+4.3 Metodoloġija
---+19. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom iqabblu l - ammont totali ponderat tar - riżerva tal - …
---+20. Għall - finijiet tal - paragrafu 19, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkalkulaw l - …
---+21. Dak l - ammont ponderat totali tal - assi referenzjati mit - tokens huwa r - riżultat tal - …
---+22. Nuqqas fir - riżerva tal - assi fl - ittestjar tal - istress tal - likwidità jirriżulta meta l …
---+23. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkalibraw u jiddeterminaw il - fatturi ta’ stress …
---+24. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jibbażaw il - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress fuq …
---+25. Il - fattur ta’ stress għal klassi ta’ assi speċifika għandu jinbena b’kunsiderazzjoni tal - …
---+26. Il - fattur ta’ stress li għandu jiġi applikat għal kull assi tar - riżerva tal - assi għandu …
---+27. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom …
---+28. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi …
---+29. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ssir referenza għalihom mit - …

4.3 Metodoloġija

4.3.1 L-Ittestjar tal-istress tal-likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
19. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom iqabblu l - ammont totali ponderat tar - riżerva tal - …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom iqabblu l - ammont totali ponderat tar - riżerva tal - assi fir - rigward tal - ammont totali ponderat tal - assi referenzjati mill - ARTs/EMTs, taħt stress.

20. Għall - finijiet tal - paragrafu 19, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkalkulaw l - …

Għall - finijiet tal - paragrafu 19, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkalkulaw l - ammont totali ponderat tar - riżerva tal - assi bħala riżultat tal - multiplikazzjoni tal - valur tas - suq ta’ kull assi fir - riżerva tal - assi bil - fattur ta’ stress rilevanti (ponderazzjoni). Fil - każ ta’ assi li mhumiex negozjabbli (bħal flus kontanti jew depożiti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu), l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jieħdu l - ammont immultiplikat bil - fattur ta’ stress rilevanti.

21. Dak l - ammont ponderat totali tal - assi referenzjati mit - tokens huwa r - riżultat tal - …

Dak l - ammont ponderat totali tal - assi referenzjati mit - tokens huwa r - riżultat tal - multiplikazzjoni tal - valur tas - suq tal - assi referenzjati mal - fattur ta’ stress rilevanti. Fil - każ tal - ARTs/EMTs referenzjati għal muniti uffiċjali, il - valur monetarju tagħhom għandu jittieħed bħala ammont ponderat tal - assi referenzjati.

22. Nuqqas fir - riżerva tal - assi fl - ittestjar tal - istress tal - likwidità jirriżulta meta l …

Nuqqas fir - riżerva tal - assi fl - ittestjar tal - istress tal - likwidità jirriżulta meta l - ammont ponderat totali tar - riżerva tal - assi jkun inqas mill - ammont ponderat tal - assi referenzjati mit - tokens, taħt stress.

4.3.2 Identifikazzjoni tal - parametri komuni referenzjati tax - xenarji tal -ittestjar tal-istress

23. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkalibraw u jiddeterminaw il - fatturi ta’ stress …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkalibraw u jiddeterminaw il - fatturi ta’ stress rilevanti għal kull assi tar - riżerva tal - assi u għall - assi referenzjati mill - ARTs/EMTs taħt diversi xenarji ta’ stress u orizzonti ta’ żmien, inklużi 1 jum, 5 ijiem, 30 jum u sena (1).

24. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jibbażaw il - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress fuq …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jibbażaw il - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress fuq osservazzjonijiet storiċi (l - osservazzjonijiet tagħhom stess flimkien ma’ osservazzjonijiet minn avvenimenti tas - suq) u ġudizzju espert. L - emittenti tal - ARTs/EMTs għandu jkollhom dokumentazzjoni storika ta’ serje ta’ osservazzjonijiet ta’ data u raġunament dettaljat għal kwalunkwe ġudizzju espert li juri l - adegwatezza tal - kalibrazzjoni.

25. Il - fattur ta’ stress għal klassi ta’ assi speċifika għandu jinbena b’kunsiderazzjoni tal - …

Il - fattur ta’ stress għal klassi ta’ assi speċifika għandu jinbena b’kunsiderazzjoni tal - kombinazzjoni ta’ fatturi ta’ riskju u parametri rilevanti għall - klassi tal - assi taħt avvenimenti/xenarji ta’ stress differenti minn perspettiva idjosinkratika u tas - suq kollu. Is - severità tax - xokkijiet għandha tiġi ddeterminata mis - severità tax - xenarju ta’ stress partikolari (inkluż l - orizzont taż - żmien). Għaldaqstant, fatturi ta’ stress differenti għall - istess klassi ta’ assi jistgħu jiġu derivati għal kull xenarju.

26. Il - fattur ta’ stress li għandu jiġi applikat għal kull assi tar - riżerva tal - assi għandu …

Il - fattur ta’ stress li għandu jiġi applikat għal kull assi tar - riżerva tal - assi għandu jkun inqas minn 100 %. Il - fattur ta’ stress li għandu jiġi applikat għall - assi referenzjati jenħtieġ li jkun ogħla minn 100 % jekk it - tokens ma jiġux referenzjati għal muniti uffiċjali.

27. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom …

Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw il - parametri kollha li ġejjin u jqisu r - riskji previsti fit - taqsima 4.2 ta’ dawn il - Linji Gwida. L - emittenti tal - ARTs/EMTs jistgħu jikkunsidraw ukoll parametri u riskji rilevanti oħra li mhumiex diġà kkunsidrati u li mhumiex inkonsistenti ma’ dawk f’dawn il - linji gwida.

  • a) Parametri relatati mal - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress tar - riżerva tal - assi
28. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi …

Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi, l - ARTs/EMTs tal - emittenti għandhom iqisu taħt stress il - parametri kollha li ġejjin:

  • a. Depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu :
i.il - kwalità tal - kreditu tal - istituzzjoni li tieħu d - depożiti u l - aspettattivi ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni;
ii.il - kwalità tal - kreditu u tal - likwidità tal - kollateral sottostanti jekk id - depożitu jkun kollateralizzat;
iii.il - konċentrazzjoni mill - istituzzjoni li tieħu d - depożiti;
iv.l - opzjonijiet ta’ maturità u ta’ rtirar bikri; u
v.ir - riskju ta’ riportament li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat- titoli, speċjalment repos, fejn il - flus kontanti jiġi riċevut kontra assi mhux likwidi3 .
  • b. Kommoditajiet:
i.il - punt sa fejn l - assi ta’ riżerva jirreplikaw l - assi referenzjati mit - tokens; u
ii.ir - riskju potenzjali tal - konsenja u l - kostijiet assoċjati jekk it - tifdija tkun fiżika.
  • c. Assi likwidi tal-livell 1 tal- LCR soġġetti għat -telf impost ta’ 0 % [f’konformità mar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61] u, ladarba japplika r-regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna f’konformità mal -Artikolu 38(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114 :
i.il - maturità/id - durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata;
ii.il - primjum tar - riskju tal - pajjiż biex titqies il - volatilità relatata tagħhom;
iii.il - konċentrazzjoni skont l - emittent;
iv.il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront; u
v.l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati.
  • d. Bonds koperti tal -livell 1 tal- LCR [f’konformità mar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61] u, ladarba japplika r - regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna skont l - Artikolu 38(5) tar-Regola ment (UE) 2023/1114:
i.it- telf impost tal - LCR meħtieġ;
ii.il - maturità/durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata,
iii.il - perċentwal tagħhom tar - riżerva tal - assi,
iv.il - konċentrazzjoni skont l - emittent,
v.il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront,
vi.l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati.
  • e. Strumenti finanzjarji likwidi ħafna oħrajn, ladarba japplika r - regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar skont l -Artikolu 38(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114:
i.it- telf impost tal - LCR meħtieġa;
ii.il - maturità/id - durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata;
iii.il - perċentwal tagħhom tar - riżerva tal - assi;
iv.il - konċentrazzjoni skont l - emittent;
v.il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront; u
vi.l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati.
  • b) Parametri relatati mal - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress tal - assi referenzjati

3 Assi likwidi li għandhom jinftiehmu bħala dawk definiti fl - Artikolu 3(1) u (2) bħala “assi ta’ livell 1” jew “assi ta’ livell 2”, rispettivament, tar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61 tal -10 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimentaw ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tar - rekwiżit ta’ kopertura tal - likwidità għall - Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 011 17.1.2015, p. 1).

29. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ssir referenza għalihom mit - …

Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ssir referenza għalihom mit - tokens, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jieħdu kont taħt stress tal - parametri kollha li ġejjin:

i.il - volatilità u l - indikaturi distribuzzjonali tal - valur tas - suq tar - riżerva tal - assi (bħall - medja, il - kwartili u d - distribuzzjoni tal - valur tas - suq tar - riżerva tal - assi);
ii.l - indikaturi tal - volatilità u tad - distribuzzjoni fir - rigward tal - assi referenzjati (bħall - medja, il - kwartili u d - distribuzzjoni tal - valur tas - suq tal - assi referenzjati);
iii.fatturi ta’ stress idjosinkratiku (bħal likwidità, solidità tas - solvenza tal - emittent);
iv.fatturi ta’ stress fis - suq kollu (bħal fatturi ta’ stress fis - sistema finanzjarja jew l - ekosistema kripto, l - għadd u d - daqs tad - devjazzjonijiet bejn il - prezz token u l - valur tas - suq tal - assi referenzjat mit - token).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.