+4.2 Twettiq ta’ valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi
---+22. Il- proċeduri interni tal- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikopru l - valutazzjoni tal - …
---+23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …
---+24. Il- valutazzjoni msemmija fil - paragrafu 22 għandha tkun ibbażata fuq firxa suffiċjentement …
---+25. Meta jwettqu valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, l - istituzzjonijiet …
---+26. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment …
---+27. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw il - metodoloġija tagħhom għat - twettiq …
---+28. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - …
|
4.2 Twettiq ta’ valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi
4.2 Twettiq ta’ valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
22. Il- proċeduri interni tal- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikopru l - valutazzjoni tal - …
|
Il- proċeduri interni tal- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikopru l - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, sabiex jifhmu sa liema punt kull qasam tan - negozju tagħhom huwa espost għall - miżuri restrittivi u vulnerabbli għal ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
|
|
23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …
|
Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - istituzzjonijiet finanzjarji jidentifikaw u jivvalutaw: - a. liema reġimi tal - miżuri restrittivi japplikaw għalihom;
- b. il- probabbiltà ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi;
- c. il- probabbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
- d. l- impatt ta’ kwalunkwe ksur tal - miżuri restrittivi; u
- e. il- fatturi ta’ riskju li ġejjin:
- a) riskju ġeografiku, inkluż:
- i. fejn l - istituzzjoni finanzjarja twettaq in - negozju tagħha, jiġifieri l - ġurisdizzjonijiet u t- territorji li fihom l - istituzzjoni finanzjarja hija stabbilita jew topera;
- ii. il- punt sa fejn dawk il - ġurisdizzjonijiet u t - territorji huma esposti għall - miżuri restrittivi jew huma magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
- iii. l- oriġini u d - destinazzjoni tat - tranżazzjonijiet.
- b) riskju tal - klijent, inkluż:
- i. ir- rabtiet ta’ klijenti u, jekk applikabbli, is - sidien benefiċjarji u l - azzjonisti kontrollanti tagħhom, ma’ pajjiżi li għalihom hemm fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż, jew li huwa magħruf li qed jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
- ii. l- għadd ta’ klijenti, it - tip ta’ klijenti u l - kumplessità ta’ dawk il - klijenti, bħall - kwistjonijiet bl - identifikazzjoni tas - sid benefiċjarju;
- iii. l- attività tal - bażi tal - klijenti tagħhhom, u l - kumplessità tal- attività, inkluż kwalunkwe rabta ma’ industriji jew setturi li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri ekonomiċi jew kwalunkwe miżura restrittiva oħra, kif ukoll il - frekwenza u t -tipi ta’ tranżazzjonijiet.
- c) riskju ta’ prodotti u servizzi, inkluż:
- i. in - natura tal -prodotti u s- servizzi tal - istituzzjoni finanzjarja;
- ii. il- punt sa fejn il - forniment ta’ dawn il -prodotti u s- servizzi jesponi lill - istituzzjoni finanzjarja għar - riskju ta’ ksur tal - miżuri restrittivi u ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
- d) riskju tal - kanali ta’ konsenja, inkluż jekk l - użu ta’ intermedjarji, aġenti, partijiet terzi, relazzjonijiet bankarji korrispondenti jew kanali ta’ konsenja oħra joħloqx vulnerabbiltajiet, inkluż billi:
- i. jillimita l - viżibbiltà li l - istituzzjoni finanzjarja għandha fuq il - partijiet involuti;
- ii. jagħmel l - istituzzjoni finanzjarja dipendenti fuq il - proċessi ta’ skrinjar ta’ partijiet terzi;
- iii. iżid l - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għal riskji ġeografiċi minħabba li din tkun qed topera, jew tkun ibbażata f’pajjiżi li għalihom huma fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż jew pajjiżi magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
|
|
24. Il- valutazzjoni msemmija fil - paragrafu 22 għandha tkun ibbażata fuq firxa suffiċjentement …
|
Il- valutazzjoni msemmija fil - paragrafu 22 għandha tkun ibbażata fuq firxa suffiċjentement diversa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inklużi mill - inqas dawn li ġejjin: - a. informazzjoni miksuba bħala parti mill - applikazzjoni tal - miżuri ta’ diliġenza dovuta tal - klijenti tal - istituzzjoni finanzjarja, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal -Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849;
- b. informazzjoni minn korpi internazzjonali, il - gvern, l - awtoritajiet nazzjonali kompetenti inklużi s - superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT, l- unitajiet tal - intelligence finanzjarja (FIUs) u l- awtoritajiet tal - infurzar tal - liġi (LEAs), bħal tipoloġiji aġġornati dwar iċ - ċirkomvenzjoni tal- miżuri restrittivi;
- c. informazzjoni minn sorsi miftuħa kredibbli u affidabbli, bħal rapporti f’gazzetti ta’ reputazzjoni tajba u mezzi tal - media oħra ta’ reputazzjoni tajba;
- d. informazzjoni minn organizzazzjonijiet kummerċjali kredibbli u affidabbli, bħal rapporti ta’ riskju;
- e. fejn dan ikun disponibbli, analiżi ta’ allerti preċedenti tal - miżuri restrittivi fir - rigward ta’ konkordanzi pożittivi veri u konkordanzi pożittivi foloz sabiex jiġu identifikati sitwazzjonijiet fejn huwa l - aktar probabbli li jseħħu konkordanzi pożittivi v eri.
|
|
25. Meta jwettqu valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, l - istituzzjonijiet …
|
Meta jwettqu valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk l - iskrinjar retroattiv tal - bażi tad - data tal- klijenti tagħhom u r - rekords tat- tranżazzjonijiet tal - passat jistgħux ikunu utli u proporzjonati. Dan jista’ jkun il - każ fejn l - istituzzjoni finanzjarja tkun identifikat jew ikollha raġunijiet raġonevoli biex tissuspetta li s- sistema ta’ skrinjar preċedenti tagħha kienet inadegwata jew ineffettiva.
|
|
26. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment …
|
L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment għall - miżuri restrittivi tibqa’ aġġornata u rilevanti. Sabiex jinkiseb dan, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminawha tal - inqas darba fis - sena u fejn meħtieġ, jaġġornawha. Barra minn hekk, kif meħtieġ, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw il - valutazzjoni tagħhom tal- esponiment għall - miżuri restrittivi fis - sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. meta jadottaw miżuri restrittivi ġodda u bidliet sinifikanti fil - miżuri restrittivi eżistenti;
- b. qabel ma jipprovdu prodotti ġodda, joffru kanali ġodda ta’ konsenja tal - prodotti, jagħtu servizz lil gruppi ġodda ta’ klijenti, jidħlu f’żoni ġeografiċi ġodda;
- c. meta jwettqu bidliet sinifikanti fil - profil tal - attività, fil - bażi tal - klijenti, fl -istruttura organizzazzjonali jew fil - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni;
- d. meta jidentifikaw in - nuqqas ta’ implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u ċ - ċirkomvenzjoni tal- miżuri restrittivi, li jiżvela l - inadegwatezza tal - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi;
- e. meta jkun hemm defiċjenzi fil - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi eżistenti kif identifikati mill - istituzzjoni finanzjarja jew mill - awtorità kompetenti responsabbli għas - superviżjoni tal -politiki, tal- proċeduri u tal - kontrolli interni biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi tal - Unjoni u dawk nazzjonali.
|
|
27. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw il - metodoloġija tagħhom għat - twettiq …
|
L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw il - metodoloġija tagħhom għat - twettiq u r- rieżami tal - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment għall - miżuri restrittivi u l - eżitu ta’ dik il - valutazzjoni u jagħmluhom disponibbli għall - awtorità kompetenti tagħhom fuq talba.
|
|
28. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - …
|
Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - grupp għandu jiżgura li s - sussidjarji tal - grupp iwettqu l - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi tiegħu stess b’mod koordinat u abbażi ta’ metodoloġija komuni filwaqt li jirriflettu l - ispeċifiċitajiet tiegħu stess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|