+Artikolu 19 1
|
Artikolu 19 1
1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
meta jistabbilixxu relazzjoni tan-negozju;
|
|
(b)
|
meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali li tammonta għal mill-inqas EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk dik it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi, jew valur aktar baxx stabbilit skont il-paragrafu 9;
|
|
(c)
|
meta jipparteċipaw fil-ħolqien ta’ entità ġuridika, l-istabbiliment ta’ arranġament ġuridiku jew, għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3)(a), (b)) jew (c), fit-trasferiment tas-sjieda ta’ entità ġuridika, irrispettivament mill-valur tat-tranżazzjoni;
|
|
(d)
|
fejn ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, irrispettivament minn kwalunkwe deroga, eżenzjoni jew livell limitu;
|
|
(e)
|
meta jkun hemm dubji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza tad-data tal-identifikazzjoni tal-klijent miksuba minn qabel;
|
|
(f)
|
meta jkun hemm dubji dwar jekk il-persuna li tinteraġixxi magħhom hijex il-klijent jew il-persuna awtorizzata li taġixxi f’isem il-klijent .
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|