+1. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità individwali tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni
---+22. L- Istituzzjonijiet għandu jkollhom ir - responsabilità primarja li jiżguraw, f’konformità mal …
---+23. Il-valutazzjoni inizjali u kontinwa tal-idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni …
---+24. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari, jekk il - membri: a. għandhomx …
---+25. Meta ssir valutazzjoni għal pożizzjoni speċifika, il -valutazzjoni tal- għarfien, il - ħiliet …
---+26. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fuq …
---+27. L- istituzzjonijiet għandhom ukoll jirrivalutaw l - impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal …
---+28. L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - …
|
1. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità individwali tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni
1. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità individwali tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
22. L- Istituzzjonijiet għandu jkollhom ir - responsabilità primarja li jiżguraw, f’konformità mal …
|
L- Istituzzjonijiet għandu jkollhom ir - responsabilità primarja li jiżguraw, f’konformità mal - Artikolu 91(1) tad -Direttiva 2013/36/UE, li l -membri tal- korp ta’ ġestjoni jkunu individwalment adatti f’kull ħin u għandhom jivvalutaw jew jivvalutaw mill - ġdid l - adegwatezza, b’mod partikolari: - a. meta japplikaw għall - awtorizzazzjoni biex jibdew negozju;
- b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni, inklużi:
- i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni, inkluż bħala riżultat ta’ ak kwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni8 . Din il- valutazzjoni għandha tkun limitata għal membri li jkunu għadhom kif inħatru;
- ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp ta’ ġestjoni, jekk ir - rekwiżiti tal - poż izzjoni jkunu nbidlu jew jekk il- membru jinħatar għal pożizzjoni differenti fil- korp ta’ ġestjoni. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għall -membri li l-pożizzjoni tagħhom tkun inbidlet u għall - analiżi tal - aspetti rilevanti, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall - pożizzjoni;
- c. fuq bażi kontinwa skont il -paragrafi 26 u 27.
8 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - (abbozz) tal - RTS skont l -Artikolu 7(4) tad -Direttiva 2014/65/UE u l -abbozz tal- ITS skont l -Artikolu 7(5) tad -Direttiva 2014/65/UE dwar il - proċeduri għall - għoti u ċ - ċaħda ta’ talbiet għal awtorizzazzjoni ta’ ditti tal- investiment, disponibbli fuq is - sit web tal - ESMA. Ara wkoll l - (abbozz) tal - ITS dwar il - proċeduri u l -forom għall - akwiżizzjoni u ż - żieda fil - parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment rispettivament, disponibbli fuq is - siti web tal -EBA u tal- ESMA: https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/other - topics/its -on- the - procedures -and- forms -in- respect -of- acquisitions -and- increases -of- qualifying - holdings u https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/2015/11/2015 - 613_final_report_and_assessment_rts_its.pdf
|
|
23. Il-valutazzjoni inizjali u kontinwa tal-idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni …
|
Il-valutazzjoni inizjali u kontinwa tal-idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni hija r- responsabbiltà tal - istituzzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall - valutazzjoni li ssir mill - awtoritajiet kompetenti għall - finijiet superviżorji.
|
|
24. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari, jekk il - membri: a. għandhomx …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari, jekk il - membri: - a. għandhomx reputazzjoni tajba biżżejjed;
- b. għandhomx biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex iwettqu l - kompiti tagħhom;
- c. humiex kapaċi jaġixxu bl - onestà, l -integrità u l-indipendenza fil- ħsieb biex jivvalutaw u jisfidaw b’mod effettiv id - deċiżjonijiet tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u deċiżjonijiet maniġerjali rilevanti oħrajn fejn meħtieġ u biex jissorveljaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv it- teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni;
- d. humiex kapaċi jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom fl - istituzzjoni u, meta l - istituzzjoni tkun sinifikanti, jekk il -limitazzjoni tad-direttorati skont l -Artikolu 91(3) tad -Direttiva 2013/36/UE tkunx qiegħda tiġi osservata.
|
|
25. Meta ssir valutazzjoni għal pożizzjoni speċifika, il -valutazzjoni tal- għarfien, il - ħiliet …
|
Meta ssir valutazzjoni għal pożizzjoni speċifika, il -valutazzjoni tal- għarfien, il - ħiliet, l - esperjenza u l - impenn ta’ ħin suffiċjenti għandha tqis ir -rwol tal- pożizzjoni speċifika kkonċernata. Il -livell u n-natura tal- għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza suffiċjenti meħtieġa minn membru tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu jistgħu jvarjaw minn dawk li huma meħtieġa minn membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu, speċjalment jekk dawn il- funzjonijiet jiġu assenjati lil ko rpi differenti.
|
|
26. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fuq …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fuq bażi kontinwa biex jidentifikaw, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt ġdid rilevanti, sitwazzjonijiet fejn għandha titwettaq rivalutazzjoni tal - idoneità tagħhom. B’mod partikolari, għandha titwettaq rivalutazzjoni fil- każijiet li ġejjin: - a. meta jkun hemm tħassib dwar l -idoneità individwali jew kollettiva tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni;
- b. f’każ ta’ impatt materjali fuq ir -reputazzjoni ta’ membru tal- korp ta’ ġestjoni, jew tal - istituzzjoni, inklużi każijiet fejn il - membri ma jikkonformawx mal -politika tal- istituzzjoni dwar il- kunflitti ta’ interess;
- c. fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew qed isir attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew ikun hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l- istituzzjoni u b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l - informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l - istituzzjoni:
- i. ma tkunx implimentat kontrolli interni xierqa jew mekkaniżmi ta’ sorveljanza biex tissorvelja u timmitiga r - riskji tal - ML/TF (eż. identifikati minn sejbiet superviżorji minn spezzjonijiet fuq il - post jew spezzjonijiet mhux fuq il - post, djalogu superviżorju jew fil - kuntest ta’ sanzjonijiet);
- ii. instab li kienet qed tikser l -obbligi tal- AML/CFT tagħha fl - Istat Membru tad - domiċilju jew dak ospitanti jew f’pajjiż terz;
- iii. tkun bidlet materjalment l-attività tan-negozju jew il-mudell tan- negozju tagħha b’mod li jissuġġerixxi li l - esponiment tagħha għar - riskju tal - ML/TF żdied b’mod sinifikanti;
- d. fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l -idoneità tal-membru tal-korp ta’ ġestjoni.
|
|
27. L- istituzzjonijiet għandhom ukoll jirrivalutaw l - impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal …
|
L- istituzzjonijiet għandhom ukoll jirrivalutaw l - impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal -korp ta’ ġestjoni jekk dak il- membru jassumi direttorat addizzjonali jew jibda jwettaq attivitajiet rilevanti ġodda, inklużi attivitajiet politiċi.
|
|
28. L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - kunċetti definiti fit-Titolu III, filwaqt li jqis u d- diversità tal - korp ta’ ġestjoni kif speċifikat fit -Titolu V, u għandhom jimplimentaw politika u proċessi tal - idoneità kif stabbilit, rispettivament, fit - Titoli VI u VII.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|