+5.6 Politiki u proċeduri għall - kategoriji tar - riski finanzjarji
---+67. L- istituzzjonijiet għandhom jifhmu u jimmaniġġjaw l - impatt attwali u futur potenzjali tar - …
---+68. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fil - politiki u l - proċeduri tar …
---+69. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil - politiki u l …
---+70. Fir- rigward tar - riskju tas - suq, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif ir - riskji …
---+71. Fir- rigward tar - riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament, l - istituzzjonijiet għandhom tal - …
---+72. Barra minn hekk, fir - rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+73. Fir- rigward tar - riskju operattiv, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif ir - riskji …
---+74. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom: a) jidentifikaw u …
---+75. Fir- rigward tar - riskji reputazzjonali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw u …
---+76. Bħala parti mill - ġestjoni tagħhom tar - riskji tal - kondotta, tal - litigazzjoni u …
---+77. Fir- rigward tar - riskju tal - konċentrazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw u …

5.6 Politiki u proċeduri għall - kategoriji tar - riski finanzjarji

5.6 Politiki u proċeduri għall - kategoriji tar - riski finanzjarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
67. L- istituzzjonijiet għandhom jifhmu u jimmaniġġjaw l - impatt attwali u futur potenzjali tar - …

L- istituzzjonijiet għandhom jifhmu u jimmaniġġjaw l - impatt attwali u futur potenzjali tar - riskji tal - ESG fuq l - iskoperturi tagħhom għal riskju ta’ kreditu, fuq il - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet tagħhom soġġetti għal riskju tas - suq, b’mod partikolari għal finijiet ta’ valwazzjoni prudenti, fuq il - profil tar - riskju tal - likwidità tagħhom u tal - buffers, fuq ir - riskji operattivi (inkluża l - litigazzjoni) tagħhom, u fuq ir - riskji reputazzjonali, inkluż permezz tal - użu ta’ analiżijiet li jħarsu ’l quddiem. 5.6.1. Riskju ta’ kreditu

68. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fil - politiki u l - proċeduri tar …

Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fil - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu kif stabbilit fil - paragrafu 56 tal - Linji Gwida tal -EBA dwar l- oriġinazzjoni u l - monitoraġġ tas - self, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - politiki settorjali tal - kreditu tagħhom, li jirriflettu r - riskji tal - ESG, jiġu msaħħa u tradotti fi kriterji ċari ta’ oriġinazzjoni disponibbli għall - persunal tal - linji tan - negozju u għal dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet dwar il - kreditu, u għandhom jiżguraw li r- riskji tal - ESG jiġu inkorporati fil - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu.

69. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil - politiki u l …

Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom taħlita ta’ aspetti kwalitattivi u kwantitattivi. Abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom u l - aptit għar - riskju tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu metriċi kwantitattivi tar - riskju ta’ kreditu li jkopru s - segmenti tal - klijenti, it - tipi ta’ kollateral u l - istrumenti ta’ mitigazzjoni tar - riskji l - aktar sinifikanti.

5.6.2. Riskju tas - suq

70. Fir- rigward tar - riskju tas - suq, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif ir - riskji …

Fir- rigward tar - riskju tas - suq, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif ir - riskji tal -ESG jistgħu jaffettwaw il - valur tal - istrumenti finanzjarji fil - portafoll tagħhom, jevalwaw ir - riskju potenzjali ta’ telf fuq il - portafoll tagħhom u l - volatilità akbar fil - valur tal - portafoll tagħhom, u jistabbilixxu proċessi effettivi biex jikkontrollaw jew jimmitigaw l - impatti assoċjati bħala parti mill- qafas ta’ ġestjoni tar - riskji tas - suq tagħhom inkluż fejn meħtieġ ir - rieżami tal - aptit għar - riskju tal - portafoll ta n- negozjar u l - istabbiliment ta’ limiti interni għal pożizzjonijiet jew skoperturi tal - klijenti.

5.6.3. Riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament

71. Fir- rigward tar - riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament, l - istituzzjonijiet għandhom tal - …

Fir- rigward tar - riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament, l - istituzzjonijiet għandhom tal - anqas jikkunsidraw kif ir - riskji tal - ESG jistgħu jaffettwaw il - ħruġ nett ta’ flus (eż. iż - żieda fil - ġbid ta’ linji ta’ kreditu) jew il - valur tal - assi li jikkostitwixxu l- buffers tal - likwidità tagħhom u, fejn xieraq, jinkorporaw dawn l - impatti fil - kalibrazzjoni tal - buffers tal - likwidità tagħhom jew fil - qafas tal - ġestjoni tar - riskji tal - likwidità tagħhom.

72. Barra minn hekk, fir - rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom …

Barra minn hekk, fir - rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif dawn ir- riskji jistgħu jaffettwaw id - disponibbiltà u/jew l - istabbiltà tas - sorsi ta’ finanzjament tagħhom u jikkunsidrawhom fil - ġestjoni tagħhom tar - riskju ta’ finanzjament. Għal dan l - għan, l- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw perjodi ta’ żmien differenti u kundizzjonijiet kemm normali kif ukoll avversi, li għandhom jirriflettu fost l - oħrajn l - impatti potenzjali tar - riskji ambjentali fuq ir - riskji reputazzjonali, sitwazzjoni ta’ aċċess imfixkel jew ogħla għall - finanzjament tas - suq u/jew l - irtirar aċċellerat tad - depożiti.

5.6.4. Riskji operattivi u reputazzjonali

73. Fir- rigward tar - riskju operattiv, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif ir - riskji …

Fir- rigward tar - riskju operattiv, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif ir - riskji tal -ESG jistgħu jaffettwaw it - tipi differenti ta’ avvenimenti ta’ riskji operattivi regolatorji msemmija fl - Artikolu 324 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 u l - kapaċità tagħhom li jkomplu jipprovdu operazzjonijiet kritiċi u għandhom jinkorporaw riskji tal - ESG materjali fil - qafas tal - ġestjoni tar - riskji operattivi tagħhom.

74. Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom: a) jidentifikaw u …

Fir- rigward tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom:

  • a) jidentifikaw u jittikkettaw it - telf relatat mar - riskji ambjentali fir - reġistri tat - telf operattiv tagħhom, f’konformità mat - tassonomija tar - riskju u l - metodoloġija biex jikklassifikaw l - avvenimenti ta’ telf stabbiliti mill - istandards tekniċi regolatorji adottati mill- Kummissjoni skont l - Artikolu 317(9) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • b) jiżviluppaw proċessi għall - valutazzjoni u l - immaniġġjar tal - probabbiltà u l - impatt tar - riskji ta’ litigazzjoni relatati mal - ambjent;
  • c) jużaw analiżi tax - xenarji biex jiddeterminaw kif il - motivaturi tar - riskju fiżiku jista’ jkollhom impatt fuq il - kontinwità tal - operat tagħhom; u
  • d) iqisu r - riskji ambjentali materjali meta jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinwità tal - operat.
75. Fir- rigward tar - riskji reputazzjonali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw u …

Fir- rigward tar - riskji reputazzjonali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw u jimmaniġġjaw l- impatt tar - riskji tal - ESG fuq ir - reputazzjoni tagħhom, inkluż billi jikkunsidraw riskji potenzjali assoċjati mas - self lil negozji u l - investiment fihom li jistgħu jkunu suxxettibbli għal kontroversji relatati mal - ESG, bħal ksur tad - drittijiet soċjali jew tad - drittijiet bniedem. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll, fejn applikabbli, ir - riskji reputazzjonali assoċjati man - nuqqas ta’ twettiq tal - impenji ta’ sostenibbiltà jew tal - pjanijiet ta’ tranżizzjoni tagħhom, jew man - nuqqas (perċepit) ta’ kredibbiltà ta’ tali impenji u pjanijiet.

76. Bħala parti mill - ġestjoni tagħhom tar - riskji tal - kondotta, tal - litigazzjoni u …

Bħala parti mill - ġestjoni tagħhom tar - riskji tal - kondotta, tal - litigazzjoni u reputazzjonali, l - istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċessi sodi sabiex jidentifikaw, jipprevjenu u jimmaniġġjaw ir - riskji li jirriżultaw minn prattiki ta’ greenwashing jew ta’ prattiki perċepiti ta’ greenwashing filwaqt li jqisu l - prinċipji ta’ livell għoli tal - ASE stabbiliti fit - Taqsima 2.1 tar - Rapport Finali tal -EBA dwar il- monitoraġġ u s - superviżjoni tal - greenwashing16 . Għal dan l - għan, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu l - passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l - komunikazzjoni relatata mas - sostenibbiltà tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, u li l - asserzjonijiet dwar is - sostenibbiltà jkunu preċiżi, sostanzjati, aġġornati, jipprovdu rappreżentazzjoni ġusta tal - profil ġenerali tal - istituzzjoni jew tal - profil tal - prodott, u jiġu ppreżentati b’mod li jinftiehem. Dan għandu jsir kemm fil - livell tal - istituzzjoni (eż. fir -rigward tal - impenji ta’ sostenibbiltà inklużi miri li jħarsu ’l quddiem) kif ukoll fil - livell tal - prodott jew tal - attività (eż. fir - rigward ta’ prodotti u attivitajiet kummerċjalizzati bħala sostenibbli), inkluż billi jiġu mmonitorjati l - iżviluppi legali, il - prattiki tas - suq, u l - kontroversji dwar l - allegati prattiki ta’ greenwashing. 5.6.5. Riskju tal - konċentrazzjoni


16 Rapport finali tal -EBA dwar il- monitoraġġ u s - superviżjoni tal - greenwashing (EBA/REP/2024/09)

77. Fir- rigward tar - riskju tal - konċentrazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw u …

Fir- rigward tar - riskju tal - konċentrazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw u jimmaniġġjaw ir - riskji ppreżentati mill - konċentrazzjonijiet ta’ skoperturi jew ta’ kollateral f’kontropartijiet uniċi, kontropartijiet interdipendenti jew f’ċerti industriji, setturi ekonomiċi, jew reġjuni ġeografiċi li jistgħu jippreżentaw grad ogħla ta’ vulnerabbiltà għar - riskji tal -ESG. Sabiex jidentifikaw ir - riskji ta’ konċentrazzjoni relatati mal - ESG, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw id - daqs u/jew l - ishma tal - iskoperturi tagħhom li jistgħu jiġu affettwati mir - riskji tal - ESG relattivi għall - iskoperturi totali u bħala proporzjon tal - kapital tal -Grad 1. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu diversi fatturi tal - ESG li fosthom hemm l - emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il - karatteristiċi settorjali, il - vulnerabbiltà ta’ żoni ġeografiċi għal riskji fiżiċi, u nuqqasijiet jew kontroversji soċjali jew ta’ governanza identifikati f’ġuriżdizzjonijiet fejn jinsabu l - iskoperturi jew il - kollateral, kif ukoll id - disponibbiltà ta’ fatturi ta’ mitigazzjoni tar - riskju. L - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk u kif ir - riskju tal - konċentrazzjoni relatat mal - ESG jaggrava l - vulnerabbiltà finanzjarja preċedenti tal - iskoperturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.