+7.1 General requirements specific to EL BE and LGD in-default estimation
---+165. L-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu …
---+166. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza għal kull grad …
---+167. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor …
---+168. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha ta’ wara …
---+169. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet fejn …
---+170. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar retrospettiv u analiżi komparattiva tal-istimi …
---+171. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet …
---+172. Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li …
---+173. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li jintużaw l-istess skoperturi …
---+174. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-bidliet potenzjali …
---+175. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw …
|
7.1 General requirements specific to EL BE and LGD in-default estimation
7.1.1 Estimation methodologies for EL BE and LGD in-default
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
165. L-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu …
|
L-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jassenjaw stima tal-EL BE u stima tal-LGD fl-inadempjenza għal kull skopertura mhux inadempjenti fil-medda ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-klassifikazzjoni soġġetta għal dan il-permess.
|
|
166. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza għal kull grad …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza għal kull grad ta’ faċilità tal-iskala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet jew għal kul aggregazzjoni li tintuża fis-sistema tal-klassifikazzjoni.
|
|
167. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor …
|
Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Kapitolu, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess metodi ta’ stima li jintużaw sabiex jiġi stmat l-LGD fuq skoperturi mhux inadempjenti, kif stipulat fil-Kapitolu 6.
|
|
168. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha ta’ wara …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha ta’ wara l-inadempjenza fl-istimi tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza fi żmien xieraq, b’mod partikolari fejn avvenimenti mill-proċess ta’ rkupru jinvalidaw l-aspettattivi ta’ rkupru li huma bbażati fuq l-aktar stimi riċenti.
|
|
169. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet fejn …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet fejn l-istimi tal-LGD fl-inadempjenza, ftit wara d-data tal-inadempjenza, jiddevjaw b’mod sistematiku mill-istimi tal-LGD eżatt qabel id-data tal-inadempjenza fil-grad tal-faċilità jew fl-aggregazzjoni, fejn dawn id-devjazzjonijiet ma jiġux mill-użu ta’ motivaturi tar-riskju li jkunu applikabbli biss mid-data tal-inadempjenza ’l quddiem.
|
|
170. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar retrospettiv u analiżi komparattiva tal-istimi …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar retrospettiv u analiżi komparattiva tal-istimi tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza, skont il-punti (b) u (c) rispettivament, tal-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 7.1.2 Dati ta’ referenza
|
|
171. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet …
|
Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu d-dati ta’ referenza li jintużaw biex jaggruppaw skoperturi inadempjenti skont il-mudelli ta’ rkupru osservati. Jenħtieġ li dawn id-dati ta’ referenza jintużaw fl-istima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza minflok fid-data tal-inadempjenza. Sabiex jistabbilixxu d-dati ta’ referenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw biss l-informazzjoni dwar il-proċessi ta’ rkupru magħluqin filwaqt li jikkunsidraw l-ispejjeż u l-irkupri biss jekk ikunu osservati sad-data tal-istima.
|
|
172. Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li …
|
Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li ġejjin: - (a) numru speċifiku ta’ jiem wara d-data tal-inadempjenza; din l-għażla tkun xierqa b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal protafoll ta’ skoperturi li juri mudell ta’ rkupru stabbli matul iż-żmien;
- (b) data rilevanti assoċjata ma’ avveniment speċifiku li fih jiġu osservati interruzzjonijiet sinifikanti fil-profil ta’ rkupru; din l-għażla tkun proporzjonata b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal portafoll ta’ skoperturi li jkun soġġett għal bidliet sinifikanti tal-mudelli ta’ rkupru assoċjati ma’ ċerti avvenimenti speċifiċi, pereżempju fid-data ta’ realizzazzjoni tal-kollateral;
- (c) kwalunkwe taħlita tal-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) li tirrifletti aħjar il-mudelli ta’ rkupru; din l-għażla tkun xierqa b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal portafoll ta’ skoperturi li juri mudell ta’ rkupru stabbli matul iż-żmien iżda li għalih jiġu osservati interruzzjonijiet f’dawn il-mudelli ta’ rkupru f’ċerti avvenimenti speċifiċi, pereżempju fil-ġbir, u fejn id-dati ta’ referenza wara li jiġu wara dawk l-avvenimenti jiġu definiti bħala għadd ta’ jiem speċifiċi wara l-avveniment ta’ rkupru, minflok wara d-data tal-inadempjenza;
- (d) fejn ikun xieraq, id-data ta’ referenza jista’ jkollha kwalunkwe valur bejn żero u n-numru ta’ ġranet sat-tmiem tal-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru stabbilit mill-istituzzjoni għat-tip ta’ skoperturi inkwistjoni.
|
|
173. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li jintużaw l-istess skoperturi …
|
Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li jintużaw l-istess skoperturi inadempjenti fl-RDS fid-dati ta’ referenza rilevanti kollha kkunsidrati fil-mudell.
|
|
174. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-bidliet potenzjali …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-bidliet potenzjali fil-mudelli ta’ rkupru u fil-politiki ta’ rkupru rilevanti li jistgħu jaffettwaw l-istima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza f’kull data ta’ referenza. 7.1.3 Rekwiżiti tad-data għall-istima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza
|
|
175. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw …
|
Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess RDS imsemmi fit-taqsima 6.1.2, ikkomplementat bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti osservata matul il-proċess ta’ rkupru u f’kull data ta’ referenza, speċifikata skont il-paragrafi 171 sa 174 u, b’mod partikolari, mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja: - (a) il-fatturi rilevanti kollha li jistgħu jintużaw biex jiġu raggruppati skoperturi inadempjenti, u l-motivaturi rilevanti kollha tat-telf, inklużi dawk li jistgħu jsiru rilevanti wara d-data tal-inadempjenza u f’kull data ta’ referenza;
- (b) l-ammont pendenti f’kull data ta’ referenza;
- (c) il-valuri ta’ kwalunkwe kollateral assoċjat mal-obbligi tal-kreditu inadempjenti u d-dati ta’ valutazzjoni tagħhom wara d-data tal-inadempjenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|