+5.8 Allokazzjoni tal - kompiti fost l - awtoritajiet kompetenti
---+76. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+77. Għal dak il - għan, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju …
---+78. Il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu stabbilit fil - qafas operazzjonali tal - …
---+79. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+80. Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar il - mekkaniżmu ta’ …
---+81. Bħala minimu, dawn it - termini għandhom jagħtu dettalji dwar dan li ġej: a. l - attivitajiet …
---+82. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+83. Bl - għan li jistabbilixxu l - aktar allokazzjoni tal - kompitu effiċjenti, is - superviżur …
---+84. Kwalunkwe delegazzjoni tal - kompiti fuq bażi volontarja għandha tkun konformi mal - …
---+85. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti …

5.8 Allokazzjoni tal - kompiti fost l - awtoritajiet kompetenti

5.8 Allokazzjoni tal - kompiti fost l - awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
76. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom ji żguraw li l - qafas operazzjonali tal - kulleġġ tas - superviżuri mhux biss jippermetti iżda wkoll jikseb allokazzjoni effiċjenti u effettiva tal - kompiti fost l - awtoritajiet kollha involuti fis - superviżjoni ta’ fergħa sinifikanti ħafna skont dawn il - linji gwida.

77. Għal dak il - għan, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju …

Għal dak il - għan, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jivvalutaw regolarment jekk allokazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ kompitu li tippermetti superviżjoni tal - fergħa sinifikanti ħafna skont dawn il - linji gwida inkisbitx u, jekk le, jipproponu titjib għall - qafas operazzjonali tal - kulleġġ permezz ta’ emenda fl - arranġamenti bil - miktub jew fl - SEP tal - kulleġġ.

22

78. Il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu stabbilit fil - qafas operazzjonali tal - …

Il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu stabbilit fil - qafas operazzjonali tal - kulleġġ għandu jitqies effiċjenti u effettiv meta jilħaq l - għanijiet li ġejjin:

  • a. jevita duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ kompiti, jottimizza riżorsi superviżorji, juża l - intelliġenza u l - għarfien espert kollu disponibbli, u jneħħi piżijiet mhux meħtieġa minn fuq l - istituzzjonijiet sorveljati;
  • b. jirrifletti l - għarfien espert superviżorju f’termini ta’ ħiliet tekniċi jew għarfien tas - suq lokali, filwaqt li jiżgura li kull awtorità kompetenti twettaq il - kompiti li hija tinsab fl - aħjar pożizzjoni biex twettaqhom;
  • c. jirrifletti l - mod li bih entità sorveljata li topera fuq bażi transkonfinali permezz ta’ fergħat sinifikanti ħafna hija organizzata u proporzjonata għan - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - entità sorveljata kkonċernata;
  • d. Ikun adattat għas - superviżjoni ta’ istituzzjoni b’kunsiderazzjoni tal - organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar (jiġifieri ċ - ċentralizzazzjoni/deċentralizzazzjoni) u f’termini tal - organizzazzjoni tal - linji ta’ negozju tiegħu.
79. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jaqblu dwar it - termini tal - allokazzjoni tal - kompitu u jirriflettuhom kif xieraq fl - arranġamenti ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni bil - miktub. Il - kulleġġ għandu jiġi informat kif xieraq bl - eżistenza u, fejn rilevanti, l - eżitu tal - arranġamenti tal - allokazzjoni.

80. Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar il - mekkaniżmu ta’ …

Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu u jiġi evitat ftehim, l - awtoritajiet għandhom jippreżentaw talba lill - EBA kif imsemmi fl - Artikolu 31(c) tar - Regolament (UE) Nru 1093/2010 flimkien mal - informazzjoni kollha neċessarja għall - EBA biex tifforma opinjoni dwar il - kwistjonijiet ikkontestati u tassisti lill - awtoritajiet biex jaslu għal konklużjoni komuni. L - awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom iqisu l - opinjoni tal - EBA u jsolvu l - kwistjoni kif xieraq.

81. Bħala minimu, dawn it - termini għandhom jagħtu dettalji dwar dan li ġej: a. l - attivitajiet …

Bħala minimu, dawn it - termini għandhom jagħtu dettalji dwar dan li ġej:

  • a. l - attivitajiet speċifiċi li għandhom jiġu allokati lil kull awtorità;
  • b. il - qafas legali applikabbli rilevanti;
  • c. ir- rwoli u r - responsabbiltajiet tal - awtoritajiet involuti, speċjalment meta l - allokazzjoni tal - kompitu tkun differenti mill - allokazzjoni tal - kompitu skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 u d- Direttiva 2013/36/UE wara ftehim dwar id - delegazzjoni tal - kompiti;
  • d. it - tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata fost is- superviżuri għat - twettiq tal - kompiti; 23
  • e. il - lingwa, il - frekwenza u l - mezzi/forma tal - informazzjoni li għandha tiġi skambjata;
  • f. l - istandards li skonthom għandhom jitwettqu l - kompiti;
  • g. feedback, pariri jew istruzzjonijiet possibbli minn awtorità għall - oħra;
  • h. i l - metodi ta’ ħidma li għandhom jintużaw;
  • i. aċċess għad - dokumentazzjoni prodotta wara kompitu li jkun ġie allokat ikun intlaħaq;
  • j. l - iskeda ta’ żmien għat - tlestija tal - kompiti allokati;
  • k. it - termini li taħthom l - awtorità li lilha jkun ġie allokat kompitu huma li tirrapporta lill - kulleġġ; u
  • l. it - termini li taħthom tista’ sseħħ terminazzjoni bikrija ta’ kwalunkwe allokazzjoni tal - kompitu.
82. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jinformaw lill - istituzzjoni u lill - fergħa sinifikanti ħafna dwar l - allokazzjoni tal - kompitu skont il - qafas ta’ komunikazzjoni tal - kulleġġ.

83. Bl - għan li jistabbilixxu l - aktar allokazzjoni tal - kompitu effiċjenti, is - superviżur …

Bl - għan li jistabbilixxu l - aktar allokazzjoni tal - kompitu effiċjenti, is - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jeżaminaw il - fattibbiltà ġuridika u operazzjonali tad - delegazzjoni tal - kompiti, fejn dan ikun permess mil - leġiżlazzjoni tal -UE jew dik nazzjonali, bl - għan li dan jiġi stabbilit bħala mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu. L - eżaminazzjoni tal - fattibbiltà ġuridika u operazzjonali tad - delegazzjoni għandha ssir fuq bażi volontarja u skont il - kompitu mingħajr preġudizzju għall - kompetenzi u r - responsabbiltajiet allokati lill - awtoritajiet nazzjonali jew lill - istituzzjonijiet tal - Unjoni.

84. Kwalunkwe delegazzjoni tal - kompiti fuq bażi volontarja għandha tkun konformi mal - …

Kwalunkwe delegazzjoni tal - kompiti fuq bażi volontarja għandha tkun konformi mal - leġiżlazzjoni tal - UE u dik nazzjonali u jkun hemm ftehim sħiħ dwarha fost l - awtoritajiet involuti mill - inqas fir - rigward tal - elementi msemmija fil - paragrafu 81 u kwalunkwe element ieħor meħtieġ biex jiġi stabbilit mekkaniżmu legalment sikur u kompletament operazzjonali għall - allokazzjoni tal - kompitu.

85. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti fis - superviżjoni ta’ fergħa sinifikanti ħafna għandhom jiddeterminaw l - aħjar allokazzjoni tal - kompiti possibbli fi ħdan il - qafas tal - kulleġġ skont il - paragrafi preċedenti anke, u b’mod partikolari, meta delegazzjoni xierqa ma titqiesx bħala legalment u operazzjonalment fattibbli.

24

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.