+2. Eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment

2. Eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment

2.1 Relatat mal-istabbiliment ta' fergħa, in-notifika ta' passaport imsemmija fis-subparagrafu (2) tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2014/17/UE għandu jkollha l-kontenut li ġej:

  • a. l-Istat Membru ospitanti li fih l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa;
  • b. l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu;
  • c. l-indirizz tal-web tar-reġistru online tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju fejn jistgħu jinstabu d-dettalji dwar l-intermedjarju;
  • d. l-isem tal-awtorità kompetenti kurrenti fl-Istat Membru tad-domiċilju;
  • e. l-indirizz tal-fergħa proposta sal-limitu disponibbli fiż-żmien tan-notifika;
  • f. l-isem/ismijiet ta' dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa proposta sal-limitu disponibbli fiż-żmien tan-notifika;
  • g. sal-limitu disponibbli fir-reġistru tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju, is-servizzi li l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jagħti fl-Istat Membru ospitanti;
  • h. id-data ta' twelid fil-każ ta' persuna fiżika;
  • i. fejn applikabbli, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-kreditur(i) li magħhom huwa marbut l-intermedjarju tal-kreditu jew li f'isimhom qed jaġixxi b'mod esklussiv u, f'każijiet bħal dawn, il-konferma li l-kreditur(i) jieħdu responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata għall-attivitajiet tal-intermedjarju tal-kreditu; u
  • j. id-data tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju lill-intermedjarju tal-kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.