+Artikolu 75 Skambju ta’ informazzjoni fil-qafas ta’ sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni
---+Artikolu 75 1
---+Artikolu 75 2
---+Artikolu 75 3
---+Artikolu 75 4
---+Artikolu 75 5
---+Artikolu 75 6
---+Artikolu 75 7
|
Artikolu 75 Skambju ta’ informazzjoni fil-qafas ta’ sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75 1
|
1. Il-membri tas-sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jistgħu jikkondividu informazzjoni bejniethom fejn ikun strettament meħtieġ għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi skont il-Kapitolu III u l-Artikolu 69 u f’konformità mad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali ġudizzjarji.
|
|
Artikolu 75 2
|
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu li beħsiebhom jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi tagħhom li għandhom jivverifikaw, fejn ikun rilevanti f’konsultazzjoni ma’ xulxin u mal-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, li s-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jkollha mekkaniżmi fis-seħħ biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan l-Artikolu u li tkun saret il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (h). Il-verifika għandha ssir qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkonsultaw ukoll lill-FIUs.
Ir-responsabbiltà għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali għandha tibqa’ f’idejn il-parteċipanti fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 75 3
|
3. L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha tkun limitata għal:
|
(a)
|
informazzjoni dwar il-klijent, inkluż kwalunkwe informazzjoni miksuba matul l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-klijent u, fejn ikun rilevanti, tas-sid benefiċjarju tal-klijent;
|
|
(b)
|
informazzjoni dwar l-għan u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju u tat-tranżazzjoni okkażjonali bejn il-klijent u l-entità marbuta b’obbligu, kif ukoll, fejn japplika, is-sors tal-ġid u s-sors tal-fondi tal-klijent;
|
|
(c)
|
informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-klijenti;
|
|
(d)
|
informazzjoni dwar fatturi ta’ riskju ogħla u aktar baxxi assoċjati mal-klijent;
|
|
(e)
|
l-analiżi tal-entità marbuta b’obbligu tar-riskji assoċjati mal-klijent skont l-Artikolu 20(2);
|
|
(f)
|
informazzjoni miżmuma mill-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 77(1);
|
|
(g)
|
informazzjoni dwar suspetti skont l-Artikolu 69.
|
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi skambjata biss sa fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 75 4
|
4. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-kuntest ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni:
|
(a)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirreġistraw l-istanzi kollha ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sħubija;
|
|
(b)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx iserrħu biss fuq l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tas-sħubija biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jaslu għal konklużjonijiet jew jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom impatt fuq ir-relazzjoni tan-negozju mal-klijent jew fuq it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali għall-klijent abbażi ta’ informazzjoni riċevuta minn parteċipanti oħra fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni mingħajr ma jkunu vvalutaw dik l-informazzjoni; kwalunkwe informazzjoni riċevuta fil-kuntest tas-sħubija li tintuża f’valutazzjoni li tirriżulta f’deċiżjoni li tinċaħad jew tintemm relazzjoni tan-negozju jew li titwettaq tranżazzjoni okkażjonali għandha tiġi inkluża fir-rekords miżmuma skont l-Artikolu 21(3), u dak ir-rekord għandu jkun fih referenza għall-fatt li l-informazzjoni oriġinat minn sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;
|
|
(d)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom stess tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-klijenti sabiex jivvalutaw liema jistgħu jkunu relatati ma’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew jinvolvu rikavat minn attività kriminali;
|
|
(e)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluż miżuri li jippermettu l-psewdonimizzazzjoni, biex jiżguraw livell ta’ sigurtà u kunfidenzjalità proporzjonat man-natura u l-firxa tal-informazzjoni skambjata;
|
|
(f)
|
il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni għandha ssir biss fir-rigward ta’ klijenti li:
|
(i)
|
l-imġiba jew l-attivitajiet ta’ tranżazzjoni tagħhom ikunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu, kif identifikat skont il-valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tal-Unjoni u l-valutazzjoni ta’ riskju nazzjonali mwettqa f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;
|
|
(ii)
|
ikunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29, 30, 31 u 36 sa 46 ta’ dan ir-Regolament; jew
|
|
(iii)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu jeħtieġ li jiġbru informazzjoni addizzjonali għalihom sabiex tiddetermina jekk humiex assoċjati ma’ livell ogħla ta’ riskju ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
|
(g)
|
l-informazzjoni ġġenerata bl-użu ta’ intelliġenza artifiċjali, teknoloġiji tat-tagħlim awtomatiku jew algoritmi tista’ tiġi kondiviża biss meta dawk il-proċessi jkunu soġġetti għal sorveljanza umana adegwata;
|
|
(h)
|
qabel l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
(i)
|
l-awtoritajiet kompetenti li jkunu membri ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiksbu, jipprovdu u jiskambjaw informazzjoni biss sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali;
|
|
(j)
|
meta l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (44)(c), ta’ dan ir-Regolament jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, huma għandhom jiksbu, jipprovdu jew jiskambjaw biss data personali u informazzjoni operazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44) u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali, inkluż awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel jew kwalunkwe salvagwardja proċedurali nazzjonali oħra kif meħtieġ;
|
|
(k)
|
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi skont il-paragrafu 3, il-punt (g), ta’ dan l-Artikolu għandu jseħħ biss meta l-FIU li lilha jkun ġie ppreżentat ir-rapport dwar tranżazzjoni suspettuża skont l-Artikoli 69 jew 70 tkun qablet ma’ tali divulgazzjoni.
|
|
|
Artikolu 75 5
|
5. L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma għandhiex terġa’ tintbagħat, ħlief jekk:
|
(a)
|
l-informazzjoni tiġi pprovduta lil entità marbuta b’obbligu oħra skont l-Artikolu 49(1);
|
|
(b)
|
l-informazzjoni tkun ser tiġi inkluża f’rapport ippreżentat lill-FIU jew provduta bi tweġiba għal talba tal-FIU skont l-Artikolu 69(1);
|
|
(c)
|
l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-AMLA skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2024/1620;
|
|
(d)
|
l-informazzjoni tintalab mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji, soġġett għal kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel jew garanziji proċedurali oħra kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali.
|
|
|
Artikolu 75 6
|
6. L-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiddefinixxu l-politiki u l-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-politiki u l-proċeduri interni tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 9. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom:
|
(a)
|
jispeċifikaw il-valutazzjoni li jkollha ssir biex tiddetermina l-firxa tal-informazzjoni li trid tiġi kondiviża, u fejn ikun rilevanti għan-natura tal-informazzjoni jew is-salvagwardji ġudizzjarji applikabbli, jipprevedu aċċess differenzjat jew limitat għall-informazzjoni għall-membri tas-sħubija;
|
|
(b)
|
jiddeskrivu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet għas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;
|
|
(c)
|
jidentifikaw il-valutazzjonijiet tar-riskju li l-entità marbuta b’obbligu ser tqis biex tiddetermina sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla li fihom tista’ tiġi kondiviża informazzjoni.
|
Il-politiki u l-proċeduri interni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitfasslu qabel il-parteċipazzjoni fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 75 7
|
7. Meta l-awtoritajiet superviżorji jqisu dan neċessarju, l-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jikkummissjonaw awditu indipendenti tal-funzjonament ta’ dik is-sħubija u għandhom jikkondividu r-riżultati mal-awtoritajiet superviżorji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|