+3. Programm tal - operazzjonijiet: governanza interna u ġestjoni tar - riskji tat- TCB
---+5. Fir-rigward tal-governanza interna u l - kontrolli interni tat - TCB, l - applikazzjoni għandha …
|
3. Programm tal - operazzjonijiet: governanza interna u ġestjoni tar - riskji tat- TCB
3. Programm tal - operazzjonijiet: governanza interna u ġestjoni tar - riskji tat- TCB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
5. Fir-rigward tal-governanza interna u l - kontrolli interni tat - TCB, l - applikazzjoni għandha …
|
Fir-rigward tal-governanza interna u l - kontrolli interni tat - TCB, l - applikazzjoni għandha tinkludi l- informazzjoni li ġejja: - a) ċ art tal- istruttura organizzattiva tat - TCB ippjanata akkumpanjata minn spjegazzjonijiet rilevanti;
- b) l- identità ta’ kull waħda miż - żewġ persuni meħtieġa minimament għat - tmexxija effettiva tat- TCB jew, fejn applikabbli, ta’ kull membru tal - kumitat ta’ ġestjoni lokali u l - informazzjoni għall - valutazzjoni tal - idoneità relatata f’konformità mal - Artikolu 91 ta s - CRD, kif speċifikat fl -RTS tal- EBA dwar l - informazzjoni u d - dokumentazzjoni għat - twettiq tal - valutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp maniġerjali skont l - Artikolu 91 tas - CRD6 , li se japplikaw mutatis mutandis u f’konformità mal - Artikolu 48g(1) tas - CRD; L- applikazzjoni għandha tinkludi r - riżultati tal - aħħar valutazzjoni interna tal - idoneità li l - impriża ewlenija applikanti wettqet fuq iż - żewġ persuni meħtieġa minimament għat - tmexxija effettiva tat - TCB, jew, fejn applikabbli, fuq il - membri tal - kumitat ta’ ġestjoni lokali;
- c) fejn disponibbli, il - valutazzjoni interna tal - idoneità tat - titolari ta' funzjonijiet ewlenin tat - TCB prevista u, fejn applikabbli f’konformità mal - liġi nazzjonali, l - informazzjoni ta' appoġġ għall - valutazzjoni tal - idoneità tal - awtorità kompetenti;
- d) id- deskrizzjoni tal - allokazzjoni tad - dmirijiet bejn iż - żewġ persuni meħtieġa minimament għat - tmexxija effettiva tat - TCB u, fejn applikabbli, fost il - membri tal - kumitat ta’ ġestjoni lokali;
- e) il- politiki u l - proċeduri li jirregolaw il - funzjonijiet ta’ kontroll intern, jiġifieri l - ġestjoni tar - riskju, il - konformità u l - awditjar intern;
- f) id- deskrizzjoni tal - linji ta’ rapportar bejn il - funzjonijiet ta’ kontroll intern u l - persuni li jmexxu b’mod effettiv in - negozju tat - TCB u, fejn applikabbli, il - kumitat ta’ ġestjoni lokali kif ukoll il - korp maniġerjali tal - impriża ewlenija.
- g) fejn applikabbli, il - kopja tar - regoli ta’ proċedura għall - kumitat ta’ ġestjoni lokali;
- h) id- deskrizzjoni ġenerali tal - politika dwar ir - riskju ta’ kreditu tat - TCB u, fejn applikabbli, ir - regoli ta' proċedura tal - kumitat dwar ir - riskju tal - kreditu;
- i) id- deskrizzjoni ġenerali tal - politika ta’ remunerazzjoni tat - TCB;
- j) id- deskrizzjoni tal - istrateġija tal - ICT, inkluż il - qafas ta' ġestjoni tar - riskji tal - ICT konformi mar - Regolament (UE) 2022/2554 ("DORA")7 ;
- k) id- deskrizzjoni tal - arranġamenti ma' partijiet terzi li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
6 Id- Dokument ta’ Diskussjoni huwa disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/publications -and-media/press - releases/eba -and- esma - launch - consultation - revised - suitability - assessment - framework - banks -and- investment - firms 7 Ir- Regolament (UE) 2022/2554 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir- reżiljenza operazzjonali diġitali għas - settur finanzjarju u li jemenda r - Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj) 9 - l) id- dettalji tal - arranġamenti interni li skonthom il - funzjonijiet kritiċi jew importanti tat - TCB jitwettqu mill - impriża ewlenija;
- m) id- deskrizzjoni ġenerali tal -pjan tal- kontinwità tan - negozju, u informazzjoni dwar il - kopertura tat - TCB mill - pjan ta’ rkupru tal - impriża/i ewlenija/ewlenin applikanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|