+Artikolu 75 4

Artikolu 75 4

4.   Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-kuntest ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni:

(a)

l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirreġistraw l-istanzi kollha ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sħubija;

(b)

l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx iserrħu biss fuq l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tas-sħubija biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jaslu għal konklużjonijiet jew jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom impatt fuq ir-relazzjoni tan-negozju mal-klijent jew fuq it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali għall-klijent abbażi ta’ informazzjoni riċevuta minn parteċipanti oħra fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni mingħajr ma jkunu vvalutaw dik l-informazzjoni; kwalunkwe informazzjoni riċevuta fil-kuntest tas-sħubija li tintuża f’valutazzjoni li tirriżulta f’deċiżjoni li tinċaħad jew tintemm relazzjoni tan-negozju jew li titwettaq tranżazzjoni okkażjonali għandha tiġi inkluża fir-rekords miżmuma skont l-Artikolu 21(3), u dak ir-rekord għandu jkun fih referenza għall-fatt li l-informazzjoni oriġinat minn sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(d)

l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom stess tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-klijenti sabiex jivvalutaw liema jistgħu jkunu relatati ma’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew jinvolvu rikavat minn attività kriminali;

(e)

l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluż miżuri li jippermettu l-psewdonimizzazzjoni, biex jiżguraw livell ta’ sigurtà u kunfidenzjalità proporzjonat man-natura u l-firxa tal-informazzjoni skambjata;

(f)

il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni għandha ssir biss fir-rigward ta’ klijenti li:

(i)

l-imġiba jew l-attivitajiet ta’ tranżazzjoni tagħhom ikunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu, kif identifikat skont il-valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tal-Unjoni u l-valutazzjoni ta’ riskju nazzjonali mwettqa f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(ii)

ikunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29, 30, 31 u 36 sa 46 ta’ dan ir-Regolament; jew

(iii)

l-entitajiet marbutin b’obbligu jeħtieġ li jiġbru informazzjoni addizzjonali għalihom sabiex tiddetermina jekk humiex assoċjati ma’ livell ogħla ta’ riskju ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu;

(g)

l-informazzjoni ġġenerata bl-użu ta’ intelliġenza artifiċjali, teknoloġiji tat-tagħlim awtomatiku jew algoritmi tista’ tiġi kondiviża biss meta dawk il-proċessi jkunu soġġetti għal sorveljanza umana adegwata;

(h)

qabel l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(i)

l-awtoritajiet kompetenti li jkunu membri ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiksbu, jipprovdu u jiskambjaw informazzjoni biss sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali;

(j)

meta l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (44)(c), ta’ dan ir-Regolament jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, huma għandhom jiksbu, jipprovdu jew jiskambjaw biss data personali u informazzjoni operazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44) u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali, inkluż awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel jew kwalunkwe salvagwardja proċedurali nazzjonali oħra kif meħtieġ;

(k)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi skont il-paragrafu 3, il-punt (g), ta’ dan l-Artikolu għandu jseħħ biss meta l-FIU li lilha jkun ġie ppreżentat ir-rapport dwar tranżazzjoni suspettuża skont l-Artikoli 69 jew 70 tkun qablet ma’ tali divulgazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.