+12 Proċeduri ta’ twissija interna
---+120. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri ta’ twissija …
---+121. Biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, għandu jkun possibbli li l -persunal jirrapporta …
---+122. Il- proċeduri ta’ twissija għandhom ikunu disponibbli għall - persunal kollu fi ħdan ditta tal …
---+123. L-informazzjoni provduta mill-persunal permezz tal-p roċeduri ta’ twissija għandha, jekk …
---+124. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li l -persuna li tirrapporta l-ksur tkun protetta …
---+125. Id-ditti tal- investiment għandhom jipproteġu wkoll lill -persuni rrapportati minn kwalunkwe …
---+126. B’mod partikolari, il- proċeduri ta’ twissija interna għandhom: a. ikunu dokumentati (eż. …
|
12 Proċeduri ta’ twissija interna
12 Proċeduri ta’ twissija interna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
120. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri ta’ twissija …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri ta’ twissija interna xi erqa għall -persunal biex jirrapportaw ksur potenzjali jew reali tar-Regolament (UE) Nru 2033/2019 u dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2019/2034 permezz ta’ mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu. Il - persunal li jkun qiegħed jagħ mel ir-rapport ma għandux ikun meħtieġ ikollu evidenza ta’ ksur; madankollu, għandu jkollu livell suffiċjenti ta’ ċertezza li tipprovdi raġuni suffiċjenti għat -tnedija ta’ investigazzjoni. Id-ditti tal-investiment għandhom jimplimentaw ukoll proċessi u proċeduri xierqa li jiżguraw li jikkonformaw mal - obbligi tagħhom skont l-implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni.
|
|
121. Biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, għandu jkun possibbli li l -persunal jirrapporta …
|
Biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, għandu jkun possibbli li l -persunal jirrapporta ksur barra mil- linji ta’ rapportar regolari (eż. permezz tal -funzjoni ta’ verifika tal-konformità, tal- uffiċċju tal- awditjar intern jew ta’ proċedura interna indipendenti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta). Il- proċeduri ta’ twissija għandhom jiżguraw il -protezzjoni tad- data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persun a fiżika allegatament responsabbli mill -ksur, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/67926 (GDPR).
26 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir -rigward tal- ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data , u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il -Protezzjoni tad- Data ).
|
|
122. Il- proċeduri ta’ twissija għandhom ikunu disponibbli għall - persunal kollu fi ħdan ditta tal …
|
Il- proċeduri ta’ twissija għandhom ikunu disponibbli għall - persunal kollu fi ħdan ditta tal - investiment.
|
|
123. L-informazzjoni provduta mill-persunal permezz tal-p roċeduri ta’ twissija għandha, jekk …
|
L-informazzjoni provduta mill-persunal permezz tal-p roċeduri ta’ twissija għandha, jekk xieraq, titqiegħed għad - dispożizzjoni tal - korp maniġerjali u ta’ funzjonijiet oħra responsabbli definiti fil-politika ta’ twissija interna. Fejn il-membru tal- persunal li jkun qed jirrapporta ksur jitlob dan, l-informazz joni għandha tingħata lill - korp maniġerjali u lil funzjonijiet oħra responsabbli b’mod anonimu. Id-ditti tal- investiment jistgħu jipprevedu wkoll proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta li jippermetti li l- informazzjoni tiġi preżentata b’mod anonimu.
|
|
124. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li l -persuna li tirrapporta l-ksur tkun protetta …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li l -persuna li tirrapporta l-ksur tkun protetta b’mod xieraq minn kwalunkwe impatt negattiv, eż. ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħra ta’ trattament inġust. Id -ditta tal- investiment għandha tiżgura li ebda persuna taħt il -kontroll tad-ditta tal- investiment ma twettaq vittimizzazzjoni ta’ persuna li tkun irrapportat ksur u għandha tieħu miżuri xierqa kontra dawk responsabbli minn kwalunkwe vittimizzazzjoni bħal din.
|
|
125. Id-ditti tal- investiment għandhom jipproteġu wkoll lill -persuni rrapportati minn kwalunkwe …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jipproteġu wkoll lill -persuni rrapportati minn kwalunkwe effett negattiv f’każ li l - investigazzjoni ma ssib ebda evidenza li tiġġustifika t - teħid ta’ miżuri kontra dik il- persuna. Jekk jittieħdu miżuri, id -ditti tal- investiment għandhom jeħduhom b’mod li l-per suna kkonċernata tiġi protetta minn effetti negattivi mhux intenzjonati li jmorru lil hinn mill-objettiv tal- miżura meħuda.
|
|
126. B’mod partikolari, il- proċeduri ta’ twissija interna għandhom: a. ikunu dokumentati (eż. …
|
B’mod partikolari, il- proċeduri ta’ twissija interna għandhom: - a. ikunu dokumentati (eż. manwali għall -persunal);
- b. jipprovdu regoli ċari li jiżguraw li l -informazzjoni dwar il- persuni li jkunu għamlu r - rapport u l-persuni rrapportati u l- ksur jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, sakemm il- liġi nazzjonali ma tesiġix żvelar fil -kuntest ta’ investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti;
- c. jipproteġu lill - persunal li jqajjem tħassib minn vittimizzazzjoni minħabba li jkunu żvelaw ksur rapportabbli;
- d. jiżguraw li l - ksur potenzjali jew reali mqajjem jiġi vvalutat u riferut, inkluż kif xieraq lill - awtorità kompetenti rilevanti jew lil aġenzija tal -infurzar tal- liġi;
- e. jiżguraw, fejn possibbli, li l - persunal li jkun qajjem ksur potenzjali jew reali jingħata konferma tal-wasla tal-informazzjoni;
- f. jiżguraw it - traċċar tal - eżitu ta’ investigazzjoni dwar ksur irrapportat; u
- g. jiżguraw żamma ta’ rekords xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|