+13. Politika tal-idoneità
---+109. Skont l -Artikolu 88(1) tad -Direttiva 2013/36/UE, korp ta’ ġestjoni ta’ istituz zjoni …
---+110. Il-politika tal-idoneit à għandha tinkludi l - politika ta’ diversità jew tirreferi għaliha …
---+111. Kwalunkwe bidla fil-politika tal- idoneità għandha tiġi approvata wkoll mill -korp ta’ …
---+112. Il- politika għandha tkun ċara, iddokumentata tajjeb u trasparenti għall - persunal kollu fl - …
---+113. Il-funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jipprovdu input effettiv għall - iżvilupp tal - …
---+114. Il- politika għandha tinkludi prinċipji dwar l - għażla, il - monitoraġġ u l - ippjanar tas - …
---+115. L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jinkludu wkoll fil -politika tal- idoneità tagħhom il - …
---+116. Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u l -kumitat ta’ nominazzjoni fejn …

13. Politika tal-idoneità

13. Politika tal-idoneità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
109. Skont l -Artikolu 88(1) tad -Direttiva 2013/36/UE, korp ta’ ġestjoni ta’ istituz zjoni …

Skont l -Artikolu 88(1) tad -Direttiva 2013/36/UE, korp ta’ ġestjoni ta’ istituz zjoni jiddefinixxi, jissorvelja u huwa responsabbli mill -implimentazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw il - ġestjoni effettiva u prudenti tal - istituzzjoni. Barra minn hekk, skont l - Artikolu 9(3) tad -Direttiva 2014/65/UE, il - korp ta’ ġestjoni ta’ ditta ta’ investiment kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE (ditta MiFID) jiddefinixxi, jissorvelja u huwa responsabbli mill - implimentazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza b’mod li jippromwovi l - integrità tas - suq u l- interess tal -klijenti. Dan jinkludi li l-politika tal-idoneità tal- istituzzjoni għandha tkun allinjata mal- qafas ta’ governanza korporattiva, mal -kultura korporattiva u mal- predispożizzjoni għar - riskju globali tal - istituzzjoni u li l - proċessi tal - politika qed jaħdmu bis - sħiħ kif maħsub. Dan jinkludi wkoll li l- korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni għandu jadotta – mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe approvazzjoni meħtieġa tal - azzjonisti – u jżomm politika għall -valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni.

110. Il-politika tal-idoneit à għandha tinkludi l - politika ta’ diversità jew tirreferi għaliha …

Il-politika tal-idoneit à għandha tinkludi l - politika ta’ diversità jew tirreferi għaliha sabiex jiġi żgurat li d - diversità titqies fir - reklutaġġ ta’ membri ġodda.

111. Kwalunkwe bidla fil-politika tal- idoneità għandha tiġi approvata wkoll mill -korp ta’ …

Kwalunkwe bidla fil-politika tal- idoneità għandha tiġi approvata wkoll mill -korp ta’ ġestjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe approvazzjoni meħtieġa tal - azzjonisti. Għandha tinżamm dokumentazzjoni dwar l -adozzjoni tal-politika u dwar kwalunkwe emenda tagħha (pereżempju fil - minuti ta’ laqgħat rilevanti).

112. Il- politika għandha tkun ċara, iddokumentata tajjeb u trasparenti għall - persunal kollu fl - …

Il- politika għandha tkun ċara, iddokumentata tajjeb u trasparenti għall - persunal kollu fl - istituzzjoni. Meta jiżviluppa l - politika, il - korp ta’ ġestjoni jista’ jitlob u jqis l -input minn kumitati interni oħrajn, b’mod partikolari l - kumitat ta’ nominazzjoni meta jkun stabbilit u funzjonijiet interni oħrajn, bħal riżorsi legali, umani jew funzjonijiet ta’ kontroll.

113. Il-funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jipprovdu input effettiv għall - iżvilupp tal - …

Il-funzjonijiet ta’ kontroll intern20 għandhom jipprovdu input effettiv għall - iżvilupp tal - politika tal- idoneità skont ir - rwoli tagħhom. B’mod partikolari, il -funzjoni tal-konformità għandha tanalizza kif il -politika tal-idoneità taffettwa l-konformità tal- istituzzjoni mal - leġiżlazzjoni, mar - regolamenti, mal -politiki u mal- proċeduri interni u għandha tirrapporta kull riskju identifikat għall - konformità u kull kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità lill -korp ta’ ġestjoni.


20 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna: https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/internal-governance

114. Il- politika għandha tinkludi prinċipji dwar l - għażla, il - monitoraġġ u l - ippjanar tas - …

Il- politika għandha tinkludi prinċipji dwar l - għażla, il - monitoraġġ u l - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tagħha u għall - ħatra mill - ġdid ta’ membri eżistenti u mill - inqas għandha tistabbilixxi dan li ġej:

  • a. il- proċess għall - għażla, il - ħatra, il - ħatra mill - ġdid u l - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tal- korp ta’ ġestjoni u l - proċedura interna applikabbli għall -valutazzjoni tal-idoneità ta’ membru inkluża l - funzjoni interna responsabbli mill - għoti ta’ appoġġ għall - valutazzjoni (pereżempju riżorsi umani);
  • b. il- kriterji li għandhom jintużaw fil - valutazzjoni, li għandhom jinkludu wkoll il -kriterji tal- idoneità stabbiliti f’dawn il - Linji Gwida;
  • c. kif għandha titqies, bħala parti mill - proċess tal - għażla, il - politika ta’ diversità għall - membri tal- korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti u l - mira għall - ġeneru li mhuwiex irrappreżentat biżżejjed fil - korp ta’ ġestjoni;
  • d. il-mezz ta’ komunikazzjoni mal- awtoritajiet kompetenti; u
  • e. kif għandha tiġi ddokumentata l -valutazzjoni.
115. L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jinkludu wkoll fil -politika tal- idoneità tagħhom il - …

L- istituzzjonijiet rilevanti għandhom jinkludu wkoll fil -politika tal- idoneità tagħhom il - proċess għall - għażla u l - ħatra ta’ titolari ta’ funzjonijiet ewlenin. Il -politika tal- idoneità tista’ tistabbilixxi, skont approċċ ibbażat fuq ir - riskju, dawk il - pożizzjonijiet li jistgħu jitqiesu mill - istituzzjonijiet rilevanti bħala titolari ta’ funzjonijiet ewlenin flimkien mal -kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn dawn ma jkunux parti mill - korp ta’ ġestjoni.

116. Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u l -kumitat ta’ nominazzjoni fejn …

Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u l -kumitat ta’ nominazzjoni fejn stabbilit għandhom jissorveljaw l -effettività tal-politika ta’ adegwatezza tal- istituzzjoni u jirrieżaminaw it - tfassil u l - implimentazzjoni tagħha. Il - korp ta’ ġestjoni għandu jemenda l - politika, fejn ikun xieraq, filwaqt li jqis ir - rakkomandazzjonijiet li jkunu saru mill -kumitat ta’ nominazzjoni meta dan ikun stabbilit u l -funzjoni tal-awditjar intern.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.