+Artikolu 29 Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
---+Artikolu 29 7

Artikolu 29 Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   Pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni u indikati bħala “pajjiżi terzi b’riskju għoli”.

Artikolu 29 2

2.   Sabiex jiġu identifikati l-pajjiżi terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn:

(a)

ikunu ġew identifikati defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fil-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz;

(b)

ikunu ġew identifikati defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fl-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu jew fis-sistema tiegħu litewalwa u ttaffi r-riskji ta’ nonimplimentazzjoni jew evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni;

(c)

id-defiċjenzi strateġiċi sinifikanti identifikati taħt il-punti (a) u (b) ikunu ta’ natura persistenti u ma tkun ittieħdet jew ma tkun qed tittieħed l-ebda miżura sabiex dawn jiġu mmitigati.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien għoxrin jum kalendarju minn meta l-Kummissjoni taċċerta li ġew issodisfati l-kriterji fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagraphu.

Artikolu 29 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis is-sejħiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa u ta’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni (“kontromiżuri”) minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet, rapporti jew dikjarazzjonijiet pubbliċi rilevanti mfasslin minnhom.

Artikolu 29 4

4.   Meta pajjiż terz jiġi identifikat f’konformità mal-kriterji msemmijin fil-paragrafu  2 , l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa elenkati fl-Artikolu 34(4) fir-rigward tar-relazzjonijiet tan-negozju jew ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.

Artikolu 29 5

5.   L-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jidentifika fost il-kontromiżuri elenkati fl-Artikolu 35 il-kontromiżuri speċifiċi li jimmitigaw ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn kull pajjiż terzb’riskju għoli.

Artikolu 29 6

6.   Meta Stat Membru jidentifika riskju speċifiku ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat minn pajjiż terz li l-Kummissjoni tkun identifikat f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 li ma jkunx indirizzat mill-kontromiżuri msemmija fil-paragrafu 5, huwa jista’ jirrikjedi li l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fit-territorju tiegħu japplikaw kontromiżuri addizzjonali speċifiċi biex jimmitigaw ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż terz. Ir-riskju identifikat u l-kontromiżuri korrispondenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġu applikati l-kontromiżuri.

Artikolu 29 7

7.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-kontromiżuri speċifiċi identifikati skont il-paragrafu 5 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.

Malli tirċievi notifika skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni riċevuta biex tiddetermina jekk dawk ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż jaffettwawx l-integrità tas-suq intern tal-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, billi żżid il-kontromiżuri meħtieġa biex jittaffew dawk ir-riskji addizzjonali. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri addizzjonali speċifiċi applikati minn Stat Membru skont il-paragrafu 6 mhumiex meħtieġa biex itaffu riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż terz, hija tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li l-Istat Membru għandu jtemm il-kontromiżura addizzjonali speċifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.