+8. Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
---+57. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …
---+58. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni tal - …
---+59. Il- politiki tal - emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru . Dan …
---+60. L- istandards implimentati għandu jkollhom l - għan li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
---+61. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …
---+62. L-emittenti tal- ARTs għandhom jimmonitorjaw il - konformità ma’ dawn l - istandards u jiżguraw …
|
8. Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
8. Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
57. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …
|
Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u professjonali għoljin, filwaqt li jitqiesu l - ħtiġijiet u l - karatteristiċi speċifiċi tal -emittent tal- ARTs, u għandu jiżgura l - implimentazzjoni ta’ dawn l -istandar ds (permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strument simili). Għandu jissorvelja wkoll l - aderenza ma’ dawn l -istandards mill- persunal. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali jista’ jadotta u jimplimenta standards għall - grupp kollu tal - emittent tal-ARTs jew standards komuni ddikjarati mill- assoċjazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet oħra rilevanti.
|
|
58. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni tal - …
|
L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni tal - persunal fuq bażi ta’ ġeneru, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, l - appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
|
|
59. Il- politiki tal - emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru . Dan …
|
Il- politiki tal - emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru10 . Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għar - remunerazzjoni, il - politiki ta’ reklutaġġ, l- iżvilupp tal -karriera u l-pjanijiet ta’ suċċessjoni, l - aċċess għat - taħriġ u l - kapaċità li wieħed japplika għal pożizzjonijiet vakanti interni. L -emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs11 għall - persunal kollu irrispettivament mill - ġeneru tagħhom, inkluż fir - rigward tal - perspettivi tal - karriera, u jimmiraw li jtejbu r - rappreżentanza tal - ġeneru sottorappreżentat f’pożizzjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali. L -emittent tal- ARTs sinifikanti għandhom jimmonitorjaw ix - xejra fid - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi.
10 Ara l-RTS dwar il-kontenut minimu tal- arranġamenti ta’ governanza dwar il - politika ta’ remunerazzjoni għall -emittenti ta’ ARTs sinifikanti skont l - Artikolu 45(7)(a) tar - Regolament (UE) 2023/1114; 11 Ara wkoll id- Direttiva 2006/54/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 5 ta’ Lulju 2006 dwar l- implimentazzjoni tal - prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal - irġiel u n - nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol
|
|
60. L- istandards implimentati għandu jkollhom l - għan li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
|
L- istandards implimentati għandu jkollhom l - għan li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ governanza tal -emittent tal- ARTs u li jnaqqsu r - riskju li għalih hija esposta d - ditta, b’mod partikolari r - riskji operazzjonali u ta’ reputazzjoni, li jista’ jkollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il - profittabbiltà u s - sostenibbiltà tal -emittent tal- ARTs permezz ta’ multi, spejjeż ta’ litigazzjoni, restrizzjonijiet imposti minn awtoritajiet kompetenti, penali finanzjarji u kriminali oħrajn, kif ukoll it -telf tal- valur tal-marka u tal- fiduċja tal - investituri.
|
|
61. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …
|
Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom: - a. ifakkru lill- persunal li l - attivitajiet kollha tal - emittent għandhom isiru skont il - liġi applikabbli u skont il - valuri korporattivi tal -emittent;
- b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir - riskji permezz ta’ kultura tar - riskju b’saħħitha f’konformità mat - Titolu IV, it - Taqsima 7 , li jwasslu l - aspettattiva tal - korp maniġerjali li l- attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill - predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mill-emittent tal-ARTs u r- responsabbiltajiet rispettivi tal - persunal;
- c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall - frodi, il- ħasil tal -flus u l- finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il - protezzjoni tal - konsumatur, reati tat - taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament;
- d. jiċċaraw li minbarra l - konformità mar - rekwiżiti legali u regolatorji u mal - politiki interni, il- persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħu bil- ħila, bl - attenzjoni u bid - diliġenza dovuta; u
- e. jiżguraw li l - persunal ikun konxju mill - azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.
|
|
62. L-emittenti tal- ARTs għandhom jimmonitorjaw il - konformità ma’ dawn l - istandards u jiżguraw …
|
L-emittenti tal- ARTs għandhom jimmonitorjaw il - konformità ma’ dawn l - istandards u jiżguraw is- sensibilizzazzjoni tal - persunal, eż. billi jipprovdu taħriġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|