+46. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ …
|
46. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ …
L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ mitigazzjoni tar - riskju tikkontribwixxi l - aħjar għal dan, billi jikkunsidraw firxa ta’ għodod, inklużi dawn li ġejjin: - a) l- involviment ma’ kontropartijiet bl - għan li jifhmu aħjar il - profil tar - riskju tal - kontroparti u li jiżguraw konsistenza mal - aptit għar - riskju u l - objettivi strateġiċi tal - istituzzjoni, b’mod partikolari billi:
- i. jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - kontropartijiet li għandhom jinvolvu ruħhom magħhom, filwaqt li jqisu l - eżiti tal - valutazzjoni tal - materjalità u tal - proċess tal - kejl tar - riskju;
- ii. jistabbilixxu djalogu ma’ dawk il - kontropartijiet biex tiġi rieżaminata r - reżiljenza tagħhom lejn ir- riskji tal - ESG, filwaqt li jqisu l - leġiżlazzjoni settorjali li taffettwa lil dawk il - kontropartijiet u kwalunkwe pjan ta’ tranżizzjoni li jkunu żviluppaw;
- iii. fejn rilevanti u possibbli, jipprovdu informazzjoni u pariri rilevanti lill - klijenti dwar il- valutazzjoni jew il - mitigazzjoni tar - riskji tal - ESG li huma esposti għalihom; u
- iv. jikkunsidraw firxa ta’ azzjonijiet speċifiċi għall - kontropartijiet, bħall - aġġustament għall - offerta tal - prodott, il - ftehim dwar pjan u azzjonijiet ta’ rimedju biex jiġu appoġġjati l - isforzi ta’ tranżizzjoni u reżiljenza msaħħa tal - kontroparti, jew bħala l - aħħar rimedju, il - waqfien tar - relazzjoni meta l - kontinwazzjoni titqies inkompatibbli mal - ippjanar u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni.
- b) jaġġustaw it - termini finanzjarji (eż. inklużi salvagwardji miftiehma kuntrattwalment u miżuri korrettivi), il - kundizzjonijiet (eż. perjodu ta’ maturità) u/jew il - prezz ibbażat fuq kriterji rilevanti għar - riskji tal - ESG u l - istrateġija tar - riskju u l - politika tal - kapital intern tal - istituzzjoni;
- c) jikkunsidraw ir - riskji tal - ESG meta jiżviluppaw politiki settorjali u meta jistabbilixxu limiti tar - riskji globali, reġjonali u settorjali, limiti tal - iskopertura u strateġiji ta’ diżingranaġġ;
- d) jiddeversifikaw portafolli ta’ self u ta’ investiment abbażi ta’ kriterji rilevanti għar - riskji tal - ESG, eż. f’termini ta’ setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi;
- e) għodod oħra ta’ ġestjoni tar - riskji meqjusa xierqa f’konformità mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni, bħal riallokazzjoni possibbli tal - finanzjament bejn is - setturi u fi ħdanhom lejn skoperturi aktar reżiljenti għar - riskji tal -ESG.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|