+4.5 Permess għal ammont aktar baxx: kundizzjonijiet li jippermettu livell aktar baxx ta’ fondi proprji
---+18. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jagħtu permess għal ammont aktar baxx …
---+19. Ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ kwalunkwe impriża sussidjarja f’pajjiż terz jenħtieġ li …
---+20. Sabiex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ prudenza, ir - rekwiżiti nozzjonali ta’ fondi …
---+21. Meta japplikaw l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti ma …

4.5 Permess għal ammont aktar baxx: kundizzjonijiet li jippermettu livell aktar baxx ta’ fondi proprji

4.5 Permess għal ammont aktar baxx: kundizzjonijiet li jippermettu livell aktar baxx ta’ fondi proprji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
18. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jagħtu permess għal ammont aktar baxx …

L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jagħtu permess għal ammont aktar baxx meta r - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal -Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 ikunu ogħla mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal -Artikolu 7 ta’ dak ir- regolament f’perċentwal indikattiv ta’ mill - inqas 125 % ta’ dan tal- aħħar, u l -grupp ta’ ditti ta’ investiment jissodisfa l-kriterji stabbiliti fit- Taqsima 4.2, jew fit- Taqsimiet 4.3 u 4.4. Għall -finijiet tal-kalkolu tal- perċentwal imsemmi f’dan il - paragrafu, jenħtieġ li l -awtoritajiet kompetenti jiżguraw li r -riskju tal- kambju jiġi kkalkulat bl - istess mod għar - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 u r- rekwiż iti kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

19. Ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ kwalunkwe impriża sussidjarja f’pajjiż terz jenħtieġ li …

Ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ kwalunkwe impriża sussidjarja f’pajjiż terz jenħtieġ li jiġu ddeterminati fil-livell ta’ dik is- sussidjarja b’livell sodisfaċenti ta’ prudenza kif stabbilit fil - paragrafu li ġej (rekwiżit ta’ fondi proprji nozzjonali). Id - determinazzjoni għandha ssir mid -ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, mill- kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal - Unjoni jew mill- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal -Unjoni, u minn kwalunkwe impriża prinċipali imme djata ta’ dik is- sussidjarja ta’ pajjiż terz jekk tkun meħtieġa mill- awtorità kompetenti. Il - fondi proprji jenħtieġ li jinżammu fil -livell tal- ewwel impriża prinċipali fl -Unjoni ta’ dik is- sussidjarja ta’ pajjiż terz.

20. Sabiex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ prudenza, ir - rekwiżiti nozzjonali ta’ fondi …

Sabiex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ prudenza, ir - rekwiżiti nozzjonali ta’ fondi proprji għal impriżi sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom mill - inqas ikunu ugwali għar - rekwiżiti kkalkolati f’konformità mal-Parti Tlieta u l-Parti Erbgħa tar -Regolament (UE) 2019/2033. Jekk il-Kummissjoni Ewropea toħroġ deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont l -Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar ir- Regolament (UE) 2019/2033 għar - reġim prudenzjali ta’ pajjiż terz, ir - rekwiżiti kapitali kkalkulati skont d ak ir- reġim prudenzjali ta’ pajjiż terz għandhom jitqiesu li għandhom livell sodisfaċenti ta’ prudenza. Jekk impriża prinċipali ta’ pajjiż terz ma żżommx rekwiżiti ta’ fondi proprji mill - inqas ugwali għar - rekwiżiti ta’ fondi proprji nozzjonali meħtieġa bie x jinkiseb livell sodisfaċenti ta’ prudenza kif definit f’dawn il - linji gwida, jew f’livell ogħla, stabbilit mill- awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li ma jingħatax permess għal ammont aktar baxx.

21. Meta japplikaw l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti ma …

Meta japplikaw l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jippermettu tnaqqis ta’ fondi proprji li jirriżulta fil - perċentwal imsemmi fil - paragrafu 15(a) li jkun aktar baxx mill - ammont speċifikat fil -paragrafi 12(g), 15(a) jew 15(e), kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.