+6.1 Applikazzjonijiet għall - awtorizzazzjoni tal - istituzzjonijiet
---+41. Fil- valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni skont l - Artikoli 10 sa 14 …
---+42. Is- superviżur prudenzjali għandu jikkondividu mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT …
---+43. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - azzjonisti, mal - …
---+44. Barra minn hekk, fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - fondi użati biex jissodisfaw ir - …
---+45. Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li ma jagħtix l - awtorizzazzjoni lil istituzzjoni …
---+46. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżuri prudenzjali …
---+47. L- informazzjoni mitluba fil - kuntest ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni ta’ …

6.1 Applikazzjonijiet għall - awtorizzazzjoni tal - istituzzjonijiet

Superviżuri prudenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
41. Fil- valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni skont l - Artikoli 10 sa 14 …

Fil- valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni skont l - Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2013/36/UE7 , is - superviżuri prudenzjali għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mas - superviżur rilevanti fil - qasam tal - AML/CFT għall -fini tal- valutazzjoni tagħhom f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjonijiet8 , b’mod partikolari fir - rigward tal - valutazzjoni tar - riskji ta’ ML/TF relatati mal - applikazzjoni proposta għall - awtorizzazzjoni.


7 F’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont l - Artikolu (8)5 tad - Direttiva 2013/36/UE (EBA/GL/2021/12). Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - (abbozz finali) RTS u ITS dwar l - Awtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (EBA -RTS-2017-08 u EBA-ITS-2017- 15) dwar l - informazzjoni li trid tingħata għall -a wtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

8 Il-Linji Gwida tal- EBA dwar metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont l - Artikolu (8)5 tad - Direttiva 2013/36/UE (EBA/GL/2021/12).

42. Is- superviżur prudenzjali għandu jikkondividu mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT …

Is- superviżur prudenzjali għandu jikkondividu mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT l-informazzjoni kollha pprovduta jew relatata mal - applikazzjoni li tkun rilevanti għas - superviżur fil- qasam tal - AML/CFT biex jipprovdi l - fehmiet tiegħu dwar l - applikazzjoni għall - awtorizzazzj oni. L- iskambju ta’ informazzjoni għandu jseħħ ukoll fejn kwalunkwe data jew informazzjoni oħra rilevanti għas - superviżur fil - qasam tal - AML/CFT tiġi żvelata matul ir - rieżami tal- applikazzjoni.

43. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - azzjonisti, mal - …

Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - azzjonisti, mal - membri tal- korp maniġerjali jew mad - detenturi ta’ funzjoni ewlenija jkun akbar, is - superviżur prudenzjali għandu wkoll, fejn xieraq, ifittex informazzjoni mill - unità tal - intelligence finanzjarja sabiex jinforma l - valutazzjoni tagħhom kif spjegat fit - taqsimiet 6.2 u 6.3.

44. Barra minn hekk, fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - fondi użati biex jissodisfaw ir - …

Barra minn hekk, fejn ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - fondi użati biex jissodisfaw ir - rekwiżit kapitali fl- awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ġdida jkun akbar, is - superviżuri prudenzjali għandhom ukoll, fejn xieraq, ifittxu informazzjoni mill - unità tal - intelligence finanzjarja, sabiex jinfurmaw il- valutazzjoni tagħhom. Dan huwa partikolarment rilevanti f’każijiet fejn l - informazzjoni disponibbli tqajjem suspett dwar il - leġittimità tal - oriġini tal - fondi użati biex jissodisfaw ir - rekwiżit kapitali fl - awtorizzazzjoni u l - punt safejn il - fondi huma potenzjalment konnessi ma’ jew derivati minn attività kriminali.

45. Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li ma jagħtix l - awtorizzazzjoni lil istituzzjoni …

Fejn superviżur prudenzjali jiddeċiedi li ma jagħtix l - awtorizzazzjoni lil istituzzjoni abbażi ta’ riskji ta’ ML/TF, is - superviżur prudenzjali għandu jikkondividi d - deċiżjoni rilevanti jew partijiet mid - deċiżjoni mas - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT fl- Istat Membru fejn l - istituzzjoni kienet proposta li tkun stabbilita kif ukoll mal - unità tal - intelligence finanzjarja f’dak l - Istat Membru.

Superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT

46. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżuri prudenzjali …

Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fuq talba tas - superviżuri prudenzjali, jikkondividu l - informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għalihom u jipprovdu l - valutazzjoni tagħhom ta l- applikazzjoni minn perspettiva tal - AML/CFT. Fejn xieraq, is - superviżuri fil - qasam tal- AML/CFT għandhom ukoll ifittxu informazzjoni minn superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT oħrajn u mill - unità tal - intelligence finanzjarja bħala parti mill - valutazzjoni tagħhom tal - applikazzjoni, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għas - superviżur prudenzjali jew ma tkunx intalbe lill - unità tal - intelligence finanzjarja mis - superviżur prudenzjali.

47. L- informazzjoni mitluba fil - kuntest ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni ta’ …

L- informazzjoni mitluba fil - kuntest ta’ applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed fid -dawl tal- perjodu ta’ żmien legali qasir għall - valutazzjoni ta’ tali applikazzjoni mis - superviżur prudenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.