+4.1 Il- qafas ta’ governanza u r -rwol tal- korp maniġerjali
---+3. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza sabiex jiżguraw li l …
---+4. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni finanzjarja għandu jkun responsabbli għall - …
---+5. Meta n - negozju tal - istituzzjoni finanzjarja jkun dirett minn persuna waħda, din il - persuna …
---+6. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp kif definit fl -Artikolu 2, il- …
---+7. Meta istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - …
---+8. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mis - …
---+9. Minbarra d - dispożizzjonijiet stipulati fil - Linji Gwida EBA/GL/2021/05 , il- korp maniġerjali …
---+10. Meta istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali ta’ dik l - …
---+11. Minbarra d - dispożizzjonijiet stipulati fil - Linji Gwida EBA/GL/2021/05, il - korp …
---+12. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali ta’ dik …
---+13. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jaħtru membru għoli tal- persunal inkarigat mit - …
---+14. Il- korp maniġerjali jista’ jassenja dan ir - rwol lil membru għoli tal - persunal li diġà …
---+15. Il- korp maniġerjali għandu jippermetti li l - membru għoli tal - persunal jassenja u jiddelega …
---+16. Irrispettivament mill - arranġamenti istituzzjonali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom …
---+17. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun parti minn grupp, il - korp maniġerjali tal - …
---+18. Il- membru għoli tal - persunal għandu jiżviluppa, jistabbilixxi u jżomm politiki, proċeduri u …
---+19. Il- membru għoli tal - persunal għandu: a. jieħu l - miżuri neċessarji sabiex jiżgura l - …
---+20. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun parti minn grupp, il - membru għoli tal - persunal fil …
---+21. Il- membru għoli tal - persunal għandu jissorvelja t - tħejjija u l - implimentazzjoni tal - …
|
4.1 Il- qafas ta’ governanza u r -rwol tal- korp maniġerjali
4.1 Il- qafas ta’ governanza u r -rwol tal- korp maniġerjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
3. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza sabiex jiżguraw li l …
|
L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza sabiex jiżguraw li l - politiki, il- proċeduri u l - kontrolli għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi jkunu adegwati u implimentati b’mod effettiv.
|
|
4. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni finanzjarja għandu jkun responsabbli għall - …
|
Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni finanzjarja għandu jkun responsabbli għall - approvazzjoni tal - istrateġija tal - istituzzjoni finanzjarja għall - konformità mal - miżuri restrittivi u għas - sorveljanza tal- implimentazzjoni tagħha permezz tal -politiki, il- proċe duri u l- kontrolli meħtieġa sabiex tiġi żgurata l - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi. Il - membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu konxji tal - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi u l - vulnerabbiltà tagħha għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
|
|
5. Meta n - negozju tal - istituzzjoni finanzjarja jkun dirett minn persuna waħda, din il - persuna …
|
Meta n - negozju tal - istituzzjoni finanzjarja jkun dirett minn persuna waħda, din il - persuna tista’ tassenja maniġer superjuri biex iwettaq il - funzjoni tal - korp maniġerjali skont il - paragrafu 4.
|
|
6. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp kif definit fl -Artikolu 2, il- …
|
Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp kif definit fl -Artikolu 2, il- punt (9) u l- punt (11) tad -Direttiva 2013/34/UE2 , il- korp maniġerjali tal - impriża omm għandu iżgura li kull korp maniġerjali, linja operatorja u unità interna, inkluż kull funzjoni ta’ kontroll intern tas - sussidjarji tal - grupp ikollhom l - informazzjoni rilevanti sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal - miżuri restrittivi. Ir - responsabbiltà aħħarija għall - konformità mal - miżuri restrittivi hija ta’ kull entità tal - grupp.
2 Direttiva 2013/34/UE tal- Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 26 ta' Ġunju 2013 dwar id - dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id - dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r - rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d -Direttiva 2006/43/K E tal- Parlament Ewropew u tal - Kunsill u li tħassar id -Direttivi tal- Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE.
|
|
7. Meta istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - …
|
Meta istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - impriża omm għandu jiżgura li s - sussidjarji tal - grupp iwettqu l - valutazzjoni tagħhom stess tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, kif stabbilit fit - Taqsima 4.2, b’mod koordinat u abbażi ta’ metodoloġija komuni, li tirrifletti l - ispeċifiċitajiet tal - grupp. 4.1.1 Ir - rwol tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu
|
|
8. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mis - …
|
Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mis - sorveljanza u l- monitoraġġ tal - kontrolli interni u l - qafas ta’ governanza li l - istituzzjoni finanzjarja tkun stabbiliet biex tikkonforma mal - miżuri restrittivi sabiex tiżgura li tkun effettiva, skont it - Taqsima 4.3.
|
|
9. Minbarra d - dispożizzjonijiet stipulati fil - Linji Gwida EBA/GL/2021/05 , il- korp maniġerjali …
|
Minbarra d - dispożizzjonijiet stipulati fil - Linji Gwida EBA/GL/2021/053 , il- korp maniġerjali ta’ istituzzjoni finanzjarja fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu: - a. jiġi informat bir - riżultati tal - aħħar valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, skont it - Taqsima 4.2;
- b. jissorvelja u jimmonitorja, permezz tal - funzjoni tal - kontrolli interni, il - punt sa fejn il - politiki u l- proċeduri tal - miżuri restrittivi jkunu adegwati u effettivi, skont it - Taqsima 4.3, fid -dawl tal- miżuri restrittivi, l - esponiment u r - riskji ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi li għalihom tkun esposta l - istituzzjoni finanzjarja u jieħu passi xierqa biex jiżgura li jittieħdu miżuri ta’ rimedju fejn meħtieġ;
- c. mill- inqas darba fis - sena, jivvaluta l - funzjonament effettiv tal - funzjoni għall - konformità mal- miżuri restrittivi, inklużi l -politiki, il- proċeduri u l - kontrolli interni, inkluża l - adegwatezza tar - riżorsi umani u tekniċi allokati għall - konformità mal - miżur i restrittivi.
3 Il- Linji Gwida EBA/GL/2021/05 dwar il - governanza interna skont id -Direttiva 2013/36/UE.
|
|
10. Meta istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali ta’ dik l - …
|
Meta istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali ta’ dik l - impriża omm għandu jwettaq ukoll il - kompiti kollha msemmija fil - paragrafu 9 fil -livell tal- grupp. Ir - responsabbiltà aħħarija għall - konformità mal - miżuri restrittivi hija ta’ kull entità tal - grupp. 4.1.2 Ir - rwol tal - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu
|
|
11. Minbarra d - dispożizzjonijiet stipulati fil - Linji Gwida EBA/GL/2021/05, il - korp …
|
Minbarra d - dispożizzjonijiet stipulati fil - Linji Gwida EBA/GL/2021/05, il - korp maniġerjali tal - istituzzjoni finanzjarja fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandu: - a. jiżgura li jiġi infurmat bir - riżultati tal - aħħar valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, skont it - Taqsima 4.2;
- b. jadotta qafas xieraq ta’ ġestjoni tar - riskju u sistema ta’ kontroll intern li tkun indipendenti biżżejjed min - negozju li tikkontrolla;
- c. japprova politiki, proċeduri u kontrolli li jkunu proporzjonati għall - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi u adegwati biex jiżguraw il - konformità tal - istituzzjoni finanzjarja mal - miżuri restrittivi;
- d. jiżgura l - implimentazzjoni effettiva tal - proċessi tal - istituzzjoni finanzjarja għall - konformità mal - miżuri restrittivi;
- e. jimplimenta l - istruttura organizzattiva u operazzjonali meħtieġa biex jikkonforma b’mod effettiv mal - istrateġija tal - miżuri restrittivi adottata mill - korp maniġerjali;
- f. jiżgura li r - riżorsi umani u tekniċi allokati għall - konformità mal - miżuri restrittivi jkunu xierqa u proporzjonati mal - esponiment tal - istituzzjonijiet għall - miżuri restrittivi;
- g. fejn il - funzjonijiet operazzjonali tal - konformità mal - miżuri restrittivi jiġu esternalizzati, jiżgura li dawn l - arranġamenti jikkonformaw mal - Linji Gwida EBA/GL/2019/024 , u jirċievi rapporti regolari dwar l - effettività tas -sistema mill- fornitur tas - servizzi biex jinforma lill - korp maniġerjali.
4 Il- linji Gwida EBA/GL/2019/02 dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, li għandhom jiġu sostitwiti mil - Linji Gwida EBA/GL/XXXX/XX dwar il- ġestjoni tajba tar - riskji ta’ partijiet terzi.
|
|
12. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali ta’ dik …
|
Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali ta’ dik l - impriża omm għandu jiżgura li l - kompiti kollha msemmija fil - paragrafu 11 jitwettqu wkoll fil -livell tas-sussidjarji u li l -politiki u l- proċeduri stabbiliti jkunu allinjati mal - proċeduri u l -politiki tal- grupp, sa fejn dan ikun permess mil - liġi nazzjonali applikabbli. 4.1.3 Ir - rwol tal - membru għoli tal - persunal inkarigat mill - konformità mal - miżuri restrittivi 4.1.3.1 Il- ħatra tal - membru għoli tal -persunal
|
|
13. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jaħtru membru għoli tal- persunal inkarigat mit - …
|
L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jaħtru membru għoli tal- persunal inkarigat mit - twettiq tal- funzjonijiet u l - kompiti stabbiliti fil - paragrafi 19 sa 21. Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li l- membru għoli tal - persunal jkollu l - għarfien u l - fehim tal - miżuri restrittivi meħtieġa biex iwettaq il - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv.
|
|
14. Il- korp maniġerjali jista’ jassenja dan ir - rwol lil membru għoli tal - persunal li diġà …
|
Il- korp maniġerjali jista’ jassenja dan ir - rwol lil membru għoli tal - persunal li diġà jkollu dmirijiet jew funzjonijiet oħrajn fi ħdan l - istituzzjoni finanzjarja (bħall - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT jew l - uffiċjal kap għall - konformità) dment li: - a. dan ikun iġġustifikat mid - daqs u l - kumplessità tal - istituzzjoni finanzjarja u l - eżitu tal - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi;
- b. dan ma jaffettwax il - kapaċità ta’ dan il - membru għoli tal - persunal li jwettaq id - dmirijiet jew il - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv; u
- c. din il - kombinazzjoni ta’ kompiti ma tqajjem l - ebda kunflitt ta’ interess, bħal kunflitti bejn il- kompiti operazzjonali u ta’ kontroll assenjati lil dan il -membru tal- persunal.
|
|
15. Il- korp maniġerjali għandu jippermetti li l - membru għoli tal - persunal jassenja u jiddelega …
|
Il- korp maniġerjali għandu jippermetti li l - membru għoli tal - persunal jassenja u jiddelega l - kompiti stipulati fil - paragrafi 19 sa 21 lil persunal ieħor li jaġixxi taħt id - direzzjoni u s - superviżjoni tal - membru għoli tal - persunal, dment li r - responsabbiltà aħħarija għat - twettiq effe ttiv ta’ dawk il- kompiti tibqa’ tal - membru għoli tal - persunal.
|
|
16. Irrispettivament mill - arranġamenti istituzzjonali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom …
|
Irrispettivament mill - arranġamenti istituzzjonali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li: - a. il- membru għoli tal - persunal ikun jista’ jikkoordina u jikkoopera b’mod effettiv mal - funzjonijiet ta’ kontroll intern; u
- b. il- membru għoli tal - persunal ikun jista’ jirrapporta u jkollu aċċess dirett għall -korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali u superviżorja.
|
|
17. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun parti minn grupp, il - korp maniġerjali tal - …
|
Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun parti minn grupp, il - korp maniġerjali tal - istituzzjoni finanzjarja omm għandu jaħtar membru għoli tal - persunal fil -livell tal- grupp. 4.1.3.2 Ir-rwol tal- membru għoli tal -persunal
|
|
18. Il- membru għoli tal - persunal għandu jiżviluppa, jistabbilixxi u jżomm politiki, proċeduri u …
|
Il- membru għoli tal - persunal għandu jiżviluppa, jistabbilixxi u jżomm politiki, proċeduri u kontrolli li jkunu adegwati sabiex jiżguraw il - konformità tal - istituzzjoni finanzjarja mal - miżuri restrittivi u li jkunu proporzjonati għall - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi.
|
|
19. Il- membru għoli tal - persunal għandu: a. jieħu l - miżuri neċessarji sabiex jiżgura l - …
|
Il- membru għoli tal - persunal għandu: - a. jieħu l - miżuri neċessarji sabiex jiżgura l - konformità mat - Taqsima 4.2 dwar il - valutazzjoni tal- esponiment għall - miżuri restrittivi;
- b. jieħu l - miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l - konformità mat - Taqsima 4.3 dwar politiki u proċeduri effettivi tal - miżuri restrittivi;
- c. jipprovdi informazzjoni regolari u adegwata lill - korp maniġerjali sabiex dan tal - aħħar ikun jista’ jwettaq il - funzjonijiet tiegħu kif definit fit - Taqsima 4.1.1 u fit - Taqsima 4.1.2. L-informazzjoni ta’ ġestjoni għandha tinkludi mill - inqas:
- i) bidliet fl - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi u l - eżitu tal - valutazzjoni tal - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi;
- ii) bidliet fir - reġimi tal - miżuri restrittivi u l - impatt tagħhom fuq l - istituzzjoni finanzjarja;
- iii) statistika u informazzjoni relatati ma’:
- l- għadd ta’ allerti ġġenerati;
- l- għadd ta’ allerti li qed jistennew analiżi;
- l- għadd ta’ rapporti sottomessi lill - awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi5 u/jew lill - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli;
- iż - żmien medju bejn il - konkordanza pożittiva vera u r -rapport sottomess lill- awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u/jew lill - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli;
- il-valur tal- fondi ffriżati, ir - riżorsi ekonomiċi ffriżati6 u n - natura ta’ dawk l - assi, miżmuma fl - istituzzjoni finanzjarja;
- iv) informazzjoni dwar ir - riżorsi umani u tekniċi u l - adegwatezza ta’ dawk ir- riżorsi fid - dawl tal- esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi;
- v) defiċjenzi jew nuqqasijiet identifikati fir - rigward tal -politiki, il- proċeduri u l - kontrolli tal- istituzzjoni finanzjarja fir - rigward tal - miżuri restrittivi, inklużi osservazzjonijiet ipprovduti mill- awtoritajiet kompetenti għas - superviżjoni ta’ politiki, proċeduri u kontrolli għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi;
- vi) każijiet ta’ ksur u ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi u r - raġunijiet għal dak il - ksur u għal dik iċ - ċirkomvenzjoni;
- vii) proposti dwar kif għandha tiġi indirizzata kwalunkwe bidla fir - rekwiżiti regolatorji jew fl - esponiment għall - miżuri restrittivi, jew kwalunkwe defiċjenza jew nuqqas fil - politiki, fil - proċeduri jew fil - kontrolli tal - istituzzjoni finanzjarja fir - rigward tal - miżuri restrittivi li ġew identifikati u każijiet ta’ ksur u ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi li jkunu ġew identifikati.
- d. jirrapporta l -ksur kollu tal- miżuri restrittivi lill - awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u/jew lill - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli;
- e. jikkoopera b’mod effettiv u kostruttiv mal - awtoritajiet nazzjonali rilevanti kompetenti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u mal - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli.
5 https://finance.ec.europa.eu/eu-and-world/sanctions- restrictive - measures/overview -sanctions-and-related-resources_en#contact. 6 Ara l-Artikolu 2, il- punti (5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2024/1226.
|
|
20. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun parti minn grupp, il - membru għoli tal - persunal fil …
|
Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun parti minn grupp, il - membru għoli tal - persunal fil -livell tal-grupp għandu jivvaluta l - effettività tal -politiki, il- proċeduri u l - kontrolli għall - konformità mal - miżuri restrittivi rilevanti fil - fergħat, is - sussidjarji, l- intermedjarji, id -distributuri u l- aġenti kollha, fejn applikabbli. Ir - responsabbiltà aħħarija għall - konformità mal - miżuri restrittivi hija ta’ kull entità tal - grupp.
|
|
21. Il- membru għoli tal - persunal għandu jissorvelja t - tħejjija u l - implimentazzjoni tal - …
|
Il- membru għoli tal - persunal għandu jissorvelja t - tħejjija u l - implimentazzjoni tal - programm ta’ taħriġ kif speċifikat fit - Taqsima 4.4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|