+Artikolu 21 Nuqqas ta’ kapaċità ta’ konformità mar-rekwiżit li jiġu applikati miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
|
Artikolu 21 Nuqqas ta’ kapaċità ta’ konformità mar-rekwiżit li jiġu applikati miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Meta entità marbuta b’obbligu ma tkunx tista’ tikkonforma mar-rekwiżit li tapplika l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), hija għandha toqgħod lura milli twettaq tranżazzjoni jew milli tistabbilixxi relazzjoni tan-negozju, u għandha ttemm ir-relazzjoni tan-negozju u tikkunsidra li tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU fir-rigward tal-klijent f’konformità mal-Artikolu 69.
It-terminazzjoni ta’ relazzjoni tan-negozju skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tipprojbixxi r-riċevuta ta’ fondi kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 dovuti lill-entità marbuta b’obbligu.
Meta entità marbuta b’obbligu jkollha d-dmir li tipproteġi l-assi tal-klijent tagħha, it-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju ma għandhiex tinftiehem li teħtieġ id-disponiment tal-assi tal-klijent.
Fil-każ ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom, fejn meħtieġ bħala miżura alternattiva għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju, iżommu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet għall-klijent, inkluż pagamenti lill-benefiċjarji, sakemm il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) jiġu mħarsa.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal nutara, għal avukati, għal professjonisti legali indipendenti oħrajn, għal awdituri, għal kontabilisti esterni u għal konsulenti tat-taxxa, sa fejn dawk il-persuni jaċċertaw il-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom, jew iwettqu l-kompitu tagħhom ta’ difiża jew ta’ rappreżentanza ta’ dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji jew fir-rigward tagħhom, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta’ tali proċedimenti.
L-ewwel subparagrafu ma għandhux japplika meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fih:
|
(a)
|
jieħdu sehem f’ħasil tal-flus, fir-reati predikati tiegħu jew fil-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(b)
|
jipprovdu pariri legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; jew
|
|
(c)
|
ikunu jafu li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; l-għarfien jew l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.
|
|
|
Artikolu 21 3
|
3. Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord tal-azzjonijiet meħudin sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit li japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, inkluż rekords tad-deċiżjonijiet meħudin u d-dokumenti ta’ sostenn u ġustifikazzjonijiet rilevanti. Id-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmumin mill-entità marbuta b’obbligu għandhom jiġu aġġornati kull meta d-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti tiġi rrieżaminata skont l-Artikolu 26.
L-obbligu li jinżammu rekords previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrifjutaw li jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, itemmu relazzjoni tan-negozju jew japplikaw miżuri alternattivi skont il-paragrafu 1.).
|
|
Artikolu 21 4
|
4. Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida konġunti mal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-AML/CFT meta jimplimentaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/92/UE, inkluż fir-rigward tar-relazzjonijiet tan-negozju li huma l-aktar affettwati mill-prattiki ta’ tneħħija tar-riskji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|