+5.5. Funzjonijiet ta’ kontroll intern
---+85. Fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …
---+86. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkoprix …
---+87. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ konformità tivvalutax u …
---+88. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ awditjar intern tivverifikax …

5.5. Funzjonijiet ta’ kontroll intern

5.5. Funzjonijiet ta’ kontroll intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
85. Fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …

Fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2554 (DORA)21 . F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk:

  • a. l-istituzzjoni għandhiex qafas ta’ kontroll intern li huwa xieraq biex ikopri l-oqsma kollha, skont il-mudell tat-“tliet linji ta’ difiża”, inklużi funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, konformità u awditjar intern li jaħdmu tajjeb, b’mod effettiv u indipendenti;
  • b. il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern (i) humiex stabbiliti f’livell ġerarkiku adegwat li jipprovdihom bl-awtorità u l-pożizzjoni xierqa meħtieġa biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, (ii) għandhomx aċċess dirett u jistgħux jirrapportaw direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu, u (iii) għandhomx ir-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom;
  • c. l-istituzzjoni għandhiex politiki ta’ kontroll intern miktuba adegwati li ġew implimentati b’mod effettiv u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-qafas, segregazzjoni tad-dmirijiet, proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità sodi u arranġamenti robusti għar-rapportar.

21 DORA - Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj).

86. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkoprix …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkoprix l-istituzzjoni kollha, billi tadotta perspettiva olistika tar-riskji kollha, hijiex involuta b’mod attiv f’fażi bikrija fl-elaborazzjoni tal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni u tissorveljax l-implimentazzjoni effettiva tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ukoll jekk il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tipprovdix lill-korp maniġerjali b’informazzjoni kompleta, aġġornata u rilevanti relatata mar-riskju sabiex ikun jista’ jistabbilixxi l-livell tal-aptit għar-riskju u l-limiti tar-riskju relatati tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-valutazzjoni tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju dwar ir-robustezza u s-sostenibbiltà tal-istrateġija tar-riskju u tal-aptit għar-riskju kif ukoll l-involviment tagħha fl-evalwazzjoni tal-impatt ta’ bidliet materjali jew tranżazzjonijiet eċċezzjonali fuq ir-riskju globali tal-istituzzjoni u tal-grupp (fejn applikabbli).

87. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ konformità tivvalutax u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ konformità tivvalutax u timmitigax b’mod effettiv ir-riskji ta’ konformità li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli, mal-obbligi kuntrattwali jew mar-regoli interni u mal-kodiċijiet ta’ kondotta, inklużi r-regoli dwar l-etika, u jekk tiżgurax li d-deċiżjonijiet materjali kollha dwar il-ġestjoni tar-riskju jqisu b’mod adegwat dawn ir-riskji.

88. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ awditjar intern tivverifikax …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ awditjar intern tivverifikax b’mod indipendenti u tipprovdix assigurazzjoni oġġettiva, f’konformità mal-pjan tal-awditu u l-programm tax-xogħol dettaljat, dwar l-adegwatezza u l-effettività tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-istituzzjoni u dwar il-konformità tal-attivitajiet kollha tal-istituzzjoni, inklużi l-attivitajiet ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi, mar-rekwiżiti legali u regolatorji. Fejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-funzjoni ta’ awditjar intern fil-livell tal-grupp hijiex indipendenti, għandhiex pjan tal-awditu bbażat fuq ir-riskju fil-livell tal-grupp, għandhiex riżorsi u statura xierqa u għandhiex linja ta’ rapportar diretta lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni konsolidanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.