+8.1 Allowances
|
8.1 Allowances
134.Ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa tal-istituzzjonijiet tista’ tikkonsisti f’komponenti differenti, inklużi ħlasijiet jew benefiċċji addizzjonali jew anċillari. L - istituzzjonijiet għandhom janalizzaw l - allowances28 u jallokawhom fil -komponent varjabbli jew fiss tar-remunerazzjoni. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji fit- Taqsima 7. 135.B’mod partikolari, meta l- allowances jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa, iżda juru xi waħda mill- karatteristiċi li ġejjn, l - istituzzjoni għandha tiddokumenta kif xieraq ir - riżultati tal - valutazzjonijiet imwettqin skont it - Taqsima 7: - a. Jitħallsu biss lill -membri tal-persunal identifikati29 .
- b. Huma limitati għal każijiet fejn il -proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni kien ikun jaqbeż il -100 % (jekk applikabbli, sa 200 % meta approvat mill-azzjonisti).
- c. L- allowances huma marbutin ma’ indikaturi li possibbilment jistgħu jinftiehmu bħala indikaturi tal-prestazzjoni. F’dak il- każ, l - istituzzjoni għandha tkun kapaċi turi li dawn l - indikaturi mhumiex marbutin mal -prestazzjoni tal- istituzzjoni, eż. billi tanalizza l - korrelazzjoni mal-indikaturi tal- prestazzjoni użati.
136.Meta l- allowances ikunu bbażati fuq ir -rwol, il-funzjoni u r-responsabbiltà organizzazzjonali tal-persunal, sabiex jiġu mmappjati b’mod korrett fil -komponent fiss tar-remunerazzjoni, dawn għandhom jissodisfaw il -kriterji stabbiliti fil-paragrafu 131 filwaqt li jitqiesu dawn kollha li ġejjin: - a. l- allowance hija marbut ma’ rwol jew ma’ responsabbiltà organizzazzjonali u tingħata sakemm ma sseħħ l -ebda bidla materjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet tar- rwol sabiex fil -fatt il-persunal ikollu rwol jew responsabbiltà organizzazzjonali differenti;
- b. l- ammont ma jiddependi fuq l - ebda fattur ħlief li jissodisfa ċertu rwol jew li jkollu ċerta responsabbiltà organizzazzjonali u l-kriterji fil-paragrafu 203;
- c. kwalunkwe membru tal-per sunal ieħor li jwettaq l - istess rwol jew li għandu l -istess responsabbiltà organizzazzjonali u li huwa f’sitwazzjoni komparabbli jkun intitolat għal allowance komparabbli.
137.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - allowances mhumiex veikolu jew meto du li jiffaċilità n - nuqqas ta’ konformità tal -istituzzjonijiet mas-CRD.
28 It-tikketta tista’ tvarja skont l- istituzzjoni: “paga bbażata fuq ir -rwol, allowance tal-persunal, allowance tar-rwol aġġustabbli, allowance tal - paga fissa”, eċċ. 29 Li tkun membru tal- persunal identifikat m’għandux jitqies bħala rwol jew funzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|