+291. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ kejl superviżorju li …
|
291. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ kejl superviżorju li …
It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ kejl superviżorju li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fil-qafas ta’ ġestjoni tal-IRRBB u tas-CSRBB tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura abbażi tal-effettività tagħha għan-nuqqas speċifiku identifikat. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE) jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Tabella 13. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għall-IRRBB u s-CSRBB Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punti (b), (d), (e), (f), (j), u (l) u l-Artikolu 84(3) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. ittejjeb il-kapaċità tagħha fl-ittestjar tal-istress; B. ittejjeb ir-rapportar ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni tal-IRRBB lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri; Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punti (b), (d), (e), (f), (j), u (l) u l-Artikolu 84(3) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: C. tapplika varjazzjonijiet għal-limiti interni biex jitnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi; D. tipprovdi rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti tal-pożizzjonijiet tal-IRRBB tal-istituzzjoni; E. tuża l-metodoloġija standardizzata għall-IRRBB; F. tispeċifika s-suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u parametriċi, minbarra dawk identifikati mill-RTS tal-EBA (f’konformità mal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|