+Taqsima I. Valutazzjoni tal - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju”
---+33. Sabiex jivvalutaw il - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” pprovduta mill - …
---+34. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ix - xenarji humiex …
---+35. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kredibbiltà u l - fattibbiltà, inkluż il - …
---+36. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, fejn xieraq u fattibbli, il - valutazzjoni u …
---+37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fejn xieraq u disponibbli, l - analiżi tal - grupp …

Taqsima I. Valutazzjoni tal - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju”

Taqsima I. Valutazzjoni tal - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
33. Sabiex jivvalutaw il - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” pprovduta mill - …

Sabiex jivvalutaw il - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” pprovduta mill - istituzzjonijiet taħt kull stress makroekonomiku u finanzjarju serju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - adegwatezza ġenerali tax - xenarji mressqa mill - istituzzjonijiet f’konformità mal - Artikolu 5(6) u l - Artikolu 7(6) tad - Direttiva 2014/59 kif speċifikat fil - Linji Gwida tal - EBA dwar il - firxa ta’ xenarji li għandhom jintużaw fil - pjanijiet ta’ rkupru8 u f’konformità mat - Titolu 4 ta’ dawn il-linji gwida.


8 EBA/LG/2014/06 tat - 18 ta’ Lulju 2014.

34. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ix - xenarji humiex …

B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ix - xenarji humiex severi biżżejjed fir - rigward tal - kriterji definiti fil - paragrafu 20 . Fil- każ ta' eċċezzjoni skont il - paragrafu 2 1 , l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - ispjegazzjoni dettaljata pprovduta mill - istituzzjonijiet (biex xorta jikkunsidraw xenarju bħal dan sever biżżejjed) u jiddeċiedu jekk is - severità tax - xenarju hijiex suffiċjenti meta wieħed iqis, fost l - oħrajn, il - profil tar - riskju ġenerali tal - istituzzjonijiet. F’każijiet fejn l - awtoritajiet kompetenti jqisu li x - xenarju previst mill - istituzzjonijiet mhuwiex sever biżżejjed, huma jistgħu jirrikjedu li l - istituzzjonijiet, fejn xieraq, jagħmlu aġġustamenti, inkluża s - sottomissjoni mill - ġdid tal - pjan ta’ rkupru bħala riżultat tal - valutazzjoni tan - nuqqasijiet materjali f’konformità mal - Artikolu 6 tad - Direttiva 2014/59/UE. L - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx iqisu l - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” tal - istituzzjonijiet ibbażata fuq xenarju bħal dan meta jivvalutaw l - ORC.

35. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kredibbiltà u l - fattibbiltà, inkluż il - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kredibbiltà u l - fattibbiltà, inkluż il - perjodu ta’ żmien, l - impatti u kwalunkwe fattur restrittiv tal - għażliet ta’ rkupru magħżula mill - istituzzjonijiet u għandhom jisfidaw, fil - kuntest tal - istress makroekonomiku u finanzjarju sever, il- punt sa fejn l - istituzzjonijiet ikunu kapaċi jirrestawraw il - vijabbiltà u l - pożizzjoni finanzjarja tagħhom.

36. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, fejn xieraq u fattibbli, il - valutazzjoni u …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, fejn xieraq u fattibbli, il - valutazzjoni u l - kalkolu mwettqa mill - istituzzjonijiet li jkopru b’mod partikolari l - oqsma li ġejjin:

  • a. il- fattibbiltà/il - probabbiltà li opzjoni ta’ rkupru tiġi implimentata b’suċċess, inkluż billi tiġi rieżaminata l - fattibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru fejn dawn ikunu preżunti li mhumiex realistiċi jew ma jkunux xprunati minn valutazzjoni xierqa f’konformità mal - paragrafi 16 sa 1 8;
  • b. il- perjodu ta’ żmien għall - implimentazzjoni tal - għażliet ta’ rkupru, inkluż billi jittawwal il - perjodu ta’ żmien mistenni għall - implimentazzjoni tagħhom jekk il - valutazzjoni tal - istituzzjoni titqies mhux realistika. F’każijiet fejn il - perjodu ta’ żmien tal - għażliet ta’ rkupru jaqbeż il - perjodu ta’ żmien kif definit fil - paragrafu 2 4 , huma biss l - effetti osservati fil - perjodi ta’ żmien rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati għall - valutazzjoni tal - ORC mill - awtorità kompetenti;
  • c. valutazzjoni tal - impatt kwantitattiv tal - għażliet ta’ rkupru, inkluż billi l - impatt jiġi aġġustat ’l isfel jew billi jiġu applikati haircuts għall - kwantifikazzjoni pprovduta mill - istituzzjonijiet fejn l - impatt probabbli tal - għażliet ta’ rkupru ma jkunx ibbażat fuq suppożizzjonijiet u kwantifikazzjonijiet realistiċi u plawżibbli;
  • d. fatturi ta’ restrizzjoni addizzjonali relatati mal - implimentazzjoni simultanja jew sekwenzjali tal - għażliet ta’ rkupru, kif speċifikat fil - paragrafu 29, inkluż billi jitneħħa jew jiġi aġġustat l - impatt ta’ għażliet speċifiċi ’l isfel fejn tiġi identifikata interkonnessjoni bejn xi wħud minnhom, filwaqt li tingħata prijorità, fost l - oħrajn, lill - għażliet bl - ogħla livell ta’ fattibbiltà u/jew bl - aktar impatt materjali fil - perjodu ta’ implimentazzjoni partikolari.
37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fejn xieraq u disponibbli, l - analiżi tal - grupp …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fejn xieraq u disponibbli, l - analiżi tal - grupp ta’ pari sabiex jiffaċilitaw fost affarijiet oħra:

  • a. tqabbil transistituzzjonali tat - tip ta’ għażliet ta’ rkupru li għandhom jiġu implimentati taħt ix - xenarji differenti, u b’hekk jiġi identifikat jekk xi tipi speċifiċi ta’ għażliet ġewx maqbuża minn istituzzjoni;
  • b. tqabbil tal - grupp ta’ pari tal - impatt finanzjarju mistenni minn kull tip ta’ għażla ta’ rkupru f’xenarji ta’ stress differenti;
  • c. tqabbil transistituzzjonali taż - żmien mistenni meħtieġ biex tiġi implimentata għażla ta’ rkupru u biex jiġu rrealizzati l - benefiċċji tagħha;
  • d. tqabbil transistituzzjonali tal - impedimenti mistennija u l - miżuri preparatorji għal kull tip ta’ għażla ta’ rkupru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.