+6.2 Valutazzjoni ta’ stralċ ordnat tad - ditta tal - investiment
---+158. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jivvalutaw il - proċess għall - istralċ …
---+159. Hemm ħafna xenarji li d - ditta tal - investiment tista’ tagħlaq taħthom. Filwaqt li jwettqu …
---+160. Biex jistabbilixxu xenarji adegwati skont il - paragrafu 159, l- awtoritajiet kompetenti …
---+161. Meta jkun disponibbli pjan ta’ rkupru, jekk ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+162. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - perjodu ta’ żmien adegwat għall - …
---+163. Biex jiġi ddeterminat il - perjodu ta’ żmien mistenni ta’ stralċ ordnat, l - awtoritajiet …
---+164. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id - diversi partijiet ikkonċernati li …
---+165. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq il - …
---+166. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq is - …
---+167. Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta …
|
6.2 Valutazzjoni ta’ stralċ ordnat tad - ditta tal - investiment
6.2 Valutazzjoni ta’ stralċ ordnat tad - ditta tal - investiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
158. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jivvalutaw il - proċess għall - istralċ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jivvalutaw il - proċess għall - istralċ ordnat tad - ditta tal - investiment f’xenarji plawżibbli li jirriflettu l - mudell tan - negozju u l - istrateġija tad - ditta tal - investiment. Il - livelli ta’ dettalji ta’ tali valutazzjoni inkluż in - numru ta’ xenarji kkunsidrati għandu jiġi ddeterminat filwaqt li jitqiesu l - mudell tan - negozju, l - 50 iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet imwettqa m id- ditta tal - investiment. Il - valutazzjoni għandha tinkludi tal - inqas l - elementi li ġejjin: - a. l- identifikazzjoni ta’ xenarji ta’ stralċ;
- b. l- identifikazzjoni tal - perjodu ta’ żmien realistiku għall - istralċ tad - ditti tal - investiment; u
- c. il- valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ ta’ ditta tal - investiment fuq il - klijenti, il - kontropartijiet u s - swieq tagħha, u fuq id - ditta tal - investiment stess.
6.2.1 Identifikazzjoni ta’ xenarji ta’ stralċ
|
|
159. Hemm ħafna xenarji li d - ditta tal - investiment tista’ tagħlaq taħthom. Filwaqt li jwettqu …
|
Hemm ħafna xenarji li d - ditta tal - investiment tista’ tagħlaq taħthom. Filwaqt li jwettqu l- analiżi tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq xenarju wieħed jew aktar li fih id - ditta tal - investiment ma tibqax vijabbli u tkun obbligata li tagħlaq in - negozju tagħha. Xi xenarji tipiċi li jistgħu jitqiesu mill- awtoritajiet kompetenti huma: - a. it - telf finanzjarju sinifikanti minħabba ċaqliq ekonomiku sever; u
- b. it - telf ta’ infrastruttura kritika li huwa impossibbli li tiġi sostitwita fil - ħin.
|
|
160. Biex jistabbilixxu xenarji adegwati skont il - paragrafu 159, l- awtoritajiet kompetenti …
|
Biex jistabbilixxu xenarji adegwati skont il - paragrafu 159, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta rilevanti, l - informazzjoni li ġejja, filwaqt li jibnu fuq l - analiżi mwettqa skont it - Titolu 4 (Analiżi tal - Mudell tan - Negozju): - a. il- forma ġuridika tad - ditta tal - investiment u r - rekwiżiti ta’ insolvenza applikabbli relatati;
- b. il- mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment u l - vulnerabbiltajiet relatati;
- c. il- motivaturi ewlenin tad - dħul u tal - kostijiet tad - ditta tal - investiment;
- d. id- dħul u l - ħruġ ta’ flus ewlenin;
- e. l- għodod u l - proċessi operatorji interni jew esternalizzati ewlenin (sistemi tal -IT essenzjali); u
- f. l- attivitajiet kummerċjali ewlenin, speċjalment dawk li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu stralċati jew li huma soġġetti għal interkonnettività interna/esterna għolja.
|
|
161. Meta jkun disponibbli pjan ta’ rkupru, jekk ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Meta jkun disponibbli pjan ta’ rkupru, jekk ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq ix - xenarji tal - pjan ta’ rkupru billi jkomplu jisħquhom biex jilħqu stralċ (jiġifieri sitwazzjonijiet meta l - għażliet ta’ rkupru ma jkunux disponibbli). 6.2.2 Identifikazzjoni tal- perjodu ta’ żmien adegwat għall - istralċ
|
|
162. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - perjodu ta’ żmien adegwat għall - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - perjodu ta’ żmien adegwat għall - istralċ ordnat tad - ditta tal - investiment. B’mod partik olari, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ikunx meħtieġ perjodu ta’ żmien itwal minn tliet xhur għall - istralċ ordnat tan - negozji tad - ditti tal - investiment. 51
|
|
163. Biex jiġi ddeterminat il - perjodu ta’ żmien mistenni ta’ stralċ ordnat, l - awtoritajiet …
|
Biex jiġi ddeterminat il - perjodu ta’ żmien mistenni ta’ stralċ ordnat, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - aspetti dettaljati fil - paragrafi 165 sa 167 , li jista’ jkollhom impatt fuq id - durata ta’ stralċ. L - awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw ukoll fuq il - perjodu medju ta’ żmien ta’ stralċ ordnat li jkun twettaq qabel għal ditti tal - investiment b’karatteristiċi simili fil - ġuriżdizzjoni tagħhom. 6.2.3 Valutazzjoni tal- impatt ta’ stralċ fuq il -klijenti, il-kontropartijiet, u s- swieq
|
|
164. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id - diversi partijiet ikkonċernati li …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id - diversi partijiet ikkonċernati li jistgħu jiġu affettwati mill - istralċ tad - ditta tal - investiment, fix - xenarji analizzati. Filwaqt li jwettqu l - valutazzjoni tal - impatt tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal - inqas il - klijenti ewlenin, il - kontropartijiet u s - swieq l - oħrajn tad - ditta tal - investiment.
|
|
165. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq il - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq il - klijenti tad - ditta tal - investiment. Tali valutazzjoni għandha tinkludi tal - inqas l - aspetti li ġejjin, sa fejn tkun disponibbli l - informazzjoni rilevanti: - a. il- kapaċità tad - ditti ta l- investiment li jagħlqu t - tranżazzjoni pendenti u l - konsegwenzi li tali għeluq jista’ jkollu fuq il - klijenti u fuq id - ditta tal - investiment stess (jiġifieri jekk id - ditta tal - investiment hijiex se ssofri minn penali ta’ terminazzjoni, jew tariffi legali);
- b. meta l - kuntratti ma jkunux kanċellabbli, il - kapaċità tad - ditta tal - investiment li tittrasferihom kollha lil istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u b’liema kostijiet; u
- c. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li tirritorna f’waqtha il - flus tal - klijenti miżmum a u l - assi taħt il - kustodja tad - ditta tal - investiment, f’konformità mar - regoli introdotti skont id - Direttiva 2014/65/UE.
|
|
166. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq is - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq is - swieq li d - ditta tal - investiment tkun qed topera fuqhom. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw b’mod partikolari fuq is - sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. meta sehem għoli tan - negozju tad - ditta tal - investiment jitwettaq f’suq wieħed jew f’xi swieq speċifiċi; u
- b. meta d - ditta tal - investiment tkun fornitur ewlieni tan - negozju f’suq speċifiku.
6.2.4 Valutazzjoni tal- impatt ta’ stralċ fuq id -ditta tal-investiment
|
|
167. Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta …
|
Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ir - riskji ewlenin għad - ditta tal - investiment f’każ ta’ stralċ. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - aspetti li ġejjin: sa fejn ikunu rilevanti għad - ditta tal - investiment u l - informazzjoni tkun disponibbli: 52 - a. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li tkopri l - kostijiet operatorji tagħha, inklużi l - kostijiet taż - żamma tal - proċess intern jew esternalizzat ewlieni tagħha u tas - sistemi tal - IT, li jippermettulha tkompli tiffunzjona f’livell li jippermetti stralċ ordnat;
- b. il- kapaċità tad -di tta tal - investiment li tiddisponi f’waqtha mill - assi fissi tagħha u tassorbi t - telf assoċjat;
- c. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li timmaniġġa/tkeċċi l - impjegati tagħha, filwaqt li tqis ir - rekwiżiti tal - leġiżlazzjoni rilevanti dwar l - impjiegi, speċjalment f’każijiet li fihom id - ditta tal - investiment ikollha entitajiet transfruntiera, u l - kostijiet li tista’ tinvolvi (b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal - ħlasijiet potenzjali ta’ terminazzjoni);
- d. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li żżomm lill - impjegati ewlenin biex iwettqu l - istralċ u l - kostijiet li tista’ tinvolvi; u
- e. kwalunkwe kost jew riskju operazzjonali ieħor li jista’ jirriżulta matul il - proċess ta’ stralċ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|