+Artikolu 19 Applikazzjoni ta’ miżuri ta’diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
---+Artikolu 19 7
---+Artikolu 19 8
---+Artikolu 19 9
---+Artikolu 19 10

Artikolu 19 Applikazzjoni ta’ miżuri ta’diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta jistabbilixxu relazzjoni tan-negozju;

(b)

meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali li tammonta għal mill-inqas EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk dik it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi, jew valur aktar baxx stabbilit skont il-paragrafu 9;

(c)

meta jipparteċipaw fil-ħolqien ta’ entità ġuridika, l-istabbiliment ta’ arranġament ġuridiku jew, għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3)(a), (b)) jew (c), fit-trasferiment tas-sjieda ta’ entità ġuridika, irrispettivament mill-valur tat-tranżazzjoni;

(d)

fejn ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, irrispettivament minn kwalunkwe deroga, eżenzjoni jew livell limitu;

(e)

meta jkun hemm dubji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza tad-data tal-identifikazzjoni tal-klijent miksuba minn qabel;

(f)

meta jkun hemm dubji dwar jekk il-persuna li tinteraġixxi magħhom hijex il-klijent jew il-persuna awtorizzata li taġixxi f’isem il-klijent .

Artikolu 19 2

2.   Minbarra ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti meta jibdew jew jeżegwixxu tranżazzjoni okkażjonali li tikkostitwixxi trasferiment ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9) tar-Regolament (UE) 2023/1113, li tammonta għall-valur ta’ mill-inqas EUR 1 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk dik it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

Artikolu 19 3

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom:

(a)

japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali li tammonta għal valur ta’ mill-inqas EUR 1 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi;

(b)

japplikaw mill-inqas miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali fejn il-valur huwa inqas minn EUR 1 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

Artikolu 19 4

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom japplikaw mill-inqas il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali fi flus kontanti li tammonta għal valur ta’ mill-inqas EUR 3 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ, skont l-Artikolu 80(2) u (3), limitu għal pagamenti kbar fi flus kontanti ta’ EUR 3 000 jew inqas, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, ħlief fil-każijiet koperti mill-paragrafu 4, il-punt (b) ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 19 5

5.   Minbarra ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1,il-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fil-mument tal-ġbir tal-ammonti mirbuħin, fil-mument li jsiru l-imħatri, jew fit-tnejn li huma, meta jitwettqu tranżazzjonijiet li jammontaw għal tal-anqas EUR 2 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda kif ukoll jekk titwettaq permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

Artikolu 19 6

6.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu bħala l-klijenti tagħhom il-persuni li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ entitajiet marbutin b’obbligu kif imsemmi l-Artikolu 3, il-punt (3)(e), (f) u (i) u persuni li jinnegozjaw f’oġġetti ta’ valur għoli kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (3)(j), minbarra l-klijent dirett tagħhom, il-fornitur ta’ oġġetti;

(b)

fil-każ ta’ nutara, avukati u professjonisti legali indipendenti oħrali jintermedjaw tranżazzjoni u sa fejn ikunu l-uniku nutar jew avukat jew professjonist legali indipendenti ieħor li jintermedja dik it-tranżazzjoni, iż-żewġ partijiet għat-tranżazzjoni;

(c)

fil-każ ta’ aġenti tal-proprjetà immobbli, iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni;

(d)

fir-rigward ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament imwettqa minn fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, in-negozjant;

(e)

fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-intermedjarji ta’ finanzjament kollettiv, il-persuna fiżika jew ġuridika kemm li tfittex finanzjament kif ukoll li tipprovdi finanzjament permezz tal-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv.

Artikolu 19 7

7.   Is-superviżuri jistgħu, direttament jew f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra f’dak l-Istat Membru, jeżentaw lill-entitajiet marbutin b’obbligu milli japplikaw, b’mod sħiħ jew parzjali, il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punti (a), (b) u (c), fir-rigward tal-flus elettroniċi abbażi tar-riskju baxx ippruvat maħluq min-natura tal-prodott, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġejjin:

(a)

l-istrument ta’ pagament ma jkunx jista’ jiġi rikarikat, u l-ammont maħżun elettronikament ma jaqbiżx EUR 150 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(b)

l-istrument ta’ pagament jintuża esklużivament għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi pprovduti mill-emittent, jew fi ħdan network ta’ fornituri ta’ servizzi;

(c)

l-istrument ta’ pagament ma jkunx konness ma’ kont ta’ pagament u ma jippermettix li jiġi skambjat xi ammont maħżun ma’ flus kontanti jew ma’ kriptoassi;

(d)

l-emittent iwettaq monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

Artikolu 19 8

8.   Il-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom li japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), billi jidentifikaw il-klijent u tiġi vverifikata l-identità tal-klijent mad-dħul fil-każinò jew f’postijiet fiżiċi oħra tal-logħob tal-azzard, dment li huma jkollhom fis-seħħ sistemi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jattribwixxu t-tranżazzjonijiet lil klijenti speċifiċi.

Artikolu 19 9

9.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-entitajiet, is-setturi jew it-tranżazzjonijiet obbligati li jkunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u li għalihom japplika valur inqas mill-valur stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b),

(b)

il-valuri tat-tranżazzjonijiet okkażjonali relatati;

(c)

il-kriterji li għandhom jitqiesu għall-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali u relazzjonijiet tan-negozju;

(d)

il-kriterji sabiex jiġu identifikati tranżazzjonijiet konnessi.

Meta jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AMLA għandha tqis kif xieraq il-livelli inerenti ta’ riskji tal-mudelli ta’ negozju tat-tipi differenti ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, immexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

Artikolu 19 10

10.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.