+28. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi …
|
28. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi …
Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi, l - ARTs/EMTs tal - emittenti għandhom iqisu taħt stress il - parametri kollha li ġejjin: - a. Depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu :
| i. | il - kwalità tal - kreditu tal - istituzzjoni li tieħu d - depożiti u l - aspettattivi ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni; | | ii. | il - kwalità tal - kreditu u tal - likwidità tal - kollateral sottostanti jekk id - depożitu jkun kollateralizzat; | | iii. | il - konċentrazzjoni mill - istituzzjoni li tieħu d - depożiti; | | iv. | l - opzjonijiet ta’ maturità u ta’ rtirar bikri; u | | v. | ir - riskju ta’ riportament li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat- titoli, speċjalment repos, fejn il - flus kontanti jiġi riċevut kontra assi mhux likwidi3 . |
| i. | il - punt sa fejn l - assi ta’ riżerva jirreplikaw l - assi referenzjati mit - tokens; u | | ii. | ir - riskju potenzjali tal - konsenja u l - kostijiet assoċjati jekk it - tifdija tkun fiżika. |
- c. Assi likwidi tal-livell 1 tal- LCR soġġetti għat -telf impost ta’ 0 % [f’konformità mar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61] u, ladarba japplika r-regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna f’konformità mal -Artikolu 38(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114 :
| i. | il - maturità/id - durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata; | | ii. | il - primjum tar - riskju tal - pajjiż biex titqies il - volatilità relatata tagħhom; | | iii. | il - konċentrazzjoni skont l - emittent; | | iv. | il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront; u | | v. | l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati. |
- d. Bonds koperti tal -livell 1 tal- LCR [f’konformità mar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61] u, ladarba japplika r - regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna skont l - Artikolu 38(5) tar-Regola ment (UE) 2023/1114:
| i. | it- telf impost tal - LCR meħtieġ; | | ii. | il - maturità/durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata, | | iii. | il - perċentwal tagħhom tar - riżerva tal - assi, | | iv. | il - konċentrazzjoni skont l - emittent, | | v. | il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront, | | vi. | l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati. |
- e. Strumenti finanzjarji likwidi ħafna oħrajn, ladarba japplika r - regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar skont l -Artikolu 38(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114:
| i. | it- telf impost tal - LCR meħtieġa; | | ii. | il - maturità/id - durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata; | | iii. | il - perċentwal tagħhom tar - riżerva tal - assi; | | iv. | il - konċentrazzjoni skont l - emittent; | | v. | il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront; u | | vi. | l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati. |
- b) Parametri relatati mal - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress tal - assi referenzjati
3 Assi likwidi li għandhom jinftiehmu bħala dawk definiti fl - Artikolu 3(1) u (2) bħala “assi ta’ livell 1” jew “assi ta’ livell 2”, rispettivament, tar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61 tal -10 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimentaw ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tar - rekwiżit ta’ kopertura tal - likwidità għall - Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 011 17.1.2015, p. 1).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|