+4.2 Identifikazzjoni, kalkolu u allokazzjoni tal - kapital
---+22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …
---+24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall -IRRBB, l- …
---+25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - valutazzjonijiet superviżorji tal - …
---+26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …
---+27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …
---+28. Biex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall -IRRBB, l- …
---+29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …
---+30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta …
---+31. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu aġġustamenti għall - kapitali intern ta’ lqugħ fejn ir - …
|
4.2 Identifikazzjoni, kalkolu u allokazzjoni tal - kapital
4.2 Identifikazzjoni, kalkolu u allokazzjoni tal - kapital
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …
|
Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il - kontribut tal - IRRBB għall - valutazzjoni globali tal - kapital intern fuq l - outputs tas - sistemi ta’ kejl interni tal - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu kont tas - suppożizzjonijiet ewlenin u tal -limiti tar- riskju. Il - livell globali ta’ kapital għandu jkun proporzjonali kemm mal - livell reali mkejjel tar - riskju (inkluż għall - IRRBB) kif ukoll mal- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju, u għandu jiġi ddokumentat kif xieraq fir - rapport tagħha dwar il - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l - Adegwatezza tal - Kapital (rapport tal - ICAAP).
|
|
23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …
|
L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell ta' IRRBB, fejn jieħdu kont tal - impatt fuq il - kapital intern ikkawżat minn bidliet potenzjali fil -valur ekonomiku u fil - qligħ futur tal - istituzzjoni li jirriżultaw minn bidliet fir -rati tal- imgħax. L - istituzzjonijiet mhumiex mistennija jagħmlu għadd doppju tal - kapital intern tagħhom għall - kejl tal-EV u tal- qligħ.
|
|
24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall -IRRBB, l- …
|
Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu: - (a) il- kapital intern miżmum għar - riskji għall - valur ekonomiku li jistgħu jirriżultaw minn ċaqliq avvers fir -rati tal- imgħax; u
- (b) ir- ħtiġijiet ta’ kapital intern li jirriżultaw mill - impatt ta’ bidliet fir - rata fuq il - kapaċità ta’ qligħ fil - futur, u l - implikazzjonijiet li jirriżultaw għal - livelli interni ta’ kapital ta’ lqugħ.
|
|
25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - valutazzjonijiet superviżorji tal - …
|
L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - valutazzjonijiet superviżorji tal - adegwatezza tal - kapital għall -IRRB B jew mill - eżitu tat - test superviżorju tal - eċċezzjonijiet (ara t - Taqsima 4.5), iżda għandhom jiżviluppaw u jużaw il - metodoloġiji tagħhom stess għall - allokazzjoni tal - kapital, ibbażati fuq il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju, il - livell ta’ riskju u l - politiki dwar il - ġestjoni tar - riskju. Meta jiddeterminaw il - livell xieraq ta’ kapital, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu kemm l - ammont kif ukoll il - kwalità tal - kapital meħtieġ.
|
|
26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …
|
Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej: - (a) id- daqs u l - perjodu ta’ maturità tal - limiti interni fuq l - iskoperturi għall - IRRBB, u jekk dawn il- limiti jintlaħqux fil - punt tal - kalkolu tal - kapital;
- (b) l- ispiża mistennija tal - iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet miftuħa li huma intenzjonati li jieħdu vant aġġ mill - aspettattivi interni tal - livell futur tar -rati tal- imgħax;
- (c) is - sensittività tal - miżuri interni tal - IRRBB għal suppożizzjonijiet tal - immudellar ewlenin jew imperfetti;
- (d) l- impatt ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq pożizzjonijiet ipprezzati b’indiċijiet differenti tar - rati tal- imgħax (riskju ta’ bażi);
- (e) l- impatt fuq il - valur ekonomiku u l - qligħ (inklużi l - effetti fuq il - portafoll ta' valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor (FVOCI)) ikkawżat mill - ispariġġ bejn il - pożizzjonijiet f’muniti differenti;
- (f) l- impatt tat - telf inkorporat u l - gwadanji inkorporati;
- (g) id- distribuzzjoni tal - kapital relattiv għar - riskji fl - entitajiet ġuridiċi kollha inklużi fil - perimetru prudenzjali ta’ konsolidazzjoni tal - grupp, minbarra l - adegwatezza tal - kapital kumplessiv fuq bażi konsolidata;
- (h) il- motivaturi tar - riskju sottostanti; u
- (i) iċ - ċirkustanzi li taħthom jista’ jimmaterjalizza r - riskju.
|
|
27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …
|
L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ istituzzjoni u għandhom jitqiesu wkoll fil - valutazzjonijiet tal- kapital assoċjat ma’ linji ta’ negozju.
|
|
28. Biex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall -IRRBB, l- …
|
Biex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom jużaw sistemi ta’ kejl u firxa ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax, li jkunu adattati għ all- profil tar - riskju tal - istituzzjoni sabiex jikkwantifikaw l - iskala potenzjali ta’ kwalunkwe effett tal - IRRBB taħt kundizzjonijiet avversi.
|
|
29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …
|
L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - allokazzjoni tal - kapital intern għall - IRRBB tkun inkluża kif xieraq fl - allokazzjoni ġenerali tal - kapital ekonomiku, li kwalunkwe suppożizzjoni dwar id - diversifikazzjoni tiġi ddokumentata u li l - affidabbiltà u l - istabbiltà tagħha jiġu vverifikati bl - użu ta’ data storika xierqa għall - istituzzjoni individwali u għas - swieq li topera fihom. L - ispejjeż tal - kapital ekonomiku jistgħu jiġu allokati lura għall - unitajiet tan - negozju u għall - prodotti biex jiġi żgurat li l - ispejjeż sħaħ tal - unitajiet tan - negozju jew tal - prodotti sottostanti jinftiehmu sew minn dawk responsabbli mill - ġestjoni tagħhom.
|
|
30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta …
|
Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta mqabbel mal - qligħ, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej: - (a) L- importanza relattiva tal - introjtu mill - imgħax nett meta mqabbel mal - introjtu totali nett, u għalhekk l - impatt ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fl - introjtu mill - imgħax nett minn sena għal oħra;
- (b) Il- livelli attwali ta’ introjtu mill - imgħax nett li jistgħu jinkisbu taħt xenarji differenti (jiġifieri l- punt sa fejn il - marġnijiet ikunu wiesgħa biżżejjed biex jassorbu l - volatilità li tirriżulta mill - pożizzjonijiet tar -rati tal- imgħax u mill - bidliet fl - ispiża tal - obbligazzjonijiet);
- (c) Il- potenzjal li jiġġarrab telf reali f’kundizzjonijiet ta’ stress, jew b’riżultat ta’ bidliet sekulari fl - ambjent tas - suq, eżempju fejn jista’ jsir neċessarju li jiġu likwidati pożizzjonijiet li jkunu intenzjonati bħala investiment fit - tul biex jiġi stabbilizzat il - qligħ;
- (d) L- importanza relattiva tal - istrumenti sensittivi għar -rata tal- imgħax (inklużi derivattivi tar - rata tal- imgħax) fil - portafoll mhux tan - negozjar, b’effetti potenzjali murija jew fir - rapport tal- introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (eż. permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor); u
- (e) Il- fluttwazzjoni ta’ introjtu mill - imgħax nett, il - qawwa u l - istabbiltà tal - fluss tal - qligħ u l - livell ta’ introjtu meħtieġ biex jiġu ġġenerati u miżmuma l - operazzjonijiet ta’ negozju normali. Istituzzjonijiet b’livell għoli ta’ IRRBB li jista’ jirriżulta f’telf taħt firxa plawżibbli ta’ xenarji tas - suq, meta jnaqqsu d - distribuzzjoni normali tad - dividenti, jew matul tnaqqis fl - operazzjonijiet tan - negozju, għandhom jiżguraw li għandhom biżżejjed kapital biex jirreżistu l - impatt avvers ta’ dawn ix - xenarji.
|
|
31. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu aġġustamenti għall - kapitali intern ta’ lqugħ fejn ir - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu aġġustamenti għall - kapitali intern ta’ lqugħ fejn ir - riżultati tal - ittestjar tal - istress tagħhom jenfasizzaw il - potenzjal għal tnaqqis fil - qligħ (u għalhekk tnaqqis fil - kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal - kapital) f’xenarji ta’ stress.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|