+Artikolu 52 Sjieda benefiċjarja permezz ta’ interess proprjetarju
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4

Artikolu 52 Sjieda benefiċjarja permezz ta’ interess proprjetarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1

1.   Għall-fini tal-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu, il-punt (a), “interess proprjetarju fl-entità korporattiva” għandha tfisser sjieda diretta jew indiretta ta’ 25 % jew aktar tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor fl-entità korporattiva, inkluż id-drittijiet għal sehem tal-profitti, riżorsi interni oħra jew bilanċ ta’ likwidazzjoni. Is-sjieda indiretta għandha tiġi kkalkulata billi jiġu mmultiplikati l-ishma jew id-drittijiet tal-vot jew interessi proprjetarji oħra miżmuma mill-entitajiet intermedji fil-katina ta’ entitajiet li fihom is-sid benefiċjarju jkollu ishma jew drittijiet tal-vot u billi jingħaddu flimkien ir-riżultati minn dawk id-diversi ktajjen, sakemm ma japplikax l-Artikolu 54.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk jeżistix interess proprjetarju fl-entità korporattiva, għandhom jitqiesu l-parteċipazzjonijiet azzjonarji kollha f’kull livell ta’ sjieda.

Artikolu 52 2

2.   Meta l-Istati Membri jidentifikaw skont l-Artikolu 8(4), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma esposti għal riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, inkluż abbażi tas-setturi li joperaw fihom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Sal-10 ta’ Lulju 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-riskji assoċjati ma’ dawk il-kategoriji ta’ entitajiet ġuridiċi humiex rilevanti għas-suq intern u, fejn tikkonkludi li livell limitu aktar baxx huwa xieraq biex jittaffew dawk ir-riskji, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex temenda dan ir-Regolament billi tidentifika:

(a)

il-kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma assoċjati ma’ riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u li għalihom għandu japplika livell limitu aktar baxx;

(b)

il-livelli limitu relatati.

Il-livell limitu aktar baxx imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi stabbilit għal massimu ta’ 15 % tal-interess proprjetarju fl-entità korporattiva, sakemm il-Kummissjoni ma tikkonkludix, abbażi tar-riskju, li limitu ogħla jkun aktar proporzjonat, li fi kwalunkwe każ għandu jiġi stabbilit għal inqas minn 25 %.

Artikolu 52 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 fuq bażi regolari biex tiżgura li tidentifika l-kategoriji rilevanti ta’ entitajiet korporattivi li huma assoċjati ma’ riskji ogħla, u li l-livelli limitu relatati jkunu proporzjonati ma’ dawk ir-riskji.

Artikolu 52 4

4.   Fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi għajr entitajiet korporattivi, li għalihom, b’kunsiderazzjoni tal-forma u l-istruttura tagħhom, mhuwiex xieraq jew possibbli li tiġi kkalkolata s-sjieda, is-sidien benefiċjarju għandu jkun il-persuna fiżika li tikkontrolla permezz ta’ mezzi oħra, direttament jew indirettament, l-entità ġuridika, skont l-Artikolu 53(3) u (4), ħlief fejn japplika l-Artikolu 57.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.