+40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …
|
40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …
L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni tal - adegwatezza tal - korp maniġerjali, u tal - membri tiegħu: - a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l - attivitajiet li jirrikjedu awtorizzazzjoni;
- b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inklużi:
- i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp maniġerjali, inkluż fil - kuntest ta’ akkwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fl - emittent tal - ART jew tas - CASP. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għal membri li jkunu għadhom kif inħatru u l - adegwatezza kollettiva tal -korp maniġerjali;
- ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp maniġerjali, jekk ir- rekwiżiti tal - pożizzjoni jkunu nbidlu jew jekk il - membru jinħatar għal pożizzjoni differenti fil - korp maniġerjali. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għall - membri li l - pożizzjoni tagħhom tkun inbidlet u għall - analiżi tal - aspetti rilevanti, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall - pożizzjoni u l - adegwatezza kollettiva tal - korp maniġerjali;
- c. meta seħħew bidliet materjali fil - mudell ta’ negozju u l - attivitajiet , id - dispożizzjonijiet ġuridiċi sottostanti jew it - teknoloġiji użati;
- d. fuq bażi kontinwa, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt jew sitwazzjoni ġdida rilevanti. B’mod partikolari, għandha titwettaq rivalutazzjoni fil - każijiet li ġejjin:
- i. meta jkun hemm tħassib dwar l - adegwatezza individwali jew kollettiva tal - membri tal -korp maniġerjali;
- ii. fil - każ ta’ impatt materjali possibbli fuq ir - reputazzjoni ta’ membru tal -korp maniġerjali, jew l - emittent tal - ART jew tas - CASP, inklużi każijiet meta l -membri ma jikkonformawx mal - politika tad - ditta dwar il - kunflitt ta’ interess;
- e. meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu b’rabta ma’ dak l - emittent tal - ART jew tas - CASP, jew fejn jinstab li qed jikser l - obbligi tal - AML/CFT tiegħu fl - Istat Membru tad - domiċilju jew ospitanti jew f’pajjiż terz fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l - adegwatezza tal - membru tal - korp maniġerjali.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|