+7.3.2.3 Relation of EL BE to specific credit risk adjustments
---+186. Fejn il-mudell li jintuża għall-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu jissodisfa jew jista’ jiġi …
---+187. Fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jiġu vvalutati b’mod individwali għal …
---+188. Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ …
---+189. Sabiex tiġi kkunsidrata l-bidla negattiva possibbli fil-kundizzjonijiet ekonomiċi waqt it-tul …
---+190. Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-LGD …
---+191. Sabiex jiġi żgurat li l-LGD fl-inadempjenza jkun ogħla mill-EL BE , jew f’każijiet …
---+192. Safejn ir-raġunijiet għall-prevalazzjoni tal-outputs tal-istima tal-EL BE ikunu rilevanti …
---+193. Irrispettivament minn liema wieħed miż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu …

7.3.2.3 Relation of EL BE to specific credit risk adjustments

7.3.2.3 Relation of EL BE to specific credit risk adjustments

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
186. Fejn il-mudell li jintuża għall-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu jissodisfa jew jista’ jiġi …

Fejn il-mudell li jintuża għall-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu jissodisfa jew jista’ jiġi aġġustat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti għall-istimi proprji tal-LGD stipulati fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu bħala stimi tal-EL BE .

187. Fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jiġu vvalutati b’mod individwali għal …

Fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jiġu vvalutati b’mod individwali għal skopertura waħda jew debitur wieħed, l-istituzzjonijiet jistgħu jipprevalu l-istimi tal-EL BE abbażi tal-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu, fejn huma jkunu jistgħu juru li dan itejjeb il-preċiżjoni tal-istimi tal-EL BE u li l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jirriflettu jew jiġu aġġustati għar-rekwiżiti stipulati fit-taqsima 6.3.1 dwar il-kalkolu tat-telf ekonomiku.

188. Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ …

Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jaqbżu l-istimi tal-EL BE skont l-Artikolu 54(2)(f) tal-RTS fuq il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw il-konsistenza tal-istimi tal-EL BE mal-komponenti tat-telf ekonomiku deskritti fit-taqsima 6.3.1, kif ukoll mad-definizzjoni ta’ inadempjenza stipulata fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u janalizzaw kull differenza f’dak ir-rigward mid-definizzjonijiet u mill-metodi li jintużaw sabiex jiġu ddeterminati aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw id-differenzi possibbli fir-rata tal-iskont, il-preżenza tal-kollateral li ma jkunx eliġibbli fl-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, trattamenti differenti tal-ispejjeż u l-applikazzjoni ta’ definizzjonijiet differenti ta’ inadempjenza.

7.3.3 Rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-LGD fl-inadempjenza

189. Sabiex tiġi kkunsidrata l-bidla negattiva possibbli fil-kundizzjonijiet ekonomiċi waqt it-tul …

Sabiex tiġi kkunsidrata l-bidla negattiva possibbli fil-kundizzjonijiet ekonomiċi waqt it-tul mistenni tal-proċessi ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 54(2)(a) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-LGD fl-inadempjenza mill-inqas jirrifletti l-kundizzjonijiet tat-tnaqqis, fejn l-istimi tal-LGD fl-inadempjenza li jkunu xierqa għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jkunu aktar konservattivi mill-LGD medju fuq perjodu twil għall-iskoperturi inadempjenti, imsemmija fil-paragrafu 180.

190. Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-LGD …

Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-LGD fl-inadempjenza jiżdied aktar mil-livell imsemmi fil-paragrafu 189, fejn dak ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li d-differenza bejn l-LDG fl-inadempjenza u l-EL BE tkopri kwalunkwe żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali mhux mistenni matul il-perjodu ta’ rkupru.

191. Sabiex jiġi żgurat li l-LGD fl-inadempjenza jkun ogħla mill-EL BE , jew f’każijiet …

Sabiex jiġi żgurat li l-LGD fl-inadempjenza jkun ogħla mill-EL BE , jew f’każijiet eċċezzjonali, ikun ugwali għall-EL BE għal skoperturi individwali, skont l-Artikolu 54(2)(d) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw u jikkoreġu l-LGD fl-inadempjenza f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-EL BE ikun inkiseb permezz ta’ aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu, skont il-paragrafu 186, u jkun ogħla mill-LGD fl-inadempjenza li jkun inkiseb permezz ta’ stima diretta, skont l-Artikolu 54(1)(a) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB.

192. Safejn ir-raġunijiet għall-prevalazzjoni tal-outputs tal-istima tal-EL BE ikunu rilevanti …

Safejn ir-raġunijiet għall-prevalazzjoni tal-outputs tal-istima tal-EL BE ikunu rilevanti wkoll għal-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li tiġi applikata wkoll prevalazzjoni konsistenti għall-assenjazzjoni tal-LGD fl-inadempjenza b’tali mod li ż-żieda għall-EL BE tkopri kull żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf mhux mistenni addizzjonali li jista’ jseħħ matul il-perjodu ta’ rkupru, skont l-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

193. Irrispettivament minn liema wieħed miż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu …

Irrispettivament minn liema wieħed miż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 54(1) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB jintuża sabiex tingħata stima tal-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw b’mod separat dan kollu li ġej:

  • (a) il-qsim tal-LGD fl-inadempjenza fil-komponenti tiegħu: l-EL BE u ż-żieda;
  • (b) il-qsim taż-żieda fil-komponenti kollha li ġejjin:
  • (i) il-komponent tal-kundizzjonijiet tat-tnaqqis kalibrat fuq l-aġġustament tat-tnaqqis għal-LGD medju fuq perjodu twil, kif speċifikat fil-paragrafu 189;
  • (ii) il-komponent tal-MoC, imsemmi fit-taqsima 4.4;
  • (iii) kwalunkwe komponent li jkopri telf mhux mistenni addizzjonali potenzjali matul il-perjodu ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jenħtieġ li dan il-komponent jiġi inkluż biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn it-telf addizzjonali potenzjali ma jkunx rifless b’mod suffiċjenti fil-komponenti msemmija fil-punti (i) u (ii).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.