+7.3 Valutazzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni
---+74. Is- superviżur prudenzjali responsabbli mill - monitoraġġ tal - arranġamenti ta’ …
---+75. Fejn is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT jirċievu informazzjoni dwar arranġament ta’ …
|
7.3 Valutazzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni
Superviżuri prudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
74. Is- superviżur prudenzjali responsabbli mill - monitoraġġ tal - arranġamenti ta’ …
|
Is- superviżur prudenzjali responsabbli mill - monitoraġġ tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tal- istituzzjonijiet kif definit fil -Linji Gwida tal- EBA dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni12 għandu jiskambja informazzjoni relatata mal - arranġamenti rilevanti ta’ esternalizzazzjoni mas - superviżur rilevanti fil - qasam tal - AML/CFT. Tali skambju għandu jseħħ b’mod partikolari f’każijiet fejn is - superviżur prudenzjali jkollu motivazzjonijiet raġonevoli biex jissuspetta li l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni jista’ jkollhom impatt fuq l - iskopertura għar - riskju tal -ML/TF tal- istituzzjoni jew il - konformità kontinwa tagħha mal -obbligi skont id- Direttiva 2013/36/UE u d- Direttiva (UE) 2015/849, inkluż meta: - a. jkun hemm tħassib potenzjali dwar is - superviżjoni xierqa jew l - arranġamenti ta’ governanza fir - rigward tal - funzjoni esternalizzata u l - impatt fuq ir - ris kji tal-ML/TF li l-istituzzjoni taffaċċja, l - aċċess għad - data tal- klijent, l - affidabbiltà tar - rekords, jew l - allokazzjoni tal - kompiti bejn l - istituzzjoni u l - fornitur tas - servizz, b’mod partikolari meta l- fornitur ma jkunx entità obbligata skont id - Direttiva (UE) 2015/849;
- b. l- istituzzjoni tkun qed testernalizza funzjonijiet kritiċi jew importanti kif imsemmija fit - taqsima 4 tal-Linji Gwida tal- EBA dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni li jistgħu jaffettwaw is - sistema interna u l - qafas ta’ kontroll tal -i stituzzjoni fir - rigward tar - riskji tal- ML/TF, jew jekk fil - każ ta’ inadempjenza fid - distribuzzjoni tas - servizz mill - fornitur tas- servizz (jew il - fornitur tagħha fil - każ ta’ subesternalizzazzjoni), dan jista’ jwassal għall - falliment tal - istituzzjoni li tikkonforma mal -obbligi tal- AML/CFT tagħha.
Superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT
12 Linji Gwida tal- EBA dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni (EBA/GL/2019/02).
|
|
75. Fejn is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT jirċievu informazzjoni dwar arranġament ta’ …
|
Fejn is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT jirċievu informazzjoni dwar arranġament ta’ esternalizzazzjoni mis - superviżur prudenzjali, dawn għandhom jikkondividu kwalunkwe tħassib identifikat mill - perspettiva tal - AML/CFT mas - superviżuri prudenzjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|