni AFS.
|
|
(13)
|
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u tħejjijiet perikolużi (il-komposti organostanniċi) kif stabbilit fid-Direttiva 76/769 (
5
).
|
|
(14)
|
L-inċertezza li tirrigwarda l-projbizzjoni totali tal-kisjiet attivi tat-TBT ma għandhiex tiġi aċċettata fil-livell Komunitarju; l-industrija tat-trasport bil-baħar imferrex mad-dinja kollha għandha tiġi magħmula konxja biċ-ċar u fi żmien mistħoqq illi, mill-1 ta Jannar 2008, il-bastimenti li jkun fihom kisja attiva tat-TBT fuq il-buq tagħhom ma jitħallewx jidħlu iktar fil-portijiet Komunitarji.
|
|
(15)
|
Il-pajjiżi terzi, b'mod partikolari jekk ma jistgħux jibbenefikaw mill-valur miżjud ta' regolament supranazzjonali, jistgħu jesperjenzjaw diffikultajiet tekniċi meta tiġi imposta, permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, il-projbizzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kisjiet tat-TBT fuq il-bastimenti tagħhom mill-jum li fih il-projbizzjoni tidħol fis-seħħ b'dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tal-projbizzjoni f'dan ir-Regolament dwar l-applikazzjoni ta' kisjiet tat-TBT għandha għalhekk tiġi sospiża rigward il-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera ta' Stat terz għall-perjodu interim taż-żmien li jibda fl-1 ta' Lulju 2003 u jtemm fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni AFS.
|
|
(16)
|
L-Istati tal-bandiera li jkunu barrew l-użu tal-kisjiet tat-TBT fuq il-bastimenti tagħhom għandhom interess ekonomiku li jiżguraw illi l-Konvenzjoni AFS tidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, sabiex jiżguraw sitwazzjoni ta' l-istess livell mifruxa mad-dinja kollha. Dan ir-Regolament li jipprojbixxi, malajr kemm jista' jkun, lill-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru milli japplikaw il-kisjiet tat-TBT, għandu jikkostitwixxi inċentiv għall-Istati tal-bandiera li jirratifikaw il-Konvenzjoni AFS.
|
|
(17)
|
Id-definizzjonijiet u l-ħtiġiet imposti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu msejsa, safejn u sakemm possibbli, fuq dawk użati fil-Konvenzjoni AFS.
|
|
(18)
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu fuq il-pjattaformi lil hemm mill-kosti, dan ir-Regolament għandu applika wkoll għall-bastimenti li joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru. Ma għandu japplika għal-ebda bastiment tal-gwerra jew bastimenti oħra governattivi ġaladarba t-trattament ta' dawn il-bastimenti huwa kopert b'mod adegwat taħt il-Konvenzjoni AFS.
|
|
(19)
|
Li tiġi imposta, mill-1 ta' Lulju 2003, il-projbizzjoni tal-kisjiet attivi tat-TBT fuq il-bastimenti kollha li huma intitolati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u li s-sistema tagħhom ta' l-antifouling tkun ġiet applikata, imbiddla jew mibdula wara din id-data, għandha tkun inċentiv għall-industrija tat-trasport bil-baħar sabiex timplimenta r-rakkomandazzjoni tar-Riżoluzzjoni Nru 1 tal-Konferenza AFS.
|
|
(20)
|
Huwa approprjat li jiġi stabbilit l-istess reġim ta' perizja u ċertifikazzjoni kif ipprovdut bil-Konvenzjoni AFS. Taħt dan ir-Regolament il-bastimenti kollha ta' 400 tunnellata metrika grossi u fuqhom, irrispettivament min-natura tal-vjaġġ tagħhom, għandhom jgħaddu minn perizja, filwaqt li l-bastimenti ta' 24 metru jew iktar fit-tul imma inqas minn 400 tunellata metrika grossi għandhom iġorru dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament jew mal-Konvenzjoni AFS. Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li ddaħħal reġim armonizzat ta' perizja għal dawn il-bastimenti jekk dan jiġi ppruvat meħtieġ fi stadju iktar tard.
|
|
(21)
|
Rigward il-bastimenti ta' inqas minn 24 metru tul, mhux meħtieġ li tiġi pprovduta perizja speċifika jew dikjarazzjoni ġaladarba dawn il-bastimenti, fil-biċċa l-kbira tagħhom qxur tar-rikreazzjoni jew tas-sajd, iridu jiġu koperti b'mod adegwat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/769/KEE.
|
|
(22)
|
Iċ-ċertifikati u d-dokumenti maħruġa skond dan ir-Regolament, kif ukoll iċ-Ċertifikati AFS u d-Dikjarazzjonijiet AFS maħruġa mill-Partijiet għall-Konvenzjoni AFS, għandhom jiġu rrikonoxuti.
|
|
(23)
|
Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni għandu jkollha l-permess li tadotta l-miżuri approprjati sabiex tippermetti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz juru l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, kif ukoll mal-miżuri tal-kontroll ta' l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
|
|
(24)
|
L-iktar reġim approprjat għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-kisjiet tat-TBT fuq il-bastimenti u l-ħtiġiet tal-Konvenzjoni AFS huwa dak stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsil 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 li tirrigwarda l-infurzar, rigward it-trasport bil-baħar li juża l-portijiet Komuntarji u t-tbaħħir fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' l-istandards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġiż u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol abbord (il-kontroll ta' l-Istat tal-port) (
6
) u għandhom isiru emendi għal din id-Direttiva fiż-żmien approprjat. Wara li jiġi kkunsidrat l-iskop speċifiku għal din id-Direttiva, għandhom jiġu applikati dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru matul dan il-perjodu interim taż-żmien.
|
|
(25)
|
Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni (
7
).
|
|
(26)
|
Sabiex tiġi stmata l-kisba tal-mira ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tipproponi, jekk meħtieġa, kull aġġustament approprjat għal dan ir-Regolament.
|
|
(27)
|
Id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jkun hekk illi jippermetti l-projbizzjoni effettiva tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti malajr kemm jista' jkun,
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.04.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R0782
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|