+15.7.1 Malus u rkupru
---+281. L- arranġamenti tal - malus u ta’ rkupru huma mekkaniżmi ta’ aġġustament għar - riskju ex post …
---+282. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali jew tal- liġi tax - …
---+283. Aġġustamenti għar - riskju ex post għandhom ikunu dejjem relatati mar -riskju jew mal-pr …
---+284. Id- ditti ta’ investiment għandhom janalizzaw jekk l - aġġustamenti għar - riskju ex ante …
---+285. Meta jistabbilixxu l - kriterji għall -applikazzjoni tal-malus u ta’ rkupru skont l-Artikolu …
---+286. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw tal - inqas il -kriterji tar- riskju u ta’ …
---+287. Fejn il- malus jista’ biss jiġi applikat fil-mument tal-vestiment tal- ħlasijiet differiti, id …
---+288. L- arranġamenti tal -malus jew ta’ rkupru għandhom iwasslu fejn hu xieraq għal tnaqqis tar - …
|
15.7.1 Malus u rkupru
15.7.1 Malus u rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
281. L- arranġamenti tal - malus u ta’ rkupru huma mekkaniżmi ta’ aġġustament għar - riskju ex post …
|
L- arranġamenti tal - malus u ta’ rkupru huma mekkaniżmi ta’ aġġustament għar - riskju ex post espliċiti li bihom id - ditta ta’ investiment nnifisha taġġusta r -remunerazzjoni tal-membru tal-persunal identifikat fuq il - bażi ta’ mekkaniżmi bħal dawn (eż. billi tbaxxi r -remunerazzjoni fi flus mogħtija jew billi tnaqqas in -numru jew il-valur tal- istrumenti mogħtija).
|
|
282. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali jew tal- liġi tax - …
|
Mingħajr preġudizzju għall - prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali jew tal- liġi tax - xogħol, id - ditta ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi japplikaw l - arranġamenti tal -malus jew ta’ rkupru sa 100% tar-remunerazzjoni varjabbli totali skont l-Artikolu 32(1)(n) tad-Direttiva (UE) 2014/2034, irrispettivament mill- metodu użat għall - ħlas, inklużi l - arranġamenti ta’ żamma jew ta’ differiment.
|
|
283. Aġġustamenti għar - riskju ex post għandhom ikunu dejjem relatati mar -riskju jew mal-pr …
|
Aġġustamenti għar - riskju ex post għandhom ikunu dejjem relatati mar -riskju jew mal-pr estazzjoni. Għandhom iwieġbu għall - eżiti tar - riskju attwali jew għal bidliet fir -riskji persistenti tad-ditti ta’ investiment, tal-linja ta’ negozju u tal-attivitajiet tal-persunal. Ma għandhomx ikunu bbażati fuq l - ammont ta’ dividenti mħallsa jew fuq l -evoluzzjoni tal-prezz tas- sehem.
|
|
284. Id- ditti ta’ investiment għandhom janalizzaw jekk l - aġġustamenti għar - riskju ex ante …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom janalizzaw jekk l - aġġustamenti għar - riskju ex ante inizjali tagħhom kinux biżżejjed, eż. jekk ir - riskji tħallewx barra jew jekk ġewx sottovalutati jew jekk ġewx identifikati riskji ġodda jew jekk seħħx telf mhux mistenni. Kemm hemm bżonn ta’ aġġustament għar - riskju ex post jiddependi mill - preċiżjoni tal - aġġustament għar - riskju ex ante u għandu jiġi stabbilit mid - ditta ta’ investiment fuq il - bażi ta’ ttestjar retrospettiv. EBA Public
|
|
285. Meta jistabbilixxu l - kriterji għall -applikazzjoni tal-malus u ta’ rkupru skont l-Artikolu …
|
Meta jistabbilixxu l - kriterji għall -applikazzjoni tal-malus u ta’ rkupru skont l-Artikolu 32(1)(m) tad-Direttiva 2019/2034, id- ditta ta’ investiment għandhom jistabbilixxu wkoll perjodu li matulu jiġu applikati l -malus jew l- irkupru għall -persunal identifikat. Dan il-perjodu g ħandu jkopri tal- inqas il - perjodi ta’ żamma u ta’ differiment. Id - ditti ta’ investiment jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kriterji għall -applikazzjoni tal-malus u ta’ rkupru. L- irkupru għandu jiġi applikat b’mod partikolari fil- każ ta’ frodi jew imġiba oħra b’intenzjoni jew negliġenza severa li wasslet għal telf sinifikanti.
|
|
286. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw tal - inqas il -kriterji tar- riskju u ta’ …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw tal - inqas il -kriterji tar- riskju u ta’ prestazzjoni użati inizjalment sabiex jiżguraw ir -rabta bejn il-kejl tal-prestazzjoni inizjali u l-ittestjar retrospettiv tiegħu. Minbarra l -kriterji stabbiliti fl-Artikolu 32(1)(m)(i) u (ii) tad-Direttiva (UE) 2014/2034, id- ditta ta’ investiment għandhom jużaw kriterji speċifiċi inklużi: - a. evidenza ta’ mġiba ħażina jew ta’ żball serju mill -membru tal-persunal (e ż. ksur tal - kodiċi ta’ kondotta u ta’ regoli interni oħrajn, speċjalment dawk li jikkonċernaw ir -riskji);
- b. jekk id-ditti ta’ investiment u/jew l-unità tan- negozju wara ġġarrabx tnaqqis sinifikanti fil - prestazzjoni finanzjarja tagħha (eż. indikaturi tan -nego zju speċifiċi);
- c. jekk id-ditta ta’ investiment u/jew l-unità tan- negozju li fiha jaħdem il -membru tal-persunal identifikat iġġarrabx nuqqas sinifikanti ta’ ġestjoni tar -riskji;
- d. żidiet sinifikanti fil - bażi kapitali regolatorja jew ekonomika tal -unità tan-negozju jew tad-ditta ta’ investiment;
- e. kwalunkwe sanzjoni regolatorja, eż. li tikkastiga, amministrattiva, dixxiplinarja jew oħrajn, fejn l- imġiba tal -membru tal- persunal identifikat ikkontribwixxiet għas -sanzjoni.
|
|
287. Fejn il- malus jista’ biss jiġi applikat fil-mument tal-vestiment tal- ħlasijiet differiti, id …
|
Fejn il- malus jista’ biss jiġi applikat fil-mument tal-vestiment tal- ħlasijiet differiti, id -ditti ta’ investiment jistgħu jagħżlu, fejn possibbli, li japplikaw l -irkupru wara l- ħlas jew il -vestiment tar-remunerazzjoni varjabbli. L-applikazzjoni tal- malus tista’ ma tkunx possibbli meta tapplika d-deroga skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 minħabba li r - rekwiżit biex tiġi differita r- remunerazzjoni varjabbli ma japplikax; id - ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l- irkupru jista’ jiġi applikat.
|
|
288. L- arranġamenti tal -malus jew ta’ rkupru għandhom iwasslu fejn hu xieraq għal tnaqqis tar - …
|
L- arranġamenti tal -malus jew ta’ rkupru għandhom iwasslu fejn hu xieraq għal tnaqqis tar - remunerazzjoni varjabbli. Fl- ebda każ l - aġġustament tar - riskju ex post espliċitu ma għandu jwassal għal żieda tar - remunerazzjoni varjabbli mogħtija inizjalment jew, meta l -malus jew l-irkupru diġà kienu ġew applikati fl - imgħoddi, għal żieda tar - remunerazzjoni varjabbli mnaqqsa. EBA Public
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|