+4.2 Permess simplifikat għat -test tal-kapital ta’ grupp
---+12. Awtorità kompetenti ma għandhiex titwaqqaf milli tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment ikun …
---+13. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli japplikaw it - Taqsimiet 4.3 u 4.4 biex …
|
4.2 Permess simplifikat għat -test tal-kapital ta’ grupp
4.2 Permess simplifikat għat -test tal-kapital ta’ grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
12. Awtorità kompetenti ma għandhiex titwaqqaf milli tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment ikun …
|
Awtorità kompetenti ma għandhiex titwaqqaf milli tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment ikun sempliċi biżżejjed u li ma joħloqx riskji sinifikanti għall - klijenti u għas - suq, fejn jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) jikkonsisti biss minn kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal -Unjoni jew ditta ta’ investiment prinċipali tal - Unjoni li hija żgħira u mhux interkonnessa skont l -Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, ta’ ditti ta’ investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl -Artikolu 12(1) ta’ dak ir-regolament u ta’ impriżi ta’ servizzi anċillari;
- (b) ikun stabbilixxa arranġamenti organizzazzjonali sodisfaċenti u funzjonijiet suffiċjenti ta’ kontroll tar- riskju li jkunu proporzjonati għad - daqs u l -mudell tan-negozju tal-grupp ta’ ditti ta’ investiment;
- (c) il- maġġoranza tad -drittijiet tal- vot ta’ kull impriża tal -grupp tkun il- proprjetà ta’ impriżi oħra tal- grupp;
- (d) ir- rabtiet kapitali tiegħu, l -istruttura tas- sjieda tiegħu u l - ftehimiet kuntrattwali bejn id -ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, il- kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal - Unjoni jew il- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċip ali tal-Unjoni, u l- impriżi tal - grupp, kif ukoll dawk fost l- impriżi tal - grupp, ikunu disponibbli għall -awtorità kompetenti fuq talba;
- (e) ir- rabtiet kapitali tiegħu, l -istruttura tas- sjieda tiegħu u l - ftehimiet kuntrattwali msemmija fil- punt (d) ma jirrappreżentawx impediment għall - eżerċizzju tal -kontroll mid-ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, mill-kumpanija azzjonarja ta’ investim ent prinċipali tal - Unjoni jew mill- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal - Unjoni fuq l - impriżi tal- grupp;
- (f) l- implikazzjonijiet għall -governanza tal- grupp kollu kemm hu tar -rabtiet kapitali, tal-istruttura tas-sjieda u tal- ftehimiet kuntrattwali msemmija fil -punt (d) ma jeħtiġux superviżjoni fuq bażi konsolidata;
- (g) ir- rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal -Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jibqgħu qrib biżżejjed tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir- regolament, f’perċentwal indikattiv akbar minn 85 % ta’ dan tal-aħħar.
|
|
13. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli japplikaw it - Taqsimiet 4.3 u 4.4 biex …
|
L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli japplikaw it - Taqsimiet 4.3 u 4.4 biex jivvalutaw jekk permess għat -test tal- kapital ta’ grupp għandux jingħata lil grupp ta’ ditti ta’ investiment li jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal- paragrafu preċedenti, meta dak il- grupp ma jissodisfax waħda jew aktar mill -kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) sa (g) tal-paragrafu preċedenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|