+Artikolu 13 Integrità tal-impjegati
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Integrità tal-impjegati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Kwalunkwe impjegat, jew persuna f’pożizzjoni komparabbli, inkluż l-aġenti u d-distributuri, li jieħdu sehem direttament fil-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, għandu jgħaddi minn valutazzjoni proporzjonata mar-riskji assoċjati mal-kompiti mwettqa u li l-kontenut tagħha huwa approvat mill-uffiċjal għall-konformità ta’:

(a)

il-ħiliet, l-għarfien u l-għarfien esperti individwali sabiex iwettqu il-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv;

(b)

reputazzjoni tajba, onestà u integrità.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq qabel il-bidu tal-attivitajiet mill-impjegat jew mill-persuna f’pożizzjoni komparabbli, inklużil-aġenti u d-distributuri, u għandha tiġi ripetuta regolarment. L-intensità tal-valutazzjonijiet sussegwenti għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kompiti fdati lill-persuna u r-riskji assoċjati mal-funzjoni li jwettqu.

Artikolu 13 2

2.   L-impjegati, jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inklużi l-aġenti u d-distributuri, fdati b’kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament ir-Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, għandhom jinformaw lill-uffiċjal għall-konformità dwar kwalunkwe relazzjoni privata jew professjonali mill-qrib stabbilita mal-klijenti tal-entità marbuta b’obbligu jew mal-klijenti prospettivi u għandhom jinżammu milli jwettqu kwalunkwe kompitu relatat mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu fir-rigward ta’ dawk il-klijenti.

Artikolu 13 3

3.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament, Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur.

Artikolu 13 4

4.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna fiżika jew ġuridika li l-attivitajiet tagħha jitwettqu minn persuna fiżika waħda biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.