+5.1 Informazzjoni u dokumentazzjoni
---+84. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l- kredituri jkollhom l - informazzjoni u d - data …
---+85. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja tal - konsumaturi, jenħtieġ …
---+86. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ intrapriżi mikro, żgħar …
---+87. L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jużaw l - informazzjoni u d - data diġà disponibbli …
---+88. Jekk l - informazzjoni u d - data ma jkunux disponibbli bil - lest, jenħtieġ li l - …
---+89. Jekk l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom tħassib dwar il - preċiżjoni u l - …
---+90. Jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ …
---+91. Jekk il - mutwatarju x’aktarx li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji sabiex jissodisfa l - …
---+92. Jekk ftehim ta’ self jinvolvi garanziji mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - …
---+93. Jekk il - mutwatarju jkun membru ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, jenħtieġ li l - …
---+94. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiddokumentaw l - informazzjoni u d - data li …

5.1 Informazzjoni u dokumentazzjoni

5.1 Informazzjoni u dokumentazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
84. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l- kredituri jkollhom l - informazzjoni u d - data …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l- kredituri jkollhom l - informazzjoni u d - data suffiċjenti, preċiżi u aġġornati li jkunu meħtieġa sabiex jivvalutaw l - affidabbiltà kreditizja u l - profil tar - riskju tal - mutwatarju qabel ma jikkonkludu ftehim ta’ self.

85. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja tal - konsumaturi, jenħtieġ …

Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja tal - konsumaturi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom disponibbli, u jużaw, informazzjoni sostnuta minn evidenza neċessarja u xierqa, tal - anqas fir - rigward ta’ dan li ġej:

  • a. l- għan tas - self, meta rilevanti għat -tip ta’ pr odott;
  • b. l- impjiegi;
  • c. is - sors tal - kapaċità ta’ ripagament;
  • d. il- kompożizzjoni ta’ unità domestika u ta’ persuni dipendenti;
  • e. l- impenji finanzjarji u l - ispejjeż għas - servizzjar tagħhom;
  • f. l- ispejjeż regolari;
  • g. il- kollateral (għal self garantit);
  • h. mitiganti oħra tar -r iskju, bħal garanziji, meta jkunu disponibbli.

L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jikkunsidraw l - użu ta’ informazzjoni speċifika, ta’ attributi tad- data u tal - evidenza stabbiliti fl - Anness 2.

86. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ intrapriżi mikro, żgħar …

Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ intrapriżi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom disponibbli, u jużaw, informazzjoni sostnuta minn evidenza neċessarja u xierqa, tal - anqas fir - rigward ta’ dan li ġej:

  • a. l- għan tas - self, meta rilevanti għat - tip ta’ prodott;
  • b. l- introjtu u l - fluss ta’ flus kontanti;
  • c. il- pożizzjoni finanzjarja u l - impenji, inklużi l - assi mirhuna u l - obbligazzjonijiet kontinġenti;
  • d. il- mudell tan - negozju u, fejn rilevanti, l - istruttura korporattiva;
  • e. il- pjanijiet ta’ direzzjoni tan - negozju appoġġati minn projezzjonijiet finanzjarji;
  • f. il- kollateral (għal self garantit);
  • g. mitiganti oħra tar - riskju, bħal garanziji, meta jkunu disponibbli;
  • h. id- dokumentazzjoni legali speċifika għat - tip ta’ prodott (eż. permessi, kuntratti). L- istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw l - użu ta’ informazzjoni speċifika, ta’ attributi tad - data u tal- evidenza stabbiliti fl - Anness 2.
87. L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jużaw l - informazzjoni u d - data diġà disponibbli …

L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jużaw l - informazzjoni u d - data diġà disponibbli għall - klijenti u għall - mutwatarji eżistenti, f’konformità mar - rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2016/679, u meta tali informazzjoni u data jkunu rilevanti u aġġornati.

88. Jekk l - informazzjoni u d - data ma jkunux disponibbli bil - lest, jenħtieġ li l - …

Jekk l - informazzjoni u d - data ma jkunux disponibbli bil - lest, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiġbru l - informazzjoni u d - data meħtieġa mingħand il - mutwatarju u/jew partijiet terzi, inklużi bażijiet ta’ data rilevanti, fejn rilevanti. Għall - ġbir ta’ informazzjoni u ta’ data dwar il-mutwatarju mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiżguraw li jiġu ssodisfati r - rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2016/679.

89. Jekk l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom tħassib dwar il - preċiżjoni u l - …

Jekk l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom tħassib dwar il - preċiżjoni u l - affidabbiltà tal - informazzjoni u d - data , jenħtieġ li dawn jagħmlu l - verifiki meħtieġa u domandi raġonevoli li ll-mutwatarju u lill - partijiet terzi (eż. l - impjegatur, l - awtoritajiet pubbliċi, il - bażijiet ta’ data rilevanti), u jieħdu passi raġonevoli sabiex jivverifikaw l - informazzjoni u d - data miġbura. Qabel ma jagħmlu t - tali domandi lil partijiet terzi rigward id - data personali tal - mutwatarju, jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jiżguraw li jiġu ssodisfati r - rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari fir - rigward li jiġi informat il - mutwatarju u li jitfittex il - permess mingħandu.

90. Jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ …

Jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ klijent uniku li tippermetti li ssir valutazzjoni tal - kapaċità tal - mutwatarju li jisservizzja u jħallas lura l - impenji finanzjarji. Din il - viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ klijent uniku tapplika għal mutwatarji individwali, għal unitajiet domestiċi, kif xieraq, u għal membri ta’ gruppi konsolidati għall - intrapriżi. Il - viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ klijent uniku jenħtieġ li tkun issupplimentata bl - informazzjoni pprovduta mill - mutwatarju dwar l - assi u l - obbligazzjonijiet miżmuma għand istituzzjonijiet jew kredituri oħra.

91. Jekk il - mutwatarju x’aktarx li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji sabiex jissodisfa l - …

Jekk il - mutwatarju x’aktarx li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji sabiex jissodisfa l - obbligi ta’ self kuntrattwali, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jitolbu mingħand il - mutwatarju dokumentazzjoni affidabbli li turi tbassir realistiku tal - abbiltà tiegħu li jżomm is - solvenza. F’dan il- każ, jistgħu jintużaw kemm informazzjoni mingħand partijiet terzi, bħal konsulenti tat - taxxa, awdituri u esperti oħra, kif ukoll informazzjoni mingħand il - mutwatarju.

92. Jekk ftehim ta’ self jinvolvi garanziji mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - …

Jekk ftehim ta’ self jinvolvi garanziji mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom livell suffiċjenti ta’ informazzjoni u ta’ data meħtieġ sabiex jivvaluta w il-garanzija u, fejn rilevanti, il - pożizzjoni finanzjarja tal -garanti.

93. Jekk il - mutwatarju jkun membru ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, jenħtieġ li l - …

Jekk il - mutwatarju jkun membru ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiġbru l- informazzjoni neċessarja dwar klijenti konnessi relatati rilevanti, f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - klijenti konnessi, speċjalment meta r - ripagament ikun jiddependi mill - fluss ta’ flus kontanti li jkun ġej mingħand partijiet konnessi oħra fl - istess grupp.

94. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiddokumentaw l - informazzjoni u d - data li …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiddokumentaw l - informazzjoni u d - data li jwasslu għal approvazzjoni ta’ kreditu, inklużi l - azzjonijiet u l - valutazzjonijiet imwettqa minnhom, u jżommu din id- dokumentazzjoni f’forma aċċessibbli (disponibbli bil - lest għall - awtoritajiet kompetenti) għal mill - inqas id - durata tal - ftehim ta’ self.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.