+9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni
---+155. Il-politiki ta’ remunerazzjoni tad- ditti ta’ investiment għandhom jispeċifikaw l - użu …
---+156. Id- ditti ta’ investiment għandu jkollhom qafas li fih il - ħlas ta’ terminazzjoni jiġi …
---+157. L-indennizzi tal- liċenzjament ma għandhomx jipprovdu għal kumpens sproporzjonat, iżda għal …
---+158. L- indennizzi għal - liċenzjament ma għandhomx jingħataw meta jkun hemm falliment ovvju li …
---+159. L-indennizzi għal - liċenzjament ma għandhomx jingħataw meta membru tal - persunal jirreżenja …
---+160. Pagamenti addizzjonali fil-kuntest tat-tmiem regolari ta’ perjodu kuntrattwali jew tal- ħatra …
---+161. Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jinkludu ħlasijiet addizzjonali li jiżdiedu mar …
---+162. Meta d- ditti ta’ investiment jagħtu ħlas ijiet ta’ terminazzjoni, id- ditti ta’ investiment …
---+163. Meta tiddetermina l- ammont ta’ ħlas ta’ terminazzjoni li se jingħata, id -ditta ta’ …
---+164. Il-fallimenti tad-ditti ta’ investiment jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin: a. meta jkun …
---+165. In- nuqqasijiet ta’ persunal identifikat għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ u …
---+166. Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala …
|
9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni
9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
155. Il-politiki ta’ remunerazzjoni tad- ditti ta’ investiment għandhom jispeċifikaw l - użu …
|
Il-politiki ta’ remunerazzjoni tad- ditti ta’ investiment għandhom jispeċifikaw l - użu possibbli ta’ ħlasijiet ta’ terminazzjoni, inkluż l -ammont massimu jew il- kriterji għad -determinazzjoni ta’ ammonti bħal dawn li jistgħu jingħataw bħala ħlasijiet ta’ terminazzjoni lill -persunal identifikat. Meta jiġu ddeterminati l - ammonti massimi ta’ ħlasijiet ta’ terminazzjoni, id -ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari l -komponenti fissi tar-remunerazzjoni tal-persunal. Id- ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidr aw kif se japplikaw il-proporzjon stabbilit bejn ir- remunerazzjoni varjabbli u fissa għall -pagamenti ta’ terminazzjoni. EBA Public
|
|
156. Id- ditti ta’ investiment għandu jkollhom qafas li fih il - ħlas ta’ terminazzjoni jiġi …
|
Id- ditti ta’ investiment għandu jkollhom qafas li fih il - ħlas ta’ terminazzjoni jiġi stabbilit u approvat fil-kuntest ta’ terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt mid- ditta ta’ investiment, inklużi allokazzjoni ċara tar - responsabbiltajiet u setgħat tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u l -involviment proċedurali tal -funzjonijiet ta’ kontroll.
|
|
157. L-indennizzi tal- liċenzjament ma għandhomx jipprovdu għal kumpens sproporzjonat, iżda għal …
|
L-indennizzi tal- liċenzjament ma għandhomx jipprovdu għal kumpens sproporzjonat, iżda għal kumpens xieraq tal -membru tal- persunal f’każijiet ta’ terminazzjoni bikrija tal -kuntratt. Skont l-Artikolu 32(1)(f) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jirriflettu l-prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u ma għandhomx jippremjaw falliment jew imġiba ħażina.
|
|
158. L- indennizzi għal - liċenzjament ma għandhomx jingħataw meta jkun hemm falliment ovvju li …
|
L- indennizzi għal - liċenzjament ma għandhomx jingħataw meta jkun hemm falliment ovvju li jippermetti l- kanċellazzjoni minnufih tal -kuntratt jew is-sensja tal-persunal.
|
|
159. L-indennizzi għal - liċenzjament ma għandhomx jingħataw meta membru tal - persunal jirreżenja …
|
L-indennizzi għal - liċenzjament ma għandhomx jingħataw meta membru tal - persunal jirreżenja minn jeddu sabiex jieħu kariga f’entità ġuridika differenti, sakemm ma jkunx meħtieġ indennizz għal - liċenzjament mil - liġi nazzjonali dwar ix - xogħol.
|
|
160. Pagamenti addizzjonali fil-kuntest tat-tmiem regolari ta’ perjodu kuntrattwali jew tal- ħatra …
|
Pagamenti addizzjonali fil-kuntest tat-tmiem regolari ta’ perjodu kuntrattwali jew tal- ħatra bħala membru tal - korp maniġerjali, eż. benefiċċji diskrezzjonarji tal - pensjoni mogħtija, ma għandhomx jiġu ttrattati bħala pagamenti ta’ terminazzjoni, iżda bħala remunerazzjoni varjabbli norma li li hija għall - persunal identifikat soġġett għar - rekwiżiti speċifiċi kollha għar - remunerazzjoni varjabbli.
|
|
161. Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jinkludu ħlasijiet addizzjonali li jiżdiedu mar …
|
Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jinkludu ħlasijiet addizzjonali li jiżdiedu mar -remunerazzjoni regolari fis- sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin: - a. remunerazzjoni tas- sensja għat -telfa tal- pożizzjoni fil - każ ta’ terminazzjoni bikrija tal - kuntratt mid-ditta ta’ investiment jew is- sussidjarji tagħha;
- b. remunerazzjoni mogħtija għal perjodu ta’ żmien limitat li jiġi miftiehem biex jiġi introdott perjodu ta’ rtirar wara t-terminazzjoni tal- kuntratt u huwa soġġett għal klawżola ta’ nonkompetizzjoni fil-kuntratt;
- c. id-ditta ta’ investiment ttemm il-kuntratti tal- persunal minħabba nuqqas tad -ditta ta’ investiment jew miżuri ta’ intervent bikri;
- d. id-ditta ta’ investiment trid ittemm il- kuntratt wara tnaqqis materjali tal -attivitajiet tad-ditta ta’ investiment li fihom kien attiv il -membru tal-persunal jew meta l- oqsma tan - negozju jinxtraw minn ditti ta’ investiment oħrajn mingħajr il -possibbiltà li l-persunal jibqa’ imp jegat fid-ditta ta’ investiment akkwirenti;
- e. id-ditta ta’ investiment u membru tal- persunal jaqblu dwar saldu f’każ ta’ tilwim industrijali attwali li nkella seta’ jwassal b’mod realistiku għal azzjoni quddiem qorti. EBA Public
|
|
162. Meta d- ditti ta’ investiment jagħtu ħlas ijiet ta’ terminazzjoni, id- ditti ta’ investiment …
|
Meta d- ditti ta’ investiment jagħtu ħlas ijiet ta’ terminazzjoni, id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtorità kompetenti r- raġunijiet għall - ħlasijiet ta’ terminazzjoni, l - adegwatezza tal- ammont mogħti u l - kriterji użati sabiex jiddeterminaw l - ammont, inkluż li huwa marbut ma l- prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u li ma jippremjax falliment jew imġiba ħazina.
|
|
163. Meta tiddetermina l- ammont ta’ ħlas ta’ terminazzjoni li se jingħata, id -ditta ta’ …
|
Meta tiddetermina l- ammont ta’ ħlas ta’ terminazzjoni li se jingħata, id -ditta ta’ investiment għandha tqis il - prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u tivvaluta fejn rilevanti s-severità ta’ kwalunkwe falliment. Il- fallimenti identifikati għandhom jiġu distinti bejn fallimenti tad -ditta ta’ investiment u fallimenti tal- persunal identifikat kif ġej: - a. il-fallimenti tad- ditta ta’ investiment għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun stabb ilit l-ammont totali tal- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għall - persunal, filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni l- bażi kapitali tad - ditta ta’ investiment; ħlasijiet ta’ terminazzjoni bħal dawn ma għandhomx ikunu ogħla mit - tnaqqis tal -kostijiet miksub bit-terminazzjoni bikrija tal-kuntratti;
- b. fallimenti ta’ persunal identifikat għandhom iwasslu għal aġġustament ’l isfel tal -ammont ta’ indennizz għal - liċenzjament li aktarx li kien jingħata li kieku tiġi kkunsidrata biss il - prestazzjoni tul iż - żmien fl-istima tal- indennizz għal - liċenzjament, inkluża l -possibbiltà għal tnaqqis tal - ammont għal żero.
|
|
164. Il-fallimenti tad-ditti ta’ investiment jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin: a. meta jkun …
|
Il-fallimenti tad-ditti ta’ investiment jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. meta jkun ġie rreġistrat l - ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza normali tad -ditta ta’ investiment, kif definiti fl-Artikolu 2(1)(47) tad-Direttiva 2014/59/UE;
- b. meta t- telf sinifikanti jwassal għas -sitwazzjoni fejn id- ditta ta’ investiment m’għadx għandha bażi kapitali soda u, minħabba f’hekk, tinbiegħ il - linja ta’ azzjoni jew titnaqq as l-attività tan-negozju.
|
|
165. In- nuqqasijiet ta’ persunal identifikat għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ u …
|
In- nuqqasijiet ta’ persunal identifikat għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ u jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. meta membru tal- korp maniġerjali ma jibqax meqjus li jilħaq l - istandards xierqa ta’ idoneità u ta’ proprjetà;
- b. meta l-membru tal- persunal identifikat ipparteċipa f’imġiba jew huwa responsabbli minn imġiba li rriżultat f’telf sinifikanti għad -ditta ta’ investiment, kif definit fil-politika ta’ remunerazzjoni tad-ditta ta’ investiment;
- c. meta membru tal-persuna l identifikat jaġixxi kontra r -regoli, il-valuri jew il- proċeduri interni fuq bażi ta’ intenzjoni jew ta’ negliġenza gravi. EBA Public
|
|
166. Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala …
|
Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala prinċipju ġenerali għaldaqstant, jekk jingħa taw lil persunal identifikat, japplikaw ir- rekwiżiti kollha skont l -Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Madanakollu, fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni m’għandhomx jitqiesu għall -finijiet tal-kalkolu tal-proporzjon bejn remuner azzjoni varjabbli u fissa stabbilita fi ħdan il - politiki ta’ remunerazzjoni u għall - applikazzjoni tad-differiment u tal- ħlas fi strumenti: - a. ħlasijiet ta’ terminazzjoni mandatorji skont il - liġi nazzjonali tax - xogħol jew mandatorja wara deċiżjoni tal - qorti;
- b. ħ lasijiet ta’ terminazzjoni skont (i) u (ii) meta d-ditta ta’ investiment tista’ turi r- raġunijiet u l-adegwatezza tal-ammont tal- ħlas ta’ terminazzjoni:
- (i) ħlasijiet ta’ terminazzjoni kkalkolati permezz ta’ formula ġenerika predefinita xierqa (eż. gardening leave) stabbilita fil-politika ta’ remunerazzjoni fil- każijiet imsemmijin fil-paragrafu 161;
- (ii) ħlasijiet ta’ terminazzjoni li jikkorrispondu għall -ammont addizzjonali dovut fl-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ nonkompetizzjoni fil - kuntratt u mħallsin f’perjodi futuri sal-ammont tar- remunerazzjoni fissa li kieku kienu jitħallsu għall -perjodu ta’ nonkompetizzjoni, li kieku l- persunal kien għadu impjegat.
- c. ħlasijiet ta’ terminazzjoni skont il -paragrafu 161 , li ma jissodisfawx il -kundizzjoni fil-punt (i) tal-paragrafu 166, meta d-ditta ta’ investiment tkun uriet lill-awtorità kompetenti r- raġunijiet u l-adegwatezza tal-ammont tal- ħlas ta’ terminazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|