|
+Artikolu 24 15. |
Artikolu 24 15.Tranżazzjonijiet ABCP għandhom ikunu appoġġjati minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji f’termini tat-tip ta’ assi, b’kont meħud tal-karatteristiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tipi ta’ assi differenti inkluż il-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament tagħhom. Aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha tikkonsisti biss minn tip wieħed ta’ assi. L-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandu jkollha ħajja medja peżata li jifdal ta’ mhux aktar minn sena waħda u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn tliet snin. B’deroga mit-tieni subparagrafu, aggregazzjonijiet ta’ self għal karozzi, kiri ta’ karozzi u tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ tagħmir għandu jkollhom ħajja medja ppeżata li jifdal ta’ mhux aktar minn tliet snin u nofs u l-ebda waħda mil-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn sitt snin. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskoperturi sottostanti għandhom jinkludu obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu minn li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|