+4.1 Valutazzjoni tal - materjalità
---+11. Bħala parti mill - metodoloġija ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji …
---+12. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni …
---+13. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tuża approċċ ibbażat fuq ir - …
---+14. Bil- ħsieb li jivvalutaw b’mod komprensiv il - materjalità tar - riskji tal - ESG, l - …
---+15. Fir- rigward tal - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet …
---+16. L- istituzzjonijiet għandhom jissostanzjaw u jiddokumentaw, bħala parti mill - ICAAP tagħhom …
---+17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ta’ kejl, arranġamenti tal - …

4.1 Valutazzjoni tal - materjalità

4.1 Valutazzjoni tal - materjalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
11. Bħala parti mill - metodoloġija ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji …

Bħala parti mill - metodoloġija ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji tal - ESG tal - istituzzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl - istrateġiji u l- proċeduri interni tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - prestazzjoni regolari ta’ valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG. Dik il - valutazzjoni għandha titwettaq mill - inqas kull sena jew, għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi (SNCIs), kull sentejn. Madankollu, l - istituzzjonijiet inklużi l - SNCIs, għandhom jaġġornaw il - valutazzjoni tagħhom b’mod aktar frekwenti f’każ li jinbidel il - materjal fl - ambjent tan - negozju tagħhom relatata mal - fatturi tal - ESG, bħal politiki pubbliċi sinifikanti ġodda jew bidliet fil - mudell tan - negozju, fil - portafolli jew fl - operazzjonijiet tal - istituzzjoni.

12. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni …

Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni speċifika għall - istituzzjoni li tipprovdi lill - istituzzjoni b’ħarsa lejn il - materjalità finanzjarja tar - riskji tal - ESG għall - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tagħha, appoġġjata minn immappjar tal - fatturi tal - ESG u tal - kanali ta’ trażmissjoni għall - kategoriji ta’ riskji finanzjarji tradizzjonali. Il - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tkun konsistenti ma’ valutazzjonijiet oħra tal - materjalità mwettqa mill - istituzzjoni, b’mod partikolari dawk magħmula għad - divulgazzjoni tar - riskji ta’ sostenibbiltà materjali f’konformità mad - Direttiva 2013/34/UE6 u mar- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2023/27727 , fejn applikabbli, u għandha tiġi integrata fil - valutazzjoni tal - materjalità tal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital (ICAAP).


6 Id- Direttiva 2013/34/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar id- dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id - dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r - rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d - Direttiva 2006/43/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill u li tħassar id - Direttivi tal - Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p.19).

7 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal -31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d - Direttiva 2013/34/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tal - istandards tar - rapportar dwar is - sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2772, 22.12.2023).

13. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tuża approċċ ibbażat fuq ir - …

Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tuża approċċ ibbażat fuq ir - riskji li jqis il- probabbiltà tal - okkorrenza u d - daqs potenzjali tal - effetti finanzjarji tar - riskji tal - ESG fuq terminu qasir u medju u fuq perjodu ta’ żmien twil ta’ mi ll- inqas 10 snin.

14. Bil- ħsieb li jivvalutaw b’mod komprensiv il - materjalità tar - riskji tal - ESG, l - …

Bil- ħsieb li jivvalutaw b’mod komprensiv il - materjalità tar - riskji tal - ESG, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom jirrifletti b’mod suffiċjenti n - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - attivitajiet, il - portafolli, is - servizzi u l - prodotti tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - impatt tar - riskji tal - ESG fuq il - kategoriji tradizzjonali kollha ta’ riskji finanzjarji li huma esposti għalihom, inklużi r - riskji ta’ kreditu, tas - suq, ta’ likwidità, operattivi (inkluża l - litigazzjoni), reputazzjonali, tal - mudell tan - negozju u tal - konċentrazzjoni. Id - determinazzjoni tar - riskji materjali tal -ESG għandha tqis l - impatti tagħhom fuq il - kategoriji tar - riskji finanzjarji u l - ammonti u/jew l - ishma ta’ skoperturi, ta’ dħul u ta’ profitti esposti għar - riskji.

15. Fir- rigward tal - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet …

Fir- rigward tal - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw kemm informazzjoni kwalitattiva kif ukoll dik kwantitattiva. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kamp ta’ applikazzjoni tal - fatturi ambjentali wiesa’ biżżejjed li jinkludi mill - inqas fatturi relatati mal - klima, id - degradazzjoni tal - ekosistemi u t - telf tal - bijodiversità. L - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kemm il - motivaturi tar - riskji ta’ tranżizzjoni kif ukoll dawk tar - riskji fiżiċi, filwaqt li jqisu mill - inqas dan li ġej:

  • a) Għal riskji ta’ tranżizzjoni:
  • i. is - setturi ekonomiċi ewlenin li huma appoġġjati mill - assi ffinanzjati jew dawk li l- kontroparti tal - istituzzjoni jkollha l - attivitajiet prinċipali tagħha fihom;
  • ii. bidliet materjali attwali u futuri potenzjali fil - politiki pubbliċi, fit - teknoloġiji u fil - preferenzi tas - suq (eż. regolamenti ambjentali jew inċentivi fiskali ġodda, żvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal - karbonju, bidliet fid - domanda tal - konsumaturi jew tal - investituri);
  • iii. fir - rigward tar - riskji relatati mal - klima:
b) Għal riskji fiżiċi:1. 2.skoperturi lejn setturi li jikkontribwixxu ħafna għat - tibdil fil - klima kif speċifikat fil - Premessa 6 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2020/1818, jiġifieri s - setturi elenkati fit - Taqsimiet A sa H u t - Taqsima L tal - Anness I tar - Regolament (KE) Nru 1893/20068 , filwaqt li tiġi mogħtija kunsiderazzjoni partikolari lill - iskoperturi lejn entitajiet tas - settur tal - fjuwils fossili; il- grad ta’ allinjament jew allinjament ħażin tal - portafolli mal - objettivi regolatorji rilevanti tal - ġuriżdizzjonijiet fejn joperaw – għal SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar mill - inqas abbażi ta’ valutazzjoni kwalitattiva ta’ livell għoli;
i. iż - żoni produzzjoni) dawnikunġeografiċi li għandhom l - assi ewlenin tal - kontropartijiet (eż. siti ta’ u, b’mod partikolari għall - iskoperturi ta’ proprjetajiet immobbli, fihom kollateral fiżiku;
ii. il- livellta’ vulnerabbiltà għal perikli ambjentali (eż. perikli relatati mat -

temperatura, mar - riħ, mal - ilma u mal - massa solida) assoċjati ma’ xenarji klimatiċi u perkorsi ta’ tranżizzjoni differenti jew, għal SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar, assoċjati ma’ mill - inqas xenarju avvers wieħed.


8 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas -17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r - Regolament (UE) 2016/1011 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tal - istandards minimi għall - Parametri Referenzjarji tat - Tranżizzjoni Klimatika tal - UE u l - Parametri Referenzjarji tal - UE allinjati mal - Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 03/12/2020, p. 17) - Ir- Regolament dwar l- Istandards tal - Parametri Referenzjarji Klimatiċi - Premessa 6: Is - setturi elenkati fit - Taqsimiet A sa H u fit - Taqsima L tal - Anness I tar - Regolament (KE) Nru 1893/2006

16. L- istituzzjonijiet għandhom jissostanzjaw u jiddokumentaw, bħala parti mill - ICAAP tagħhom …

L- istituzzjonijiet għandhom jissostanzjaw u jiddokumentaw, bħala parti mill - ICAAP tagħhom, il- valutazzjonijiet tal - materjalità tar - riskji tal - ESG tagħhom, inkluż metodoloġiji u restrizzjonijiet użati, inputs u fatturi kkunsidrati u r - riżultati u l - konklużjonijiet ewlenin milħuqa, inkluż konklużjonijiet ta’ non - materjalità.

17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ta’ kejl, arranġamenti tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ta’ kejl, arranġamenti tal - ġestjoni tar - riskji u proċessi tal - ippjanar tat - tranżizzjoni, rispettivament f’konformità mat - Taqsima 4.2, it - Taqsima 5, u t - Taqsima 6, li jkunu proporzjonati mal - eżiti tal - valutazzjoni tal - materjalità u infurmati minnhom. Għal dan l - għan, l - istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti aktar estensivi u sofistikati għar - riskji tal - ESG identifikati bħala materjali. Min - naħa tagħhom, il - metodoloġiji tal - kejl tar - riskji t al- ESG u l - metriċi ta’ monitoraġġ tar - riskji tal - ESG użati mill - istituzzjonijiet għandhom jappoġġjaw u jinfurmaw l - aġġornamenti regolari tal - valutazzjoni tal - materjalità. Istituzzjonijiet iżgħar b’attivitajiet inqas kumplessi jistgħu japplikaw arranġamenti inqas estensivi u sofistikati, li madankollu għandhom ikunu proporzjonati mar - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom tar - riskji tal -ESG.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.