+4.3 Politiki u proċeduri tar - riskju ta’ kreditu
---+34. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju …
---+35. Jenħtieġ li l - objettiv segwit fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkun …
---+36. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar- riskju ta’ kreditu jkopru l - attivitajiet ta’ …
---+37. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jinkludu politiki u proċeduri …
---+38. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: a. politiki u …
---+39. Fi ħdan il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom u billi jibnu fuq l - …
---+40. Għall - prodotti ta’ kreditu li jiġu offruti lill - konsumaturi, jenħtieġ li l - …
---+41. Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ …
---+42. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …
---+43. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …
---+44. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma …
---+45. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi interni sabiex jiżguraw li l - informazzjoni …
---+46. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ politiki u proċeduri sabiex jiżguraw li l …
---+47. Bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tagħhom, jenħtieġ li l -i stituzzjonijiet …
---+48. Jenħtieġ li l - kamp ta’ applikazzjoni u l - implimentazzjoni tad - definizzjoni ta’ …
---+49. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit u l - istrateġija tagħhom għal …
---+50. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit għar - riskju tagħhom għas - …
---+51. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu struttura ta’ governanza soda għal …
---+52. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tranżazzjonijiet ingranati kollha jiġu …
---+53. Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ …
---+54. Meta jużaw mudelli awtomatizzati għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u għat - …
---+55. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom dokumentazzjoni mudell adegwata li tkopri: a. il- …
---+56. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jinkorporaw il - fatturi tal - ESG u r - riskji assoċjati fil …
---+57. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu r - riskji assoċjati mal - fatturi tal - ESG fuq il - …
---+58. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ …
---+59. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jippożizzjonaw il - politiki u l - proċeduri ta’ self …
---+60. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom infrastruttura xierqa tad - data kif ukoll politiki u …
---+61. Jenħtieġ li l- infrastruttura tad - data tkun dettaljata u granulari biżżejjed sabiex tkopri …
---+62. Għall - finijiet tat - tfassil u tal - manutenzjoni ta’ din l - infrastruttura tad - data …
|
4.3 Politiki u proċeduri tar - riskju ta’ kreditu
4.3 Politiki u proċeduri tar - riskju ta’ kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
34. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, il- kriterji għall -id entifikazzjoni, għall - valutazzjoni, għall - approvazzjoni, għall - monitoraġġ, għar - rapportar u għall - mitigazzjoni tar - riskju ta’ kreditu, u l - kriterji għall - kejl tal - provvedimenti kemm għall - finijiet tal - kontabbiltà kif ukoll għall - finijiet tal - adegwatezza kapitali. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw il - qafas u jaġġornawh regolarment.
|
|
35. Jenħtieġ li l - objettiv segwit fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkun …
|
Jenħtieġ li l - objettiv segwit fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkun li jiġi promoss approċċ proattiv għall - monitoraġġ tal - kwalità kreditizja, li jiġi identifikat sa minn kmieni kreditu li jkun qed jiddeterjora u li jiġu ġestiti l - kwalità tal - kreditu kumplessiva u l - profil tar - riskju assoċjat tal - portafoll, inkluż permezz ta’ attivitajiet ġodda ta’ għoti ta’ kreditu.
|
|
36. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar- riskju ta’ kreditu jkopru l - attivitajiet ta’ …
|
Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar- riskju ta’ kreditu jkopru l - attivitajiet ta’ self, il - klassijiet ta’ assi, is - segmenti tal - klijenti, il - prodotti u l - faċilitajiet speċifiċi ta’ kreditu, il - prattiki ta’ ġestjoni tar- riskju ta’ kreditu, u r - responsabbiltajiet u l - kontrolli assoċjati kollha.
|
|
37. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jinkludu politiki u proċeduri …
|
Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jinkludu politiki u proċeduri speċifiċi dwar is - self, bi granularità suffiċjenti sabiex ikopru l - linji operatorji speċifiċi tal - istituzzjoni, għas - setturi differenti, skont il- kumplessitajiet u d - daqsijiet differenti tagħhom, u r - riskji tas - segmenti differenti tas - suq relatati mal - faċilità ta’ kreditu.
|
|
38. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: a. politiki u …
|
Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: - a. politiki u proċeduri u regoli għall - approvazzjoni ta’ għoti ta’ kreditu u t - teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi livelli xierqa ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti f’konformità mal - aptit u mal- limiti għar - riskju ta’ kreditu;
- b. kriterji għall - għoti tal - kreditu, filwaqt li jitqiesu l - punti msemmija fl - Anness 1;
- c. rekwiżiti għall - indirizzar tal - informazzjoni u tad - data meħtieġa għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, kif stabbilit fit - Taqsima 5.1;
- d. rekwiżiti għall - valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja, inkluża analiżi tas - sensittività, kif imsemmi fit - Taqsima 5.2;
- e. rekwiżiti għall - aggregazzjoni tal - iskoperturi ta’ aggregazzjoni u għal -lim iti fuq ir - riskju ta’ kreditu u għall - ġestjoni tal - konċentrazzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu;
- f. rekwiżiti u proċeduri fir -rigward tal- aċċettazzjoni u tal - użu ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar- riskju tal - kollateral u tar - riskju ta’ kreditu, sabiex tiġi ddeterm inata l- effettività tagħhom fil - minimizzazzjoni tar - riskju inerenti ta’ faċilità ta’ kreditu — tali rekwiżiti u proċeduri jenħtieġ li jkunu speċifiċi għall - klassi ta’ assi u speċifiċi għat - tip ta’ prodott u jenħtieġ li jikkunsidraw kif xieraq it - tip, id -da qs u l - kumplessità tal - faċilitajiet ta’ kreditu li jkunu qed jingħataw;
- g. kundizzjonijiet għall - applikazzjoni tat - teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati fil - proċess ta’ għoti tal - kreditu, inklużi l - identifikazzjoni ta’ prodotti, ta’ segmenti u ta’ limiti li g ħalihom ikun permess it - teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati;
- h. approċċ ibbażat fuq ir - riskju, li jindirizza d - devjazzjonijiet possibbli minn politiki u proċeduri ta’ kreditu standard u minn kriterji għall - għoti ta’ kreditu, inkluż:
- i. kundizzjonijiet li jiddefinixxu l - proċess ta’ approvazzjoni għad - devjazzjonijiet u għall - eċċezzjonijiet u r - rekwiżiti speċifiċi ta’ dokumentazzjoni, inkluż ir - rendikont tal - entrati;
- ii. kriterji għal ċaħdiet u kriterji għall - eskalazzjoni tad - devjazzjonijiet/tal - eċċezzjonijiet għal livelli ogħla tal - awtorità li tieħu d - deċiżjonijiet (inklużi l - preċedenzi, il - prevalenzi tad - deċiżjonijiet, l - iskoperturi possibbilment approvati bħala eċċezzjoni għall - istandards ġenerali ta’ self u negozju mhux standard ieħor taħt proċess speċjali ma’ awtoritajiet ta’ approvazzjoni differenti);
- iii. rekwiżiti għall - monitoraġġ ta’ ċirkustanzi u ta’ kundizzjonijiet għal deċiżjoni eċċezzjonali ta’ għoti ta’ kreditu, inklużi rekwiżiti għar - rieżami tagħhom mill - funzjonijiet rilevanti matul ir - rieżami regolari tal -app likazzjoni u tal - konformità mal- politiki u mal - limiti;
- i. rekwiżiti relatati ma’ dak li għandu jiġi dokumentat u rreġistrat bħala parti mill - proċess ta’ għoti ta’ kreditu, inkluż għal finijiet ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ awditjar — dan jenħtieġ li, bħala minimu, jinkludi r - rekwiżiti għat - tlestija tal - applikazzjonijiet ta’ kreditu, ir - raġunijiet/l - analiżi kwalitattivi u kwantitattivi, u d - dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha li serviet bħala bażi għall - approvazzjoni jew għaċ - ċaħda tal - faċilità ta’ kreditu;
- j. rekwiżiti għall - monitoraġġ tal - attivitajiet ta’ għoti ta’ kreditu — jenħtieġ li l - qafas ta’ kontroll intern jiżgura li jkopri l - fażijiet kollha wara l - għoti ta’ kreditu;
- k. fejn applikabbli, il - kriterji kif stabbiliti fit - Taqsimiet 4.3.2, 4.3.3, 4.3.4, 4.3.5 u 4.3.6;
- l. il- kriterji kif stabbiliti fit - Taqsima 4.3.1 u 4.3.7 .
|
|
39. Fi ħdan il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom u billi jibnu fuq l - …
|
Fi ħdan il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom u billi jibnu fuq l - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu wkoll il - prinċipji ta’ self responsabbli. B’mod partikolari: - a. dawn jenħtieġ li jikkunsidraw is - sitwazzjoni speċifika ta’ mutwatarju, bħal pereżempju t- trattament ġust ta’ mutwatarji li jinsabu f’diffikultajiet ekonomiċi;
- b. jenħtieġ li huma jfasslu prodotti ta’ kreditu li huma offruti lill - konsumaturi b’mod responsabbli.
|
|
40. Għall - prodotti ta’ kreditu li jiġu offruti lill - konsumaturi, jenħtieġ li l - …
|
Għall - prodotti ta’ kreditu li jiġu offruti lill - konsumaturi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - kriterji dwar l - għoti ta’ kreditu ma jwasslux għal tbatija bla bżonn u għal dejn eċċessiv għall - mutwatarji u għall - unitajiet domestiċi tagħhom.
|
|
41. Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ …
|
Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu kif imsemmi fil - paragrafu 38(a) u fil - valutazzjonijiet tal - affidabbiltà kreditizja kif imsemmija fil - paragrafu 38(d), jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll l - użu ta’ kwalunkwe mudell awtomatizzat fil - proċessi ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu b’mod li jkun xieraq għad - daqs, għan - natura u għall - kumplessità tal - faċilità ta’ kreditu u għat - tipi ta’ mutwatarji. B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu arranġamenti ta’ governanza xierqa għad - disinn u għall - użu ta’ tali mudelli u għall - ġestjoni tar - riskju tal - mudell assoċjat, filwaqt li jqisu l - kriterji stabbiliti fit - Taqsima 4.3.4, u għal aspetti relatati mar - riskju tal - mudell tal -Linji Gwida tal- EBA dwar il -pro ċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji14 .
14 EBA/GL/2014/13.
|
|
42. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkunu mfassla sabiex jimminimizzaw ir - riskju ta’ frodi interna jew esterna fil - proċess ta’ għoti ta’ kreditu. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi adegwati fis - seħħ sabiex jimmonitorjaw kwalunkwe mġiba suspettuża jew frawdolenti.
|
|
43. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu fuq bażi regolari, u għal dan l- għan jenħtieġ li jidentifikaw b’mod ċar il - funzjonijiet u l - membri tal - persunal inkarigati li jżommu politiki u proċeduri speċifiċi aġġornati u r - rwoli u r - responsabbiltajiet tagħhom f’dan ir -rigward. 4.3.1 Politiki u proċeduri dwar il - ġlieda kontra l - ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu
|
|
44. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskji ta’ ħasil tal - flus u ta’ finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) li huma skoperti għalihom bħala riżultat tal - attivitajiet tagħhom ta’ għoti ta’ kreditu15 . B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet: - a. fil - livell tan - negozju tagħhom, jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskju ta’ ML/TF assoċjat mat - tip ta’ klijenti li jaqdu, il -p rodotti ta’ self li jipprovdu, il - ġeografiji li għalihom huma skoperti u l - kanali ta’ distribuzzjoni li jużaw;
- b. fil - livell tar - relazzjoni individwali, jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ din ir - relazzjoni — bħala parti minn dan, jenħteġ li l - istituzzjonijiet:
- i. jikkunsidraw l - iskop tal - kreditu;
- ii. jikkunsidraw sa liema punt l - assoċjazzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ persuna ġuridika li la tkun il - mutwatarju u lanqas l - istituzzjoni mal - faċilità ta’ kreditu tagħti lok għal riskju ta’ ML/TF;
- iii. b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet li fihom ikun stabbilit ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mar - relazzjoni individwali, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jieħdu miżuri sensittivi għar - riskju sabiex jifhmu jekk il - fondi użati biex jitħallas lura l - kreditu, inklużi flus jew ekwivalenti pprovduti bħala kollateral, ikunux minn sorsi leġittimi. Meta jikkunsidraw il - leġittimità tas - sors tal - fondi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - attività li ġġenerat il - fondi u jekk din l - informazzjoni hijiex kredibbli u konsistenti mal - għarfien tal - istituzzjoni dwar il - klijent u l - attività professjonali tal - klijent.
15 Direttiva (UE) 2015/849 teħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri effettivi sabiex jipprevjenu ML/TF u jidentifikawh u jrażżnuh f’każ li jseħħ. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirreferu wkoll għal -Linji Gwida tal- ASE dwar il - Fatturi tar - Riskju Konġunt (JC 2017 37) għal aktar informazzjoni dwar dawn il - punti.
|
|
45. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi interni sabiex jiżguraw li l - informazzjoni …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi interni sabiex jiżguraw li l - informazzjoni miksuba għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, bħall - informazzjoni speċifikata fit - Taqsima 5.1 u fl - Anness 2 ta’ dawn il - linji gwida, tinforma wkoll il - proċessi tagħhom tal - ġlieda kontra l- ħasil tal - flus u kontra l - finanzjament tat - terroriżmu (AML/CFT).
|
|
46. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ politiki u proċeduri sabiex jiżguraw li l …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ politiki u proċeduri sabiex jiżguraw li l - iżborż tas - self isir f’konformità mad - deċiżjoni ta’ kreditu u l - ftehim ta’ self. Jenħtieġ li huma jiżguraw ukoll li jkun hemm kontrolli xierqa fis - seħħ għall - identifikazzjoni, għall - valutazzjoni u għall - ġest joni tar- riskji ta’ ML/TF, u li r - rekords rilevanti jinżammu, f’konformità mal - obbligi usa’ dwar l - AML/CFT tal - istituzzjonijiet skont id - Direttiva (UE) 2015/849. 4.3.2 Tranżazzjonijiet ingranati
|
|
47. Bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tagħhom, jenħtieġ li l -i stituzzjonijiet …
|
Bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tagħhom, jenħtieġ li l -i stituzzjonijiet ikollhom definizzjoni ġenerali ta’ tranżazzjonijiet ingranati li tqis il - livell ta’ ingranaġġ tal - mutwatarju u l - iskop tat - tranżazzjoni. Jenħtieġ li din id - definizzjoni tinkludi l - linji operatorji u l - unitajiet kollha li jġarrbu riskju ta’ kreditu.
|
|
48. Jenħtieġ li l - kamp ta’ applikazzjoni u l - implimentazzjoni tad - definizzjoni ta’ …
|
Jenħtieġ li l - kamp ta’ applikazzjoni u l - implimentazzjoni tad - definizzjoni ta’ tranżazzjoni ingranata minn istituzzjoni jiġu rieżaminati b’mod regolari sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l - ebda esklużjoni mhux dovuta.
|
|
49. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit u l - istrateġija tagħhom għal …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit u l - istrateġija tagħhom għal tranżazzjonijiet ingranati b’mod li jinkludi l - unitajiet tan - negozju rilevanti kollha involuti f’operazzjonijiet bħal dawn. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu liema tipi ta’ tranżazzjonijiet ingranati li huma lesti li jidħlu għalihom, kif ukoll valuri aċċettabbli għall - parametri, bħan - nota ta’ klassifikazzjoni, il - probabbiltà ta’ inadempjenza, il - livell ta’ kollateralizzazzjoni u l - livelli ta’ ingranaġġ, inkluż fil - livell settorjali, meta rilevant i.
|
|
50. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit għar - riskju tagħhom għas - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit għar - riskju tagħhom għas - sindikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ingranati u jidderivaw qafas ta’ limitu komprensiv, inklużi limiti ta’ sottoskrizzjoni ddedikati u sett granulari ta’ sottolimiti, li jiddettaljaw kemm il - limiti massimi kif ukoll in - natura tat - tranżazzjonijiet li l - istituzzjoni tkun lesta li tipparteċipa fihom.
|
|
51. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu struttura ta’ governanza soda għal …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu struttura ta’ governanza soda għal tranżazzjonijiet ingranati, li tippermetti sorveljanza komprensiva u konsistenti tat - tranżazzjonijiet ingranati kollha li jiġu oriġinati, sindikati jew li jinxtraw minnhom, inklużi, fejn rilevanti, ftehimiet tal - “aħjar sforzi”, negozji u “club deals”, kif ukoll self bilaterali standard lil intrapriżi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar.
|
|
52. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tranżazzjonijiet ingranati kollha jiġu …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tranżazzjonijiet ingranati kollha jiġu rieżaminati b’mod adegwat, f’konformità mal - aptit għar - riskju, mal - istrateġiji u mal -politiki tal- istituzzjonijiet, u approvati mill - persuni rilevanti li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu. Għal tranżazzjonijiet inklużi r- riskji ta’ sindakazzjoni u ta’ sottoskrizzjoni, jenħtieġ li jkun hemm rekwiżiti u proċessi speċifiċi ta’ approvazzjoni fis - seħħ. 4.3.3 Innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għall - għoti ta’ kreditu
|
|
53. Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ …
|
Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ għoti ta’ kreditu, jenħtieġ li jagħmlu dan li ġej: - a. Ikopru b’mod adegwat, fl - oqfsa ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ kontroll tagħhom, ir - riskji inerenti assoċjati mal - innovazzjoni ffaċilitata bit - teknoloġija fl - użu. Jenħtieġ li dan ikun proporzjonat mal - mudell tan - negozju, mal - iskopertura għar - riskju ta’ kreditu, mal - kumplessità tal - metodi u mal - firxa tal - użu tal - innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija.
- b. Jiżguraw li l - korp maniġerjali jkollu fehim suffiċjenti dwar l - użu tal - innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija, il - limitazzjoni tagħha u l - impatt li jkollha fuq il - proċeduri ta’ għoti ta’ kreditu.
- c. Jifhmu l - mudelli sottostanti użati, inklużi l - kapaċitajiet, is - suppożizzjonijiet u l - limitazzjonijiet tagħhom, kif ukoll li jiżguraw it - traċċabilità, l - awditabbiltà, ir - robustezza u r - reżiljenza tagħhom.
- d. Jiżguraw li l - mudelli jkunu adattati għall - iskop tagħhom, filwaqt li jqisu l - kompitu identifikat u kriterji oħra, bħall - prestazzjoni u l - użu tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn ta’ spjegazzjonijiet matul l - użu tal - mudelli, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l - iżvilupp ta’ mudell interpretabbli.
- e. Jifhmu l - kwalità tad - data u tal - inputs għall - mudell u jidentifikaw u jipprevjenu pr eġudizzju fil - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm salvagwardji xierqa sabiex jipprovdu kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà tal - informazzjoni u tas - sistemi.
- f. Jiżguraw li l - prestazzjoni tal - mudell, inklużi l- validità u l - kwalità tar - riżultati tiegħu, tkun immonitorjata kontinwament u l - miżuri ta’ rimedju xierqa jittieħdu puntwalment fil - każ ta’ identifikazzjoni ta’ problemi (eż. aggravar jew devjazzjoni minn imġiba mistennija).
4.3.4 Mudelli għall -valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja u għat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu
|
|
54. Meta jużaw mudelli awtomatizzati għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u għat - …
|
Meta jużaw mudelli awtomatizzati għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u għat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jifhmu l - mudelli użati, u l - metodoloġija tagħhom, id - data tal- input, is - suppożizzjonijiet, il - limitazzjonijiet u l - outputs, u jenħtieġ li jkollhom fis - seħħ: - a. politiki u proċeduri interni li jidentifikaw u jipprevjenu preġudizzju u jiżguraw il - kwalità tad- data tal- input;
- b. miżuri li jiżguraw it- traċċabbiltà, l - awditabbiltà, ir - robustezza u r - reżiljenza tal - inputs u tal- outputs;
- c. politiki u proċeduri interni li jiżguraw li l - kwalità tal - output tal - mudell tiġi vvalutata regolarment, bl - użu ta’ miżuri xierqa għall - użu tal - mudell, inkluż l - ittestjar retrospettiv tal- prestazzjoni tal - mudell;
- d. mekkaniżmi ta’ kontroll, prevalenzi ta’ mudell u proċeduri ta’ eskalazzjoni fi ħdan il - qafas tat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu regolari, inklużi approċċi kwalitattivi, għodod kwalitattivi ta’ valutazzjoni t ar- riskju (inkluż ġudizzju espert u analiżi kritika) u limiti kwantitattivi.
|
|
55. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom dokumentazzjoni mudell adegwata li tkopri: a. il- …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom dokumentazzjoni mudell adegwata li tkopri: - a. il- metodoloġija, is - suppożizzjonijiet u l - inputs tad - data , u approċċ għad - detezzjoni u għall - prevenzjoni ta’ preġudizzju u l - iżgurar tal - kwalità tad - data tal- input;
- b. l- użu ta’ outputs tal - mudell fil - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l - monitoraġġ ta’ dawn id- deċiżjonijiet awtomatizzati fuq il - kwalità ġenerali tal - portafoll jew tal -prodotti li fihom jintużaw dawn il - mudelli.
4.3.5 Fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza
|
|
56. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jinkorporaw il - fatturi tal - ESG u r - riskji assoċjati fil …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jinkorporaw il - fatturi tal - ESG u r - riskji assoċjati fil - politiki tagħhom dwar l- aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - ġestjoni tar - riskju, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu, u jadottaw approċċ olistiku.
|
|
57. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu r - riskji assoċjati mal - fatturi tal - ESG fuq il - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu r - riskji assoċjati mal - fatturi tal - ESG fuq il - kundizzjonijiet finanzjarji tal - mutwatarji, u b’mod partikolari l - impatt potenzjali ta’ fatturi ambjentali u tat - tibdil fil - klima, fl - aptit, fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom dwar ir - riskju ta’ kreditu. Ir - riskji tat - tibdil fil - klima għall - prestazzjoni finanzjarja tal - mutwatarji jistgħu primarjament jimmaterjalizzaw bħala riskji fiżiċi, bħal riskji għall - mutwatarju li jirriżultaw mill - effetti fiżiċi tat - tibdil fil - klima, inklużi riskji ta’ responsabbiltà għall - kontribuzzjoni għat - tibdil fil - klima, jew riskji ta’ tranżizzjoni, eż. riskji għall - mutwatarju li jirriżultaw mit - tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat - tibdil fil - klima. Barra minn hekk, jistgħu jseħħu riskji oħra, bħal tibdiliet fil - preferenzi tas - suq u tal - konsumaturi u riskji legali li jistgħu jaffettwaw il - prestazzjoni ta’ assi sottostanti. 4.3.6 Self ambjentalment sostenibbli
|
|
58. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ kreditu ambjentalment sostenibbli jiżviluppaw, bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, dettalji speċifiċi tal - politiki u tal -p roċeduri ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom, li jkopru l - għoti u l - monitoraġġ ta’ tali faċilitajiet ta’ kreditu. Jenħtieġ li dawn il -politiki u l - proċeduri, b’mod partikolari: - a. Jipprovdu lista tal - proġetti u tal - attivitajiet, kif ukoll tal - kriterji, li l- istituzzjoni tikkunsidra eliġibbli għal self ambjentalment sostenibbli jew referenza għall - istandards eżistenti rilevanti dwar self ambjentalment sostenibbli li jiddefinixxu x’tip ta’ self huwa kkunsidrat bħala ambjentalment sostenibbli;
- b. Jispeċifikaw il- proċess li permezz tiegħu l - istituzzjonijiet li jevalwaw li r - rikavat mill - faċilitajiet ta’ kreditu ambjentalment sostenibbli huma jkunu oriġinaw jintużaw għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli. F’każijiet ta’ self lill - intrapriżi, jenħtieġ li l - p roċess jinkludi:
- i. il- ġbir ta’ informazzjoni dwar l - objettivi relatati mal - klima u dawk ambjentalment jew kummerċjalment sostenibbli tal - mutwatarji;
- ii. il- valutazzjoni tal - konformità tal - proġetti ta’ finanzjament tal - mutwatarji mal - proġetti jew mal - attivitajiet ambjentalment sostenibbli li jikkwalifikaw u l - kriterji relatati;
- iii. l- iżgurar li l - mutwatarji jkollhom ir - rieda u l - kapaċità li jimmonitorjaw u jirrapportaw kif xieraq l - allokazzjoni tar - rikavati lejn proġetti jew attivitajiet ambjentalment sostenibbli;
- iv. il- monitoraġġ, fuq bażi regolari, li r - rikavati jiġu allokati kif suppost (li jista’ jikkonsisti fir - rekwiżit li l - mutwatarji jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l - użu tar - rikavati sakemm titħallas lura l - faċilità ta’ kreditu rilevanti).
|
|
59. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jippożizzjonaw il - politiki u l - proċeduri ta’ self …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jippożizzjonaw il - politiki u l - proċeduri ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom fil - kuntest tal - objettivi, tal - istrateġija u tal - politika ġenerali tagħhom relatati mal - finanzi sostenibbli. B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu miri kwalitattivi u, fejn rilevanti, kwantitattivi, sabiex jappoġġaw l - iżvilupp u l - integrità tal - attività ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom, u sabiex jivvalutaw il - punt sa fejn dan l - iżvilupp ikun konformi mal - objettivi globali tagħhom relatati mal - klima u ambjentalment sostenibbli jew jikkontribwixxi għalihom. 4.3.7 Infrastruttura tad- data
|
|
60. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom infrastruttura xierqa tad - data kif ukoll politiki u …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom infrastruttura xierqa tad - data kif ukoll politiki u proċeduri rilevanti sabiex jiġi appoġġat il - proċess ta’ għoti ta’ kreditu u għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u tal - monitoraġġ matul iċ - ċiklu tal - ħajja tal - faċilitajiet ta’ kreditu (eż. oriġinazzjoni tas - self u valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, valutazzjoni tar - riskju, rieżami tal - kreditu u monitoraġġ). Jenħtieġ li l - infrastruttura tad - data tiżgura l - kontinwità, l - integrità u s - sigurtà tal - informazzjoni dwar l - iskopertura, il - mutwatarju u l - kollateral, mill - punt ta’ oriġinazzjoni u matul iċ - ċiklu tal - ħajja tal - faċilità ta’ kreditu.
|
|
61. Jenħtieġ li l- infrastruttura tad - data tkun dettaljata u granulari biżżejjed sabiex tkopri …
|
Jenħtieġ li l- infrastruttura tad - data tkun dettaljata u granulari biżżejjed sabiex tkopri informazzjoni speċifika dwar kull self individwali, b’mod partikolari l - kriterji attwali dwar l - għoti ta’ kreditu applikati fil - punt ta’ oriġinazzjoni, li jippermettu li d - data dwar il- mutwatarju tkun marbuta ma’ data rigward il- kollateral, sabiex jiġi appoġġat il - monitoraġġ effettiv tar - riskju ta’ kreditu (ara t - Taqsima 8) u jkunu jistgħu jsiru rendikont effettiv tal - entrati, kejl tal - prestazzjoni u tal - effiċjenza operazzjonali u tal - kreditu, kif ukoll it - traċċar ta’ devjazzjonijiet mill - politika, ta’ eċċezzjonijiet u ta’ prevalenzi (inklużi prevalenzi fuq is - sistemi ta’ klassifikazzjoni jew ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu/tranżazzjoni).
|
|
62. Għall - finijiet tat - tfassil u tal - manutenzjoni ta’ din l - infrastruttura tad - data …
|
Għall - finijiet tat - tfassil u tal - manutenzjoni ta’ din l - infrastruttura tad - data , jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - użu tal - kampijiet tad - data rilevanti mill - mudelli tat - tranżazzjonijiet tal -NPL tal- EBA16 .
16 https://eba.europa.eu/risk - analysis -and- data/eba -work-on- npls
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|