+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
|
54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, kif ukoll sabiex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tal - IRRBB f’waqtha u b’mod preċiż. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom: - (a) Jirreġistraw data dwar ir - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax fir - rigward tal - iskoperturi materjali tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inklużi l - iskoperturi għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għall - IRRBB.
- (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiċi tal - IRRBB tagħhom.
- (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u n - numru ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu l - IRRBB.
- (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress tal - IRRBB, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali.
- (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom.
- (f) Ikunu jistgħu jikkomputaw il - kejl tal - IRRBB (jiġifieri, il - valur ekonomiku u l - kejl tal - introjtu mill - imgħax flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq) kif ukoll kejl tal - IRRBB ieħor preskritt mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom, abbażi tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax stipulati fit - Taqsimiet 4.3.3 u 4.3.4.
- (g) Ikunu flessibbli biżżejjed sabiex jinkorporaw restrizzjonijiet superviżorji imposti fuq is - suppożizzjonijiet dwar il - parametru tar - riskju intern.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|