+23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …

23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …

Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - istituzzjonijiet finanzjarji jidentifikaw u jivvalutaw:

  • a. liema reġimi tal - miżuri restrittivi japplikaw għalihom;
  • b. il- probabbiltà ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • c. il- probabbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • d. l- impatt ta’ kwalunkwe ksur tal - miżuri restrittivi; u
  • e. il- fatturi ta’ riskju li ġejjin:
  • a) riskju ġeografiku, inkluż:
  • i. fejn l - istituzzjoni finanzjarja twettaq in - negozju tagħha, jiġifieri l - ġurisdizzjonijiet u t- territorji li fihom l - istituzzjoni finanzjarja hija stabbilita jew topera;
  • ii. il- punt sa fejn dawk il - ġurisdizzjonijiet u t - territorji huma esposti għall - miżuri restrittivi jew huma magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • iii. l- oriġini u d - destinazzjoni tat - tranżazzjonijiet.
  • b) riskju tal - klijent, inkluż:
  • i. ir- rabtiet ta’ klijenti u, jekk applikabbli, is - sidien benefiċjarji u l - azzjonisti kontrollanti tagħhom, ma’ pajjiżi li għalihom hemm fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż, jew li huwa magħruf li qed jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • ii. l- għadd ta’ klijenti, it - tip ta’ klijenti u l - kumplessità ta’ dawk il - klijenti, bħall - kwistjonijiet bl - identifikazzjoni tas - sid benefiċjarju;
  • iii. l- attività tal - bażi tal - klijenti tagħhhom, u l - kumplessità tal- attività, inkluż kwalunkwe rabta ma’ industriji jew setturi li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri ekonomiċi jew kwalunkwe miżura restrittiva oħra, kif ukoll il - frekwenza u t -tipi ta’ tranżazzjonijiet.
  • c) riskju ta’ prodotti u servizzi, inkluż:
  • i. in - natura tal -prodotti u s- servizzi tal - istituzzjoni finanzjarja;
  • ii. il- punt sa fejn il - forniment ta’ dawn il -prodotti u s- servizzi jesponi lill - istituzzjoni finanzjarja għar - riskju ta’ ksur tal - miżuri restrittivi u ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
  • d) riskju tal - kanali ta’ konsenja, inkluż jekk l - użu ta’ intermedjarji, aġenti, partijiet terzi, relazzjonijiet bankarji korrispondenti jew kanali ta’ konsenja oħra joħloqx vulnerabbiltajiet, inkluż billi:
  • i. jillimita l - viżibbiltà li l - istituzzjoni finanzjarja għandha fuq il - partijiet involuti;
  • ii. jagħmel l - istituzzjoni finanzjarja dipendenti fuq il - proċessi ta’ skrinjar ta’ partijiet terzi;
  • iii. iżid l - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għal riskji ġeografiċi minħabba li din tkun qed topera, jew tkun ibbażata f’pajjiżi li għalihom huma fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż jew pajjiżi magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.