+C.3. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - membri tal -korp maniġerjali mill - Emittenti tal - ART u tas -CASP
---+37. L- emittent tal - ART u tas - CASP għandu jkollu r - responsabbiltà primarja li jiżgura …
---+38. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jiżguraw li l - membri kollha tal - korp …
---+39. Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - …
---+40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …
---+41. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jivvalutaw mill - ġdid l - impenn ta’ żmien …
---+42. Meta jitwettqu rivalutazzjonijiet tal - adegwatezza kollettiva, l - emittenti tal - ART u tas …
---+43. Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa ta’ membru, l - emittent tal - …
---+44. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenza ta’ membri individwali …
---+45. B’deroga mill - paragrafu 44, il - valutazzjonijiet tal - adegwatezza jistgħu, mingħajr …
---+46. Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa għandhom iqisu il - …
---+47. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta r - riżultati tal - valutazzjoni …
---+48. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa, l - emittent tal - ART u tas - CASP għandhom …
---+49. Meta l - valutazzjoni titwettaq ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għal finijiet …
---+emittenti tal -ART
------+50. Bħala parti mill - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - korp maniġerjali, l - emittent tal - …
------+51. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta deskrizzjoni tal - pożizzjoni tal - …
---+emittenti tal -ART
------+52. Fejn applikabbli, fil - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi …
------+53. Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi xierqa għandha …
------+54. Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi xierqa tal - korp …
------+55. Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li l - proċessi kollettivi tat - …
------+56. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jwettaq valutazzjoni tal - adegwatezza kollettiva …

C.3. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - membri tal -korp maniġerjali mill - Emittenti tal - ART u tas -CASP

C.3. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - membri tal -korp maniġerjali mill - Emittenti tal - ART u tas -CASP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
37. L- emittent tal - ART u tas - CASP għandu jkollu r - responsabbiltà primarja li jiżgura …

L- emittent tal - ART u tas - CASP għandu jkollu r - responsabbiltà primarja li jiżgura, f’konformità mal - Artikoli 34(2) u 68(1) tal - MiCA, li l - korp maniġerjali b’mod kollettiv u l - membri tiegħu individwalment ikunu adatti f’kull ħin. Huma għandhom jiżguraw li l - membri tal -korp maniġerjali jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza adatti kollettivament u individwalment biex jiżguraw immaniġġjar effettiv, tajjeb u prudenti u l - kontinwità tan - negozju tad - ditta u l - kunsiderazzjoni adegwata tal - interess tal - klijenti tagħhom u l - integrità tas - suq.

38. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jiżguraw li l - membri kollha tal - korp …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jiżguraw li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu ta’ reputazzjoni suffiċjentement tajba, filwaqt li jqisu l - kriterji msemmija fit - Taqsima C.2.1, u jkunu jistgħu jiddedikaw żmien suffiċjenti biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv f’kull ħin filwaqt li jqisu l - kriterji fit - Taqsima C.2.4.

39. Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - …

Mingħajr preġudizzju għall - approvazzjoni tal - azzjonisti, il - korpi maniġerjali tal - emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jadottaw politika ta’ adegwatezza. Il - politika għandha tinkludi prinċipji dwar is - selezzjoni, il - monitoraġġ u l - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tagħha u għall - ħatra mill - ġdid ta’ membri eżistenti u mill - inqas għandha tistabbilixxi dan li ġej:

  • a. il - proċess għas - selezzjoni, għall - ħatra, għall - ħatra mill - ġdid u għall - ippjanar tas - suċċessjoni tal - membri tal - korp maniġerjali u l - proċedura interna applikabbli għall - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri, inkluża l - funzjoni interna responsabbli għall - g ħoti ta’ appoġġ għall - valutazzjoni (eż. ir - riżorsi umani);
  • b. il - kriterji li għandhom jintużaw fil - valutazzjoni, li għandhom jinkludu l - kriterji ta’ adegwatezza stabbiliti f’dawn il - Linji Gwida;
  • c. il - kriterji dwar il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inkluż kif l - aspetti tad - diversità f’termini ta’ ġeneru, età, sfond edukattiv u professjonali u l - provenjenza ġeografika tal - membri tal - korp maniġerjali għandhom jitqiesu u, fejn applikabbli, il -mod k if il -miri dwar il - bilanċ xieraq bejn il - ġeneru se jintlaħqu;
  • d. il - mezz ta’ komunikazzjoni mal - awtoritajiet kompetenti; u
  • e. kif il - valutazzjoni u r - riżultat tagħha għandhom jiġu ddokumentati, inkluż l - istabbiliment ta’ perjodu ta’ żamma xieraq.
40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni tal - adegwatezza tal - korp maniġerjali, u tal - membri tiegħu:

  • a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l - attivitajiet li jirrikjedu awtorizzazzjoni;
  • b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inklużi:
  • i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp maniġerjali, inkluż fil - kuntest ta’ akkwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fl - emittent tal - ART jew tas - CASP. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għal membri li jkunu għadhom kif inħatru u l - adegwatezza kollettiva tal -korp maniġerjali;
  • ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp maniġerjali, jekk ir- rekwiżiti tal - pożizzjoni jkunu nbidlu jew jekk il - membru jinħatar għal pożizzjoni differenti fil - korp maniġerjali. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għall - membri li l - pożizzjoni tagħhom tkun inbidlet u għall - analiżi tal - aspetti rilevanti, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall - pożizzjoni u l - adegwatezza kollettiva tal - korp maniġerjali;
  • c. meta seħħew bidliet materjali fil - mudell ta’ negozju u l - attivitajiet , id - dispożizzjonijiet ġuridiċi sottostanti jew it - teknoloġiji użati;
  • d. fuq bażi kontinwa, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt jew sitwazzjoni ġdida rilevanti. B’mod partikolari, għandha titwettaq rivalutazzjoni fil - każijiet li ġejjin:
  • i. meta jkun hemm tħassib dwar l - adegwatezza individwali jew kollettiva tal - membri tal -korp maniġerjali;
  • ii. fil - każ ta’ impatt materjali possibbli fuq ir - reputazzjoni ta’ membru tal -korp maniġerjali, jew l - emittent tal - ART jew tas - CASP, inklużi każijiet meta l -membri ma jikkonformawx mal - politika tad - ditta dwar il - kunflitt ta’ interess;
  • e. meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu b’rabta ma’ dak l - emittent tal - ART jew tas - CASP, jew fejn jinstab li qed jikser l - obbligi tal - AML/CFT tiegħu fl - Istat Membru tad - domiċilju jew ospitanti jew f’pajjiż terz fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l - adegwatezza tal - membru tal - korp maniġerjali.
41. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jivvalutaw mill - ġdid l - impenn ta’ żmien …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jivvalutaw mill - ġdid l - impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru tal - korp maniġerjali jekk dak il - membru jassumi direttorat addizzjonali jew jibda jwettaq attivitajiet rilevanti ġodda.

42. Meta jitwettqu rivalutazzjonijiet tal - adegwatezza kollettiva, l - emittenti tal - ART u tas …

Meta jitwettqu rivalutazzjonijiet tal - adegwatezza kollettiva, l - emittenti tal - ART u tas -CASP għandhom jiffukaw il - valutazzjoni tagħhom fuq il - bidliet rilevanti fil - mudell ta’ negozju u l - attivitajiet tagħhom, l - istrateġiji, l - infrastrutturi tekniċi, u l -pr ofil tar - riskju u fid - distribuzzjoni tad - dmirijiet fi ħdan il - korp maniġerjali u l - effett tagħhom fuq l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi meħtieġa tal - korp maniġerjali.

43. Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa ta’ membru, l - emittent tal - …

Meta jivvaluta l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa ta’ membru, l - emittent tal - ART jew tas - CASP għandu, fl - istess perjodu ta’ żmien, jivvaluta wkoll l - adegwatezza kollettiva tal -korp maniġerjali. B’mod partikolari, għandu jiġi vvalutat liema għarfien, ħiliet u esperjenza jġib l - individwu lill - kollettiv jew, fil - każ ta’ membru li jkun telaq mill - korp maniġerjali, l - għarfien u l - esperjenza li, wara l - bidla fil - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, jistgħu jkunu neqsin.

44. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenza ta’ membri individwali …

Il - valutazzjonijiet tal - għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenza ta’ membri individwali tal -korp maniġerjali u tal - korp maniġerjali kollettiva, għandhom jitwettqu qabel ma jinħatru l -membri individwali. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli għat - twettiq tal - valutazzjoni finali.

45. B’deroga mill - paragrafu 44, il - valutazzjonijiet tal - adegwatezza jistgħu, mingħajr …

B’deroga mill - paragrafu 44, il - valutazzjonijiet tal - adegwatezza jistgħu, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, jitwettqu malajr kemm jista’ jkun iżda fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill - ħatra tal - membru tal - korp maniġerjali, fi kwalunkwe wieħed mill - każijiet li ġejjin li għalihom l - emittent tal - ART jew tas - CASP ikun debitament ipprovda ġustifikazzjoni:

  • a. l - azzjonisti, is - sidien jew il - membri tal - emittent tal - ART jew tas - CASP jinnominaw u jaħtru membri tal - korp maniġerjali fil - laqgħa tal - azzjonist jew ekwivalenti li ma jkunux ġew proposti mill - emittent tal - ART jew tas - CASP jew mill - korp maniġerjali tagħhom;
  • b. valutazzjoni sħiħa tal - adegwatezza individwali qabel il - ħatra ta’ membru individwali jew il - valutazzjoni kollettiva tal - adegwatezza wara bidla fil - kompożizzjoni tal -korp maniġerjali tfixkel il - funzjonament tajjeb tal - korp maniġerjali, inkluż bħala riżultat tas - sitwazzjonijiet li ġejjin:
  • i. Meta l - ħtieġa li jiġu sostitwiti l - membri tinqala’ f’daqqa jew b’mod mhux mistenni, eż. mewt jew diżabbiltà ta’ membru; u
  • ii. meta membru kellu jitneħħa peress li l - membru ma kienx għadu adatt.
46. Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa għandhom iqisu il - …

Il - valutazzjoni tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa għandhom iqisu il - kwistjonijiet kollha rilevanti għall - valutazzjonijiet u disponibbli għalihom. L - emittenti tal - ART jew tas -CASP għandhom iqisu l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza tal - membru individwali tal - korp maniġerjali meta jivvalutaw l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza kollettivi adegwati tal - korp maniġerjali u viċi versa.

47. L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta r - riżultati tal - valutazzjoni …

L- emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jiddokumenta r - riżultati tal - valutazzjoni tagħhom, u b’mod partikolari kwalunkwe dgħufija identifikata bejn l - għarfien u l - esperjenza kollettivi meħtieġa u attwali tal - membri tal - korp maniġerjali, u l - miżuri li għandhom jittieħdu biex jingħelbu dawn in - nuqqasijiet, inkluż l - induzzjoni jew it - taħriġ li għandu jiġi pprovdut.

48. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa, l - emittent tal - ART u tas - CASP għandhom …

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa, l - emittent tal - ART u tas - CASP għandhom jinformaw lill - awtorità kompetenti dwar il - ħatra proposta ta’ membri jew mingħajr dewmien żejjed wara l - ħatra ta’ membri.

49. Meta l - valutazzjoni titwettaq ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għal finijiet …

Meta l - valutazzjoni titwettaq ukoll mill - awtoritajiet kompetenti għal finijiet superviżorji, ir - responsabbiltà li tiġi vvalutata u żgurata l - adegwatezza tal - korp maniġerjali jew superviżorju tibqa’ f’idejn l - emittent tal - ART jew tas -CASP.

C.3.1 Valutazzjoni tal - adegwatezza individwali tal - membri tal - korp maniġerjali mis - CASP u l -

emittenti tal -ART

emittenti tal -ART

emittenti tal -ART

emittenti tal -ART

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.