+3 Il - kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati tal - membri individwali
---+24. Meta jivvaluta l - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - korp maniġerjali, b’mod kumplessiv …
---+25. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim aġġornat tan - …
---+26. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim ċar tal - …
---+27. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu …
---+28. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tikkunsidra: a. ir - rwol u …
---+29. Għandhom jitqiesu l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex …
---+30. Il - valutazzjoni jenħtieġ li ma tkunx limitata għall - grad ta’ edukazzjoni tal - membru jew …
---+31. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
---+32. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandhom jiġu …
---+33. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …
---+34. Fejn applikabbli, il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni …

3 Il - kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati tal - membri individwali

3 Il - kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati tal - membri individwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
24. Meta jivvaluta l - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - korp maniġerjali, b’mod kumplessiv …

Meta jivvaluta l - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - korp maniġerjali, b’mod kumplessiv, is - servizzjant tal - kreditu jenħtieġ li jivvaluta l - membri individwali kollha tal - organu biex jistabbilixxi li flimkien għandhom għarfien u esperjenza adegwati biex jiżguraw il - funzjonament effettiv tal - organu, inkluż li kull membru jkollu l - kapaċità li jippreżenta l - fehmiet tiegħu u jiddiskuti l - istrateġiji u l - objettivi tan - negozju, u li l - proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet kollettivi jinvolvu diskussjoni, sfida u sorveljanza xierqa. Għal dak l - iskop, għandu jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ membri b’għarfien f’kull qasam sabiex tkun tista’ ssir diskussjoni tad - deċiżjonijiet li jridu jittieħdu.

25. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim aġġornat tan - …

Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim aġġornat tan - negozju tas - servizzjant tal - kreditu u tar - riskji kollha tiegħu, f’livell adattat għar - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom membru individwali mhuwiex direttament responsabbli iżda huwa kollettivament responsabbli flimkien mal - membri l - oħrajn tal - organu maniġerjali jew amministrattiv. Għarfien aġġornat jista’ jinkiseb permezz ta’ taħriġ, esperjenza professjonali u impenji.

26. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim ċar tal - …

Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim ċar tal - arranġamenti ta’ governanza tas - servizzjant tal - kreditu, ir - rwol u r - responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, l - istruttura tal - grupp u kwalunkwe kunflitt ta ’ interess possibbli li jista’ jirriżulta minnhom.

27. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu …

Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - implimentazzjoni ta’ kultura korporattiva u tar - riskju, valuri u mġiba korporattivi fi ħdan l - organu maniġerjali jew amministrattiv biex in - negozju jitwettaq b’mod kompetenti u responsabbli.

28. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tikkunsidra: a. ir - rwol u …

Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tikkunsidra:

  • a. ir - rwol u l - kompiti tal - pożizzjoni u l - kapaċitajiet meħtieġa;
  • b. l - għarfien miksub mill - edukazzjoni, it - taħriġ u l - prattika;
  • c. l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti u pożizzjonijiet oħra attwali ta’ direttur; u
  • d. l - għarfien u l - esperjenza miksuba u murija mill - kondotta professjonali tal - membru.
29. Għandhom jitqiesu l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex …

Għandhom jitqiesu l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex marbuta jew le mas - servizzi bankarji u finanzjarji jew oqsma rilevanti oħrajn. B’mod partikolari, l - edukazzjoni fl - oqsma bankarji u finanzjarji, fl - ekonomija, fil - liġi, fil - kontabbiltà, fl - awditjar, fl - amministrazzjoni, fir - regolamentazzjoni finanzjarja, fit - teknoloġija tal - informazzjoni u f’metodi kwantitattivi tista’ titqies b’mod ġenerali li hija rilevanti għas - settur tas - servizzi finanzjarji.

30. Il - valutazzjoni jenħtieġ li ma tkunx limitata għall - grad ta’ edukazzjoni tal - membru jew …

Il - valutazzjoni jenħtieġ li ma tkunx limitata għall - grad ta’ edukazzjoni tal - membru jew prova ta’ ċertu perjodu ta’ servizz f’servizzjant tal - kreditu jew ditti oħra f’oqsma responsabbli għall - ġestjoni ta’ krediti u self improduttiv. Għandha titwettaq analiżi aktar dettaljata tal - esperjenza prattika tal - membru fir - rigward tal - attivitajiet tas - servizzjant tal - kreditu, peress li l - għarfien u l - ħiliet miksuba minn xogħlijiet preċedenti jiddependu min - natura, mill - iskala u mill - kumplessità tan - negozju kif ukoll mill - funzjoni li l - membru wettaq fi ħdanu.

31. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …

Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill - esperjenza teoretika u prattika relatata mal - attività ta’ servizzjar tal - kreditu, inkluż b’mod partikolari:

  • a. ir - rekwiżiti legali u regolatorji rilevanti, inklużi rekwiżiti nazzjonali għas - servizzjar tal - kreditu u l - ġbir tad - dejn;
  • b. il - proċeduri ta’ sekwestru, insolvenza u falliment;
  • c. il - protezzjoni tal - konsumatur u tal - mutwatarju;
  • d. ir - rekwiżiti tal - protezzjoni tad - data; u
  • e. l - obbligi tal - ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u kontra l - finanzjament tat - terroriżmu, fejn is - servizzjanti tal - kreditu jiġu deżinjati bħala entitajiet obbligati għall - fini tal - prevenzjoni u l - ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu skont id - dispożizzjonijiet tal - liġi nazzjonali li jittrasponu d - Direttiva (UE) 2015/849.
32. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandhom jiġu …

Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll oqsma ta’ għarfien fejn ikun meħtieġ fehim ġenerali għall - fini tal - ġestjoni ta’ kuljum tas - servizzjant tal - kreditu, inkluż:

  • a. il - valutazzjoni tal - effettività tal - governanza, tas - sorveljanza u tal - kontrolli interni tas - servizzjant tal - kreditu;
  • b. l - attivitajiet bankarji u finanzjarji;
  • c. il - liġi kuntrattwali;
  • d. il - kontabbiltà u l - awditjar;
  • e. l - interpretazzjoni tal - informazzjoni finanzjarja, l - identifikazzjoni tal - kwistjonijiet ewlenin fuq il - bażi ta’ din l - informazzjoni, u kontrolli u miżuri xierqa; u
  • f. għarfien maniġerjali.
33. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …

Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti, għandhom jitqiesu b’mod partikolari:

  • a. in- natura tal - pożizzjoni miżmuma u l - livell ġerarkiku tagħha;
  • b. it- tul tas - servizz;
  • c. in- natura u l - kumplessità tan - negozju fejn kien inkarigat il - membru, inkluża l - istruttura organizzazzjonali tiegħu;
  • d. il - kamp ta’ applikazzjoni tal - kompetenzi, is - setgħat tat - teħid tad - deċiżjonijiet, u r - responsabbiltajiet tal - membru;
  • e. l - għarfien tekniku rilevanti miksub mill - pożizzjoni;
  • f. l - għadd ta’ subordinati; u
  • g. għarfien addizzjonali miksub minn attivitajiet akkademiċi.
34. Fejn applikabbli, il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni …

Fejn applikabbli, il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi jisfidaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni maniġerjali tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.