+22. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi għandhom …
|
22. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi għandhom …
Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi għandhom jitqiesu li huma simili meta waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfata: - (a) l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill - kategoriji ta’ assi li ġejjin imsemmija fir - Regolament Delegat li jispeċifikaw b’mod ulterjuri liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji skont l -Artikoli 20(8) u 24(15) tar- Regolament (UE) 2017/2402:
- (i) self residenzjali garantit b’ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà immobbli residenzjali, jew self residenzjali garantit kompletament minn fornitur ta’ protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl -Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkwalifikaw għall -iskala 2 tal-kw alità kreditizja jew aktar kif stabbilit fil - Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 ta’ dak ir- regolament;
- (ii) self kummerċjali garantit b’ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà immobbli kummerċjali jew bini kummerċjali ieħor;
- (iii) faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil individwi għal skopijiet ta’ konsum personali, tal- familja jew tal - unità domestika;
- (iv) self għal jew kirjiet ta’ karozzi;
- (v) riċevibbli fuq karti ta' kreditu;
- (vi) riċevibbli tan - negozju;
- (b) l- iskoperturi jaqgħu taħt il -kategorija tal- assi ta’ faċilitajiet ta' kreditu pprovduti lil intrapriżi u korporazzjonijiet mikro, żgħar, ta’ daqs medju u tipi oħra inkluż self u kirjiet, kif imsemmi fl -Artikolu 2(d) tar- Regolament Delegat li jispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji skont l -Artikoli 20 (8) u 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402, bħala skoperturi sottostanti ta’ ċertu tip ta’ debitur;
- (c) fejn ma jappartjenu għal ebda waħda mill - kategoriji ta’ assi msemmija fil - punti (a) u (b) ta’ dan il- paragrafu u kif imsemmi fir - Regolament Delegat li jispeċifikaw aktar liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji għall - finijiet tal -Artikoli 20 (8) u 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- iskoperturi sottostanti għandhom karatteristiċi simili fir -rigward tat- tip ta’ debitur, gradazzjoni ta’ drittijiet ta’ sigurtà, tip ta’ proprjetà immobbli u/jew ġurisdizzjoni.
Standards ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex inqas stretti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|