+85. Fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …
|
85. Fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …
Fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2554 (DORA)21 . F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk: - a. l-istituzzjoni għandhiex qafas ta’ kontroll intern li huwa xieraq biex ikopri l-oqsma kollha, skont il-mudell tat-“tliet linji ta’ difiża”, inklużi funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, konformità u awditjar intern li jaħdmu tajjeb, b’mod effettiv u indipendenti;
- b. il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern (i) humiex stabbiliti f’livell ġerarkiku adegwat li jipprovdihom bl-awtorità u l-pożizzjoni xierqa meħtieġa biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, (ii) għandhomx aċċess dirett u jistgħux jirrapportaw direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu, u (iii) għandhomx ir-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom;
- c. l-istituzzjoni għandhiex politiki ta’ kontroll intern miktuba adegwati li ġew implimentati b’mod effettiv u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-qafas, segregazzjoni tad-dmirijiet, proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità sodi u arranġamenti robusti għar-rapportar.
21 DORA - Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|