+11 Politika dwar il-k unflitt ta’ interess għall -persunal
---+98. Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/EU u t- Taqsima 3 tal-Kapitlu 2 …
---+99. L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal …
---+100. Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, id …
---+101. Il- politika għandha tkopri tal - inqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin …
---+102. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, id -ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li jekk …
---+103. Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar - rapportar u għall -komunikazzjoni …
---+104. Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li …
---+105. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u …
---+106. Il- politika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell …
---+107. Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp maniġerjali, id …
---+108. Kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill - funzjoni …
---+109. Kull kunflitt ta’ interess reali u potenzjali fil-livell tal- korp maniġerjali, individwalment …
|
11 Politika dwar il-k unflitt ta’ interess għall -persunal
11 Politika dwar il-k unflitt ta’ interess għall -persunal
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
98. Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/EU u t- Taqsima 3 tal-Kapitlu 2 …
|
Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/EU u t- Taqsima 3 tal-Kapitlu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565, il- korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill-istabbiliment, mill-approvazzjoni u mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni u taż - żamma ta’ politiki effettivi għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il- ġestjoni u l -mitigazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess reali u potenzjali bejn l-interessi tad-ditta tal-investiment u l-interessi privati tal- persunal, inkluż ta l-membri tal- korp maniġerjali, li jistgħu jinfluwenzaw ħażin it - twettiq tad -doveri u tar- responsabbiltajiet tagħhom. Impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tqis l- interessi fi ħdan politika ta’ kunflitt ta’ interess għall - grupp kollu fuq bażi konsolidata.
|
|
99. L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal …
|
L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal, inklużi l - interessi tal- eqreb membri tal - familja tagħhom. Id -ditti tal- investiment għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l- fatt li kunflitti ta’ interess ma jinħolqux bis s minn relazzjonijiet professjonali jew personali attwali iżda anke minn dawk passati. Fejn jitfaċċaw kunflitti ta’ interess, id-ditti tal- investiment għandhom jivvalutaw il - materjalità tagħhom u jiddeċiedu u jimplimentaw miżuri ta’ mitigazzjoni, kif xieraq.
|
|
100. Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, id …
|
Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, id -ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu perjodu ta’ żmien xieraq li għalih jixtiequ li l -persunal jirrapporta tali kunflitti ta’ interess, abbażi li dawn xorta jista’ jkollhom impatt fuq l - imġiba u fuq il - parteċipazzjoni tal -persunal fit- teħid ta’ deċiżjonijiet.
|
|
101. Il- politika għandha tkopri tal - inqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin …
|
Il- politika għandha tkopri tal - inqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin fejn jista’ jkun hemm kunflitti ta’ interess: - a. interessi e konomiċi (eż. ishma, drittijiet ta’ sjieda u sħubijiet oħra, parteċipazzjonijiet finanzjarji u interessi ekonomiċi oħra fi klijenti kummerċjali, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, sħubija f’korp jew sjieda ta’ korp jew ta’ entità b’interessi kunfliġġe nti);
- b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas- sidien ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti fid-ditti tal-investiment;
- c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal-persunal tad-ditta tal-investiment jew tal- entitajiet inklużi fil -kamp ta’ applikazzj oni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali (eż. relazzjonijiet familjari);
- d. impjieg ieħor u impjiegi preċedenti fil - passat reċenti (eż. ħames snin);
- e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet ikkonċernati esterni rilevanti (eż. assoċjazzjoni ma’ fornituri materjali, konsulenzi jew fornituri ta’ servizzi oħra); u
- f. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi.
|
|
102. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, id -ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li jekk …
|
Minkejja dak li ntqal hawn fuq, id -ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li jekk membru tal-persunal ikun azzjonist ta’ istituzzjoni jew ikollu kontijiet privati jew self ma’ ditta tal-investiment oħra jew juża servizzi oħra ta’ ditta tal - investiment, dan ma għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn il- persunal jitqies li għandu kunflitt ta’ interess jekk jibqa’ fi ħdan limitu de minimis xieraq .
|
|
103. Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar - rapportar u għall -komunikazzjoni …
|
Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar - rapportar u għall -komunikazzjoni lill-funzjoni responsabbli taħt il -politika. Il- persunal għandu jkollu d - dmir li jiżvela minnufih internament kwalunkwe kwistjoni li tista’ tirriżulta, jew li tkun diġà rriżultat, f’kunflitt ta’ interess.
|
|
104. Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li …
|
Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li jiġu ġestiti b’mod permanenti u kunflitti ta’ interess li jseħħu mingħajr ma jkun mistenni fir -rigward ta’ avveniment uniku (eż. tranżazzjoni, l - għażla ta’ fornitur ta’ servizz, eċċ.) u li ġeneralment jistgħu jiġu ġestiti b’miżura ta’ darba. F’kull ċirkostanza, l -interess tad-ditta tal-investiment għandu jkun ċentrali għad - deċiżjonijiet meħuda.
|
|
105. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u …
|
Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u responsabbiltajiet għall - identifikazzjoni u għall - prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, għall - valutazzjoni tal- materjalità tagħhom u għat - teħid ta’ miżuri mitiganti. Tali proċeduri, rekwiżiti, responsabbilt ajiet u miżuri għandhom jinkludu: - a. li attivitajiet jew tranżazzjonijiet kunfliġġenti jiġu fdati lil persuni differenti;
- b. li persunal li jkun attiv ukoll barra mid-ditta tal- investiment ma jitħalliex ikollu influwenza mhux xierqa fid -ditta tal-investiment fir-rigward ta’ dawk l- attivitajiet oħra;
- c. li tiġi stabbilita r -responsabbiltà tal-membri tal- korp maniġerjali biex jastjenu milli jivvotaw dwar kwalunkwe kwistjoni fejn membru għandu jew jista’ jkollu kunflitt ta’ interess jew meta l- oġġett ività tal-membru jew il- kapaċità tiegħu li jwettaq sew id - dmirijiet lejn id-ditta tal- investiment tista’ tkun kompromessa b’xi mod ieħor;
- d. il-prevenzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali milli jkollhom karigi ta’ direzzjoni f’ditti tal-investiment kompetituri.
|
|
106. Il- politika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell …
|
Il- politika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell tal-korp maniġerjali u tipprovdi biżżejjed gwida dwar l -identifikazzjoni u l- ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jfixklu l - kapaċità tal -membri tal-korp maniġerjali li jieħdu deċiżjonijiet oġġettivi u imparzjali fl - aħjar interessi tad -ditta tal-investiment. Id-ditti tal-investiment għandhom iqisu l - fatt li kunflitti ta’ interess jista’ jkollhom impatt fuq l -indipendenza tal- ħsieb tal-membri tal- korp maniġe rjali24 .
24 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
107. Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp maniġerjali, id …
|
Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp maniġerjali, id -ditti tal-investiment għandhom jiddokumentaw il - miżuri meħuda, inkluż ir - raġunament dwar kif dawn huma effettivi biex jiżguraw teħid ta’ deċiżjonijiet oġġet tivi.
|
|
108. Kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill - funzjoni …
|
Kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill - funzjoni responsabbli fi ħdan id-ditta tal- investiment għandhom jiġu vvalutati u ġestiti b’mod xieraq. Jekk jiġi identifikat kunflitt ta’ interess tal-persunal, id-ditta tal-inve stiment għandha tiddokumenta d - deċiżjoni meħuda, b’mod partikolari jekk il -kunflitt ta’ interess u r- riskji relatati jkunu ġew aċċettati, u jekk ikun ġie aċċettat, il -mod kif dan il- kunflitt ta’ interess ikun ġie mmitigat jew rimedjat b’mod sodisfaċenti.
|
|
109. Kull kunflitt ta’ interess reali u potenzjali fil-livell tal- korp maniġerjali, individwalment …
|
Kull kunflitt ta’ interess reali u potenzjali fil-livell tal- korp maniġerjali, individwalment u kollettivament, għandu jiġi dokumentat b’mod xieraq, jiġi kkomunikat lill - korp maniġerjali, u jiġi diskuss, deċiż u debitament ġestit mill - korp maniġerjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|